Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0644

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 644/2012 tas- 16 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja, fir-rigward tar-Russja Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 187, 17.7.2012, pp. 18–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/644/oj

17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 644/2012

tas-16 ta’ Lulju 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 206/2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja, fir-rigward tar-Russja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subpragrafu tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), l-Artikolu 8(d), u l-Artikolu 13(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/68/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għat-tranżitu mill-Unjoni ta' ċerti ungulati ħajjin. Hija tistipula li dispożizzjonijiet speċifiċi, inklużi ċertifikati veterinarji mudelli, jistgħu jiġu stipulati għat-tranżitu mill-Unjoni ta' ungulati ħajjin minn pajjiżi terzi awtorizzati, sakemm annimali bħal dawn jgħaddu bi tranżitu mit-territorju tal-Unjoni b'approvazzjoni doganali u veterinarja uffiċjali u sorveljanza permezz tal-postijiet ta' spezzjoni tal-fruntiera approvati u mingħajr l-ebda waqfa fit-territorju tal-Unjoni ħlief dawk meħtieġa għall-ġid tal-annimali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (2) li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti konsenji ta’ annimali ħajjin inklużi ungulati. L-Anness I ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn dawn il-konsenji jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni, flimkien ma' mudelli ta' ċertifikati veterinarji li jakkumpanjaw dawk il-konsenji.

(3)

Fuq talba tar-Russja għall-awtorizzazzjoni tat-tranżitu tal-annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad (Kaliningradskaya oblast) mit-territorju tal-Litwanja, saret spezzjoni mill-Kummissjoni f'Kaliningrad. Hija kkonkludiet li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali f'dak ir-reġjun tidher li hi waħda favorevoli. Fuq dik il-bażi, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' dawn l-annimali għall-fini biss ta' tranżitu mir-reġjun ta' Kaliningrad għal partijiet oħra tat-territorju tar-Russja minn ġot-territorju tal-Litwanja permezz ta' vetturi tat-triq għandha tkun awtorizzata.

(4)

Barra minn hekk, il-Litwanja trid tiżgura l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (3) fir-rigward ta' dawk l-annimali mir-reġjun ta' Kaliningrad li ma jistgħux itemmu t-tranżitu mingħajr ma jħottu minħabba ċirkostanzi esterni.

(5)

Ir-Russja kkonfermat ukoll il-qbil tagħha mal-Bjelorussja skont l-unjoni doganali li tinkludi ż-żewġ pajjiiżi u li timplika li l-istess rekwiżiti veterinarji-sanitarji standard fuq l-importazzjoni japplikaw għaż-żewġ pajjiżi.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat biex jistipula t-tranżitu tal-annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad. Il-lista ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Hemm bżonn ukoll li jiġi pprovdut ċertifikat veterinarju mudell għat-tranżitu ta' dawk l-annimali. Għaldaqstant, għandu jiddaħħal ċertifikat veterinarju mudell "BOV-X-TRANSIT-RU" fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 12a

Deroga għat-tranżitu mil-Litwanja ta' ċerti konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u għall-produzzjoni

1.   It-tranżitu bit-triq mil-Litwanja ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni ġejjin mir-reġjun Russu ta' Kaliningrad u kkonsenjati f'destinazzjoni barra mill-Unjoni għandu jkun awtorizzat suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali jidħlu l-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai u joħorġu mil-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Medininkai;

(b)

l-annimali jiġu ttrasportati f'kontejners fuq vetturi tat-triq ssiġillati b’siġill b’numru ta’ serje fl-istazzjon għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni fi triq Kybartai, mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti tal-Litwanja;

(c)

id-dokumenti msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE, inkluż iċ-ċertifikat veterinarju mimli kif xieraq skont iċ-ċertifikat veterinarju mudell "BOV-X-TRANSIT-RU" stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u li jakkumpanjaw l-annimali mill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai sal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera Medininkai jkunu ttimbrati "GĦAT-TRANŻITU BISS MINN ĠOL-LITWANJA META ĠEJ MIR-REĠJUN RUSSU TA' KALININGRAD" fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai;

(d)

ikun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE;

(e)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu mil-Litwanja fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 (*1) u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai;

(f)

l-annimali jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa li jippermetti dħul bla xkiel fil-Bjelorussja u b'ċertifikat veterinarju maħruġ għall-post ta' destinazzjoni tal-annimali fir-Russja.

2.   Il-konsenja ma għandhiex tinħatt fl-Unjoni u għandha tittieħed direttament għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għall-ħruġ ta' Medininkai.

Il-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' Medininkai għandu jimla l-parti 3 tad-Dokument tad-Dħul Veterinarju Komuni wara l-kontrolli tal-ħruġ fuq il-konsenja jkunu vverifikaw li tkun l-istess konsenja li daħlet fil-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi "triq Kybartai".

3.   F'każ ta' kwalunkwe irregolarità jew emerġenza waqt it-tranżitu, l-Istat Membru tat-tranżitu għandu japplika l-miżuri stipulati fit-tieni inċiż tal-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 90/425/KEE (*2) kif xieraq.

4.   L-awtorità kompetenti tal-Litwanja għandha tivverifika regolarment li l-għadd ta' konsenji li jidħlu u jħallu t-territorju tal-Unjoni jkun jaqbel.

(*1)   ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11."

(*2)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29 " "

(2)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(2)   ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-partijiet 1 u 2 jitbiddlu b’li ġej:

"PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom  (*1)

Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz

Kodiċi tat-Territorju

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju jew parti minnu

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Mudell(i)

SG

1

2

3

4

5

6

CA – Il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

POR-X

 

IVb

IX

V

CA-1

Il-pajjiż kollu, għajr ir-reġjun ta’ Okanagan Valley tal-British Columbia kif deskritt hawn isfel:

Minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 120°15′ ta’ lonġitudni u 49° ta’ latitudni

Lejn it-Tramuntana fil-punt ta’ 119°35′ ta’ lonġitudni u 50°30′ ta’ latitudni

Lejn il-Grigal fil-punt ta’ 119° ta’ lonġitudini u 50°45′ ta’ latitudini

Lejn in-Nofsinhar minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 118°15′ ta’ lonġitudni u 49° ta’ latitudini

BOV-X, OVI-X, OVI-Y RUM (*2)

A

CH – l-Isvizzera

CH-0

Il-pajjiż kollu

 (*3)

 

 

CL – iċ-Ċilì

CL-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X,OVI-X, RUM

 

 

POR-X, SUI

B

GL – il-Groenlandja

GL-0

Il-pajjiż kollu

OVI-X, RUM

 

V

HR – il-Kroazja

HR-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y

 

 

IS – l-Islanda

IS-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y RUM, OVI-X, OVI-Y

 

 

POR-X, POR-Y

B

ME – il-Montenegro

ME-0

Il-pajjiż kollu

 

 

I

MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. (*4)

MK-0

Il-pajjiż kollu

 

 

I

NZ – in-New Zealand

NZ-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, RUM, POR-X, POR-Y OVI-X, OVI-Y

 

III

V

PM – St Pierre u Miquelon

PM-0

Il-pajjiż kollu

BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y CAM

 

 

RS – Is-Serbja (*5)

RS-0

Il-pajjiż kollu

 

 

I

RU – ir-Russja

RU-0

Il-pajjiż kollu

 

 

 

RU-1

Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun ta' Kaliningrad

 

 

 

RU-2

Ir-Regjun ta’ Kaliningrad

BOV-X-TRANSIT-RU

 

X

Kundizzjonijiet Speċifiċi (ara n-noti tal-qiegħ f’kull ċertifikat):

"I"

:

għat-tranżitu mit-territorju ta’ pajjiż terz ta’ annimali ħajjin għall-qtil immedjat jew ta’ annimali bovini ħajjin għas-simna li jiġu kkonsenjati minn Stat Membru u li jkunu ddestinati għal Stat Membru ieħor fi trakkijiet li jkunu ġew issiġillati permezz ta’ siġill innumerat b’numru ta’ serje.

In-numru tas-siġill għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa maħruġ skont il-mudell li jidher fl-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE (1) għal annimali bovini ħajjin għall-qtil u skont il-Mudell I tal-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE (2) għal annimali ovini u kaprini għall-qtil.

Barra minn hekk, is-siġill għandu jkun sħiħ meta jasal fl-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera indikat għad-dħul fl-Unjoni u n-numru tas-siġill għandu jiġi rreġistrat fis-sistema integrata veterinarja kompjuterizzata tal-Unjoni (TRACES).

Iċ-ċertifikat għandu jiġi ttimbrat fil-post tal-ħruġ mill-Unjoni mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti qabel it-tranżitu lejn pajjiż terz jew iktar bil-kliem li ġej “ESKLUŻIVAMENT GĦAL TRANŻITU BEJN PARTIJIET DIFFERENTI TAL-UNJONI EWROPEA BI TRANŻITU MINN DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA/MILL-MONTENEGRO/MIS-SERBJA (*6)  (*7) ”.

Annimali bovini għas-simna għandhom jiġu ttrasportati direttament lejn l-istabbiliment destinatarju indikat mill-awtorità veterinarja kompetenti għad-destinazzjoni. Dawn l-annimali m’għandhomx jinħarġu mill-istabbiliment jekk ma jkunux għall-qtil immedjat.

"II"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

"III"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi enżootika bovina għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV- X.

"IVa"

:

territorju rikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina (EBL) għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X.

"IVb"

:

rikonoxxut li għandu merħliet uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE għal finijiet ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV–X.

"V"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi enżootika bovina għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat OVI- X.

"VI"

:

Restrizzjonijiet ġeografiċi:

"VII"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

"VIII"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat RUM.

"IX"

:

territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-marda ta’ Aujeszky għal finijiet ta’ esportazzjonjiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat POR-X

"X"

:

Għat-tranżitu mil-Litwanja ta' annimali bovini għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad għal reġjuni oħra fir-Russja.

PARTI 2

Mudelli taċ-Ċertifikati Veterinarji

Mudelli:

"BOV-X"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni.

"BOV-Y"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni.

"BOV-X-TRANSIT-RU"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-tranżitu mir-reġjun ta' Kaliningrad lejn reġjuni oħra tar-Russja minn ġot-territorju tal-Litwanja.

"OVI-X"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini (Ovis aries) u annimali kaprini (Capra hircus) domestiċi maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni.

"OVI-Y"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini (Ovis aries) u annimali kaprini (Capra hircus) domestiċi maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni.

"POR-X"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni.

"POR-Y"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni.

"RUM"

:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal annimali tal-ordni Artiodactyla (bl-eċċezzjoni ta’ annimali bovini (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae.

"SUI"

:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal Suidae mhux domestiċi, Tayassuidae u Tapiridae.

"CAM"

:

Mudell ta' attestazzjoni speċifika għal annimali impurtati minn St Pierre u Miquelon bil-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 7 tal-Anness I.

SG (Garanziji supplementari):

"A"

:

garanziji dwar testijiet għall-Bluetongue u l-marda Epiżootika emorraġika fuq annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X (il-punt II.2.8 B), OVI-X (il-punt II.2.6 D) u RUM (il-punt II.2.6)

"B"

:

garanziji dwar testijiet għall-marda vesikulari tal-ħnieżer u l-marda klassika tal-ħnieżer fuq annimali ċċertifikati skoni il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji POR-X (il-punt II.2.4 B) u SUI (il-punt II.2.4 B).

"C"

:

garanziji rigward it-test tal-Bruċellożi fuq l-annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji POR-X (il-punt II.2.4 C) u SUI (il-punt II.2.4 C)."

(2)

iċ-ċertifikat veterinarju mudell li ġej jiddaħħal bejn il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji "BOV-Y" u "OVI-X"

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

(*1)  Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni pprovduti minn kwalunkwe ftehim rilevanti bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

(*2)  Esklużivament għal annimali ħajjin li mhumiex annimali li jagħmlu parti mill-ispeċi taċ-cervidae.

(*3)  Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.).

(*4)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(*5)  Ma tinkludix il-Kosovo b'konformità ma' UNSCR 1244/99.

(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(*6)  Ħassar il-pajjiż skont il-bżonn.

(*7)  Is-Serbja ma tinkludix il-Kosovo b'konformità ma' UNSCR 1244/99.


Top