Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0617

    Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 617/2012 tal- 10 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet fuq il-fornitura ta’ assistenza relatata mal-attivitajiet militari fil-Côte d’Ivoire

    ĠU L 179, 11.7.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0907

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/617/oj

    11.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 179/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 617/2012

    tal-10 ta’ Lulju 2012

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet fuq il-fornitura ta’ assistenza relatata mal-attivitajiet militari fil-Côte d’Ivoire

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/371/PESK tal-10 ta' Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK u ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1),

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK (2) li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK (3). Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 (4), adottat inizjalment sabiex jagħti effett lill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK, jagħti wkoll effett lid-Deċiżjoni 2010/656/PESK fil-livell tal-Unjoni billi jimponi restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ assistenza relatata mal-attivtajiet militari lill-Côte d’Ivoire.

    (2)

    Id-Deċiżjoni 2012/371/PESK temenda l-kamp tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK fid-dawl tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2045 (2012) u tneħħi r-restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari. Tneħħi wkoll ir-restrizzjonijiet fuq l-għoti ta’ assistenza teknika u finanzjarja relatata ma’ apparat li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

    (3)

    Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

    (5)

    Sabiex ikun żgurat illi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tieghu,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 huwa b’dan emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘Kumitat tas-Sanzjonijiet’ tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit skont il-paragrafu 14 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 1572 (2004).”

    (2)

    L-Artikolu 2 jitħassar.

    (3)

    L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 3

    Għandu jkun ipprojbit:

    (a)

    il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew b’mod indirett, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-ripressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk ikun joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Côte d’Ivoire, jew biex jintuża f’dak il-pajjiż;

    (b)

    li wieħed jipparteċipa, b’mod li jkun jaf x’qed jagħmel u bil-ħsieb, f’attivitajiet li l-iskop jew effett tagħhom ikun, direttament jew indirettament, li ssir promozzjoni tat-tranżazzjonijiet msemmijin fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu.”

    (4)

    L-Artikolu 4 jitħassar.

    (5)

    fl-Artikolu 4a, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.   B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur jew il-fornitur tas-servizz, tista’ tawtorizza, bil-kundizzjonijiet li jidhrilha xerqin, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir li ma joqtolx inkluż fl-Anness I, wara li tkun iddeterminat li l-apparat li ma joqtolx inkwistjoni jkun maħsub biss biex jippermetti lill-forzi tas-sigurtà tal-Côte d’Ivoire jużaw biss forza xierqa u proporzjonata biex iżommu l-ordni pubbliku.

    2.   B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-esportatur jew il-fornitur tas-servizz, tista’ tawtorizza, bil-kundizzjonijiet li jidhrilha xerqin, il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, li huwa maħsub biss biex jiġi sostnut il-proċess tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fil-Côte d’Ivoire u għas-sostenn jew l-użu mill-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Côte d’Ivoire (UNOCI) u l-forzi Franċiżi li jsostnuhom.”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. SHIARLY


    (1)  Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (2)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

    (3)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50; ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 264 (MT).

    (4)  ĠU L 29, 2.2.2005, p. 5; ĠU L 333M, 11.12.2008, p. 1019 (MT).


    Top