Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0613

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 613/2012 tad- 9 ta’ Lulju 2012 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 178, 10.7.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/613/oj

    10.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 178/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 613/2012

    tad-9 ta’ Lulju 2012

    li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(9) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kulur tal-mudell taċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali huwa ddefinit fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 bħala "Kulur Pantone stout fawn".

    (2)

    Jeħtieġ li l-kulur jiġi speċifikat b'mod aktar preċiż sabiex tiġi inkoraġġita l-omoġeneità u l-interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

    (3)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, fit-tielet linja, is-sentenza "Kulur Pantone stout fawn — Format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew iżjed" tinbidel b'dan li ġej:

    "Kulur Pantone stout fawn 467, jew kemm jista' jkun viċin dan il-kulur, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew iżjed"

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.


    Top