This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0603
Commission Delegated Regulation (EU) No 603/2012 of 30 April 2012 amending Regulation (EU) No 1236/2010 of the European Parliament and of the Council laying down a scheme of control and enforcement applicable in the area covered by the Convention on future multilateral cooperation in the North-East Atlantic fisheries
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2012 tat- 30 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal
Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2012 tat- 30 ta’ April 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal
ĠU L 177, 7.7.2012, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 10/10/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R2594
7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/9 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 603/2012
tat-30 ta’ April 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fil-Grigal tal-Atlantiku u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 51(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 jinkorpora fil-liġi tal-Unjoni d-dispożizzjonijiet tal-Iskema ta’ kontroll u infurzar (l-Iskema) stabbilita permezz ta’ rakkomandazzjoni adottata mill-Kummissjoni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC) fil-Laqgħa Annwali tagħha fil-15 ta’ Novembru 2006, u sussegwentament emendata b’diversi rakkomandazzjonijiet fil-Laqgħat Annwali ta’ Novembru 2007, 2008 u 2009. |
(2) |
Fil-Laqgħa Annwali tagħha ta’ Novembru 2011, NEAFC adottat ir-Rakkomandazzjoni 9: 2012 li temenda l-Artikolu 14 tal-Iskema dwar il-komunikazzjoni ta’ rapporti u messaġġi lis-Segretarju tan-NEAFC. |
(3) |
Skont l-Artikoli 12 u 15 tal-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni tas-sajd fil-Grigal tal-Atlantiku approvati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE (2), dik ir-rakkomandazzjoni daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Frar 2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1236/2010, wara l-paragrafu 1 għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:
“1a. Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 9 jistgħu jiġu kkanċellati permezz ta’ rapport ta’ kanċellazzjoni.
Jekk rapport ikun jeħtieġ korrezzjoni, għandu jiġi kkanċellat permezz ta’ rapport ta’ kanċellazzjoni. Rapport ġdid, ikkoreġut għandu jintbagħat wara r-rapport ta’ kanċellazzjoni u fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 9.
Jekk iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera jaċċetta l-kanċellazzjoni ta’ rapport, għandu jikkomunika dan lis-Segretarju tan-NEAFC.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 348, 31.12.2010, p. 17.
(2) ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21.