EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0598

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 598/2012 tal- 5 ta’ Lulju 2012 li jemenda għall-172 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

ĠU L 176, 6.7.2012, p. 59–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/598/oj

6.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 176/59


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 598/2012

tal-5 ta’ Lulju 2012

li jemenda għall-172 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fil-21 ta' Ġunju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet tiegħu li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talbiet għat-tħassir minn fuq il-lista sottomessa minn dawn l-individwi u r-Rapporti Komprensivi tal-Ombudsperson stabbiliti skont ir-Riżoluzzjoni 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Fis-27 ta’ Ġunju 2012 hi ddeċidiet li tneħħi persuna fiżika oħra mil-lista. Barra minn hekk, fl-10 ta’ Mejju 2012, il-25 ta’ Mejju 2012, u l-21 ta’ Ġunju 2012, hi ddeċidiet li temenda ħames entrati fil-lista.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma mħassra:

(a)

‘Rachid Fettar (alias (a) Amine del Belgio, (b) Amine di Napoli, (c) Djaffar, (d) Taleb, (e) Abu Chahid). Indirizz: 30 Triq Abdul Rahman Street, Mirat Bab Al-Wadi, l-Alġerija. Data tat-twelid: 16.4.1969. Post tat-twelid: Boulogin, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: Estradit mill-Italja lejn l-Alġerija. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.’

(b)

‘Chabaane Ben Mohamed Ben Mohamed Al-Trabelsi (alias Chabaane Ben Mohamed Trabelsi). Indirizz: Nru 2, Triq Salvo D’Acquisto 2, Varese, l-Italja. Data tat-twelid: 1.5.1966. Post tat-twelid: Manzal Tmim, Nabul, it-Tuneżija; Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L945660 (passaport Tuneżin maħruġ fl-4.12.1998 li skada fit-3.12.2001). Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: TRB CBN 66E01 Z352O; (b) Kien residenti fl-Italja sa minn Diċembru 2009; (c) Isem l-omm huwa Um al-Khayr al-Wafi. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.6.2004.’

(c)

‘Nedal Mahmoud Saleh (alias (a) Nedal Mahmoud N. Saleh, (b) Salah Nedal, (c) Tarek Naser, (d) Hitem, (e) Hasim). Indirizz: Manchester, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 26.3.1972. Post tat-twelid: it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.’

(2)

L-entrata ‘Abid Hammadou (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid; (b) Youcef Adel; (c) Abou Abdellah). Data tat-twelid:12.12.1965. Post tat-twelid: Touggourt, Wilaya (il-provinċja) ta’ Ouargla, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Assoċjat mal-Organizzazzjoni ta' Al-Qaida fil-Magreb Islamiku; (b) Misjub fit-Tramuntana ta’ Mali f’Ġunju 2008; Isem l-omm: Fatma Hammadou. Isem il-missier: Benabes.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Amor Mohamed Ghedeir (alias (a) Abdelhamid Abou Zeid; (b) Youcef Adel; (c) Abou Abdellah, (d) Abid Hammadou). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1958. Post tat-twelid: Deb-Deb, Amenas, Wilaya (il-provinċja) ta’ Ouargla, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Isem l-omm hu Benarouba Bachira; Isem il-missier hu Mabrouk. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.7.2008.’

(3)

L-entrata ‘Mohammad Ilyas Kashmiri (alias (a) Muhammad Ilyas Kashmiri, (b) Elias al-Kashmiri, (c) Ilyas Naib Amir). Titlu: (a) Mufti, (b) Maulana. Indirizz: il-Villaġġ Thathi, Samahni, id-Distrett Bhimber, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 2.1.1964, (b) 10.2.1964. Post tat-twelid: Bhimber, Samahani Valley, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Tagħrif ieħor: Kmandant tal-Harakat-ul Jihad Islami. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.8.2010.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Mohammad Ilyas Kashmiri (alias (a) Muhammad Ilyas Kashmiri, (b) Elias al-Kashmiri, (c) Ilyas Naib Amir). Titlu: Mufti. Indirizz: il-Villaġġ Thathi, Samahni, id-Distrett Bhimber, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Data tat-twelid: (a) 2.1.1964, (b) 10.2.1964. Post tat-twelid: Bhimber, Samahani Valley, in-naħa tal-Kashmir li hija mmexxija mill-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Titlu preċedenti: Maulana. (b) Allegatament miet fil-Pakistan fil-11 ta’ Ġunju 2011. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.8.2010.’

(4)

L-entrata ‘Mati ur-Rehman (alias (a) Mati-ur Rehman, (b) Mati ur Rehman, (c) Matiur Rahman, (d) Matiur Rehman, (e) Matti al-Rehman, (f) Abdul Samad, (g) Samad Sial, (h) Abdul Samad Sial). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1977. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Mati ur-Rehman huwa l-kap kmandant operazzjonali ta’ Lashkar i Jhangvi. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.8.2011.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Mati ur-Rehman Ali Muhammad (alias (a) Mati-ur Rehman, (b) Mati ur Rehman, (c) Matiur Rahman, (d) Matiur Rehman, (e) Matti al-Rehman, (f) Abdul Samad, (g) Samad Sial, (h) Abdul Samad Sial, (i) Ustad Talha, (j) Qari Mushtaq, (k) Tariq, (l) Hussain). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1977. Post tat-twelid: Chak numru 36/DNB, Rajkan, Madina Colony, id-Distrett Bahawalpur, il-Provinċja tal-Punjab, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.8.2011.’

(5)

L-entrata ‘Youcef Abbes (alias Giuseppe). Data tat-twelid: 5.1.1965. Post tat-twelid: Bab el Oued, Algiers, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Mil-5 ta’ Lulju 2008 huwa meqjus bħala maħrub mill-ġustizzja mill-awtoritajiet Taljani. (b) Allegatament miet fl-2000; (c) Isem il-missier hu Mokhtar; (d) Isem l-omm hu Abbou Aicha; (e) Ħu Moustafa Abbes. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Youcef Abbes (alias Giuseppe). Data tat-twelid: 5.1.1965. Post tat-twelid: Bab el Oued, Algiers, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier hu Mokhtar; (b) Isem l-omm hu Abbou Aicha; Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.’

(6)

L-entrata ‘Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso (alias (a) Fahd al-Quso, (b) Fahd Mohammed Ahmen Al-Quso, (c) Abu Huthaifah, (d) Abu Huthaifah al-Yemeni, (e) Abu Huthaifah al-Adani, (f) Abu al-Bara, (g) Abu Huthayfah al- Adani, (h) Fahd Mohammed Ahmed al-Awlaqi, (i) Huthaifah al-Yemeni (j) Abu Huthaifah al-Abu al-Bara, (k) Fahd Mohammed Ahmad al-Kuss). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 12.11.1974. Post tat-twelid: Aden, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemenita. Tagħrif ieħor: (a) Numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali Jemeni 2043, (b) Operatur tal-Al- Qaida fil-Peniżola Għarbija u jmexxi ċellula fil-Provinċja ta’ Shabwa, il-Jemen. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 7.12.2010.’ taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Fahd Mohammed Ahmed Al-Quso (alias (a) Fahd al-Quso, (b) Fahd Mohammed Ahmen Al-Quso, (c) Abu Huthaifah, (d) Abu Huthaifah al-Yemeni, (e) Abu Huthaifah al-Adani, (f) Abu al-Bara, (g) Abu Huthayfah al- Adani, (h) Fahd Mohammed Ahmed al-Awlaqi, (i) Huthaifah al-Yemeni (j) Abu Huthaifah al-Abu al-Bara, (k) Fahd Mohammed Ahmad al-Kuss). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 12.11.1974. Post tat-twelid: Aden, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemenita. Tagħrif ieħor: Allegatament miet fis-6 ta’ Mejju 2012 fil-Jemen. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 7.12.2010.’


Top