This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0597
Commission Implementing Regulation (EU) No 597/2012 of 5 July 2012 amending Implementing Regulation (EU) No 540/2011 as regards the conditions of approval of the active substances aluminium ammonium sulphate, fat distillation residues, repellents by smell of animal or plant origin/fish oil and urea Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 597/2012 tal- 5 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 597/2012 tal- 5 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 176, 6.7.2012, p. 54–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/54 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 597/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 rigward il-kundizzjonijiet ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġej mill-pjanti, u l-ureaġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). Mis-sostituzzjoni tad-Direttiva 91/414/KEE bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, dawn is-sustanzi jitqiesu bħala approvati skont dak ir-Regolament u huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (5). |
(2) |
Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, ippreżentat lill-Kummissjoni l-fehmiet tagħha dwar l-abbozz tar-rapporti ta' reviżjoni għas-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju (6) fis-6 ta' Diċembru 2011, għar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam (7), għar-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti (8) u għall-urea (9) fis-16 ta' Diċembru 2011. L-abbozz tar-rapporti ta' reviżjoni u l-opinjonijiet tal-Awtorità ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ġew iffinalizzati fl-1 ta' Ġunju 2012 fil-format tar-rapporti ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għas-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, għar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, għar-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea. |
(3) |
L-Awtorità kkomunikat il-fehmiet tagħha dwar is-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, ir-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea lin-notifikaturi, u l-Kummissjoni talbithom iressqu l-kummenti dwar ir-rapporti ta' reviżjoni. |
(4) |
Huwa kkonfermat li s-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, ir-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, ir-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġej mill-pjanti, u l-urea għandhom jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(5) |
Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jkunu emendati l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tas-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, tar-residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, tar-repellenti mir-riħa tal-annimali jew taż-żejt tal-ħuta/li ġejjin mill-pjanti, u l-urea. Huwa xieraq, b'mod partikolari, li jeħtieġu informazzjoni konfermatorja oħra rigward dawk is-sustanzi attivi. Fl-istess ħin għandhom isiru ċerti adattamenti tekniċi, b'mod partikolari l-isem tas-sustanzi attivi “Repellanti bir-riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tal-ħuta” u “residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam” għandhom jinbidlu rispettivament b'“żejt tal-ħuta” u “residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam”. L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Għandu jitħalla perjodu raġonevoli ta' żmien qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex l-Istati Membri, in-notifikaturi u d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-emenda tal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(3) ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89.
(4) ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.
(5) ĠU L 153, 11.06.2011, p. 1.
(6) Konklużjoni dwar reviżjoni bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva s-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju, EFSA Journal 2012;10(3):2491. Tinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm
(7) Konklużjoni dwar reviżjoni bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva r-residwi mid-distilazzjoni tax-xaħam, EFSA Journal 2012;10(2):2519. Tinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.
(8) Konklużjoni dwar reviżjoni bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva ż-żejt tal-ħuta, EFSA Journal 2012;10(2):2546. Tinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm
(9) Konklużjoni dwar reviżjoni bejn il-pari dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċida tas-sustanza attiva urea, EFSA Journal 2012;10(1):2523. Tinsab onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm
ANNESS
Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:
(1) |
Ir-ringiela 219 dwar is-sustanza attiva s-sulfat tal-ammonju u tal-aluminju tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Ir-ringiela 229 dwar is-sustanza attiva residwi mid-destilazzjoni tax-xaħam tinbidel b'dan li ġej:
|
(3) |
Ir-ringiela 248 dwar is-sustanza attiva Repellanti bir-riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tal-ħuta tinbidel b'dan li ġej:
|
(4) |
Ir-ringiela 257 dwar is-sustanza attiva urea tinbidel b'dan li ġej:
|
(*) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.
(**) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.
(***) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.
(****) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' reviżjoni tagħhom.