This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0551
Council Regulation (EU) No 551/2012 of 21 June 2012 amending Regulation (EU) No 7/2010 opening and providing for the management of autonomous tariff quotas of the Union for certain agricultural and industrial products
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 551/2012 tal- 21 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 551/2012 tal- 21 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
ĠU L 166, 27.6.2012, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388
27.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 166/3 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 551/2012
tal-21 ta' Ġunju 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Sabiex ikunu żgurati fornimenti suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta' ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (1) li fi ħdanhom il-prodotti jistgħu jiġu impurtati b'rata ta’ dazju żero jew rati mnaqqsa. Għall-istess raġunijiet huwa neċessarju li, għal żewġ prodotti, tinfetaħ b'effett mill-1 ta' Lulju 2012, kwota tariffarja ġdida b'rata ta' dazju żero għal volum xieraq. |
(2) |
Il-volumi tal-kwota, stabbiliti preċedentement, għall-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni bin-numri tal-ordni 09.2638, 09.2814 u 09.2889 mhumiex biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawk il-volumi tal-kwota għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta' Jannar 2012. |
(3) |
Barra minn hekk, għall-kwota tariffarja awtonoma tal-Unjoni bin-numru tal-ordni 09.2633 d-deskrizzjoni tal-prodott għandha tiġi adattata. |
(4) |
Barra minn hekk, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.2767, ma għadux fl-interess tal-Unjoni li tkompli tagħti kwota tariffarja għat-tieni semestru tal-2012. Għalhekk, dik il-kwota tariffarja għandha tingħalaq b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012 u l-linja korrispondenti għandha titneħħa mill-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010. |
(5) |
Ladarba ċerti miżuri stipulati f'dan ir-Regolament għandhom isiru effettivi mill-1 ta' Jannar 2012 u oħrajn mill-1 ta’ Lulju 2012, dan ir-Regolament għandu japplika minn dawk l-istess dati u għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
il-linji bin-numri tal-ordni 09.2644 u 09.2645 stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament huma inseriti; |
(2) |
il-linji għall-kwoti tariffarji bin-numru tal-ordni 09.2638, 09.2814 u 09.2889 huma sostitwiti mil-linji li jinsabu fl-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(3) |
il-linja għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2633 tinbidel bil-linja li tinsab fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(4) |
il-linja għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.2767 titneħħa. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Madankollu, l-Artikolu 1(2) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. FREDERIKSEN
ANNESS I
Kwoti tariffarji kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) u 1(3)
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota |
Dazju fuq il-kwota (f’%) |
||||||
09.2644 |
ex 3824 90 97 |
96 |
Preparat li jkun fih:
|
1.7.-31.12. |
7 500 tunnellata |
0 |
||||||
09.2645 |
ex 3921 14 00 |
20 |
Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) × 100 cm (± 10 cm) × 40 cm (± 5 cm) |
1.7.-31.12. |
650 tunnellata |
0 |
||||||
09.2633 |
ex 8504 40 82 |
20 |
Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1) |
1.1.-31.12. |
4 500 000 unitajiet |
0 |
(1) L-entrata taħt din is-sottointestatura hija soġġetta għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
ANNESS II
Kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1(2)
Numru tal-ordni |
Kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota |
Dazju fuq il-kwota (f’%) |
09.2638 |
ex 2915 21 00 |
10 |
Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 64-19-7) |
1.1.-31.12. |
1 000 000 tunnellata |
0 |
09.2889 |
3805 10 90 |
|
Termentina tas-sulfat |
1.1.-31.12. |
25 000 tunnellata |
0 |
09.2814 |
ex 3815 90 90 |
76 |
Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju |
1.1.-31.12. |
3 000 tunnellata |
0 |