This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0489
Commission Implementing Regulation (EU) No 489/2012 of 8 June 2012 establishing implementing rules for the application of Article 16 of Regulation (EC) No 1925/2006 of the European Parliament and of the Council on the addition of vitamins and minerals and of certain other substances to foods Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 489/2012 tat- 8 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 489/2012 tat- 8 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 150, 9.6.2012, pp. 71–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
9.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/71 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 489/2012
tat-8 ta’ Ġunju 2012
li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tippreżenta, sal-1 ta’ Lulju 2013, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq l-effetti tal-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti meħtieġa lill-Kummissjoni. |
|
(2) |
L-informazzjoni rilevanti meħtieġa li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri għandha tkun relatata mal-evoluzzjoni tas-suq fl-ikel miżjud b’vitamini u minerali, inkluża dejta li turi x-xejriet fis-suq sa mill-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni tal-livell taż-żieda ta’ vitamini u minerali mal-ikel. |
|
(3) |
Din l-informazzjoni għandha tinkludi mudelli ta’ konsum tal-ikel miżjud b’vitamini u minerali u informazzjoni dwar il-konsum ta’ vitamini u minerali mill-popolazzjoni u minn gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni jekk xieraq. Dan għandu jinkludi informazzjoni li turi bidliet fid-drawwiet djetetiċi sa mill-armonizzazzjoni taż-żieda tal-vitamini u l-minerali fl-ikel. |
|
(4) |
L-informazzjoni rilevanti li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri għandha tkun relatata wkoll maż-żieda ta’ sustanzi oħra li mhumiex vitamini jew minerali mal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel, kif definit mid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (2). Din l-informazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-konsum ta’ ikel ta’ dan it-tip u l-ammonti ta’ sustanzi miżjuda, u dwar kwalunkwe miżuri nazzjonali, leġiżlattivi jew le, li ttieħdu biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti sustanzi oħra fl-ikel. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ permezz ta’ dawn ir-regoli ta’ implimentazzjoni li tiġi stabbilita lista tal-informazzjoni rilevanti li l-Istati Membri għandhom jiġbru u jipprovdu lill-Kummissjoni, u li jiġi ffissat format komuni għall-preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli implimentattivi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 u b’ mod partikolari dwar l-għoti tal-informazzjoni rilevanti meħtieġa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għall-fini tal-valutazzjoni tal-effetti tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.
Artikolu 2
Informazzjoni rilevanti
1. L-Istati Membri għandhom sal-1 ta’ Lulju 2012 jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti meħtieġa partikolarment dwar dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-evoluzzjoni tas-suq nazzjonali fl-ikel miżjud b’vitamini u minerali sa mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006; |
|
(b) |
mudelli tal-konsum tal-ikel miżjud b’vitamini u minerali; |
|
(c) |
livelli ta’ konsum tal-vitamini u l-minerali mill-popolazzjoni; |
|
(d) |
iż-żieda ta’ sustanzi barra mill-vitamini jew il-minerali fl-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE u informazzjoni dwar mudelli ta’ konsum ta’ ikel ta’ dan it-tip kif ukoll l-ammonti ta’ dawn is-sustanzi miżjuda mal-ikel u supplimenti tal-ikel. |
2. L-informazzjoni rilevanti meħtieġa li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-anqas l-informazzjoni speċifikata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
L-informazzjoni rilevanti meħtieġa u d-dettalji tagħha għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fil-format stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
3. Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk xi informazzjoni speċifikata fl-Anness I ma tkunx disponibbli jew għal kwalunkwe raġuni oħra ma tkunx tista’ tiġi pprovduta lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
L-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex tiġi pprovduta mill-Istati Membri għall-fini ta’ valutazzjoni tal-effetti tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006
|
A. |
Informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tas-suq nazzjonali fl-ikel miżjud b’vitamini u minerali għandha tinkludi dan li ġej:
L-informazzjoni msemmija fil-punti 1 u 2 għandha tinkludi l-informazzjoni għall-ikel li fihom l-aktar vitamini u minerali komunement miżjuda u informazzjoni dwar l-ammonti ta’ vitamini u minerali miżjuda fl-ikel. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb minn rapporti tas-suq disponibbli kummerċjalment, miżuri ta’ monitoraġġ nazzjonali u sorsi definiti rilevanti oħrajn. |
|
B. |
Informazzjoni dwar mudelli ta’ konsum tal-ikel miżjud b’vitamini u minerali għandha tinkludi dan li ġej:
|
|
C. |
Informazzjoni dwar il-livelli tal-konsum ta’ vitamini u minerali għandha tinkludi dan li ġej:
|
|
D. |
Informazzjoni dwar iż-żieda ta’ sustanzi barra mill-vitamini jew minerali fl-ikel għandha tinkludi dan li ġej:
|
ANNESS II
Format għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri
Evoluzzjoni tas-suq fl-ikel miżjud b’vitamini u minerali
|
Tip ta’informazzjoni li għandha tingħata |
Sors tad-dejta |
|
Is-sehem mis-suq nazzjonali ta’ prodotti differenti tal-ikel miżjuda b’vitamini u minerali skont il-kategorija tal-ikel, kif definita mill-20 kategorija tal-ikel ewlenija tas-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-ikel FoodEx (1), minbarra ikel għal użi nutrittivi partikolari u supplimenti tal-ikel. |
|
|
Xejriet fid-daqs tas-suq għall-ikel miżjud b’vitamini u minerali, u partikolarment informazzjoni dwar is-suq qabel u wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
|
Mudelli tal-konsum tal-ikel miżjud b’vitamini u minerali
|
Tip ta’informazzjoni li għandha tingħata |
Sors tad-dejta |
||||||
|
Livelli medji tal-konsum mill-popolazzjoni ta’ ikel miżjud b’vitamini u minerali. Livelli medji tal-konsum ta’ ikel miżjud b’vitamini u minerali skont il-gruppi tal-popolazzjoni li ġejjin:
|
|
||||||
|
L-ammonti ta’ vitamini u minerali miżjuda mal-ikel, skont l-20 kategorija tal-ikel ewlenija tas-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-ikel FoodEx. Din għandha tkun pprovduta bħala ammonti jew firxiet ta’ammonti miżjuda. |
|
||||||
|
Bidliet osservati fix-xejriet tal-konsum tal-ikel miżjud b’vitamini u minerali inkluża dejta dwar id-dejta tal-linja bażi użata biex jitqabbel il-konsum qabel u wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
|
Il-livelli ta’ konsum ta’ vitamini u minerali
|
Tip ta’informazzjoni li għandha tingħata |
Sors tad-dejta |
||||
|
Livelli medji ta’ konsum għall-vitamini u l-minerali għall-popolazzjoni. Livelli medji ta’ konsum għall-vitamini u l-minerali skont il-gruppi tal-popolazzjoni li ġejjin:
|
|
||||
|
Metodoloġija tal-istħarriġ djetetiku (prinċipalment metodi għall-valutazzjoni djetetika, il-gruppi skont l-età, is-sottogruppi tal-popolazzjoni). |
|
||||
|
Bidliet osservati fil-livelli tal-konsum għall-vitamini u l-minerali inkluża dejta dwar id-dejta tal-linja bażi użata biex jitqabblu l-livelli tal-konsum qabel u wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
|
Żieda ta’ sustanzi barra mill-vitamini jew minerali
|
Tip ta’informazzjoni li għandha tingħata |
Sors tad-dejta |
||||||||||||
|
Is-sehem mis-suq nazzjonali tal-prodotti tal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel, li jkunu nżidulhom sustanzi oħra, skont il-kategoriji li ġejjin ta’sustanzi użati:
|
|
||||||||||||
|
Xejriet fid-daqs tas-suq u partikolarment informazzjoni dwar is-suq qabel u wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006. |
|
||||||||||||
|
Miżuri nazzjonali li jikkonċernaw ir-restrizzjoni jew il-projbizzjoni tal-użu ta’ sustanzi oħra fil-manifattura tal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel. |
|
(1) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Il-klassifikazzjoni tal-ikel u s-sistema ta’ deskrizzjoni FoodEx 2 (reviżjoni abbozzata 1). Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn 2011:215. [438 pp.]. Tinstab onlajn: www.efsa.europa.eu