Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0478

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 478/2012 tal- 4 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi projbizzoni tas-sajd għall-megrims fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

    ĠU L 147, 7.6.2012, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/478/oj

    7.6.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 147/2


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 478/2012

    tal-4 ta’ Ġunju 2012

    li jistabbilixxi projbizzoni tas-sajd għall-megrims fiż-żoni VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li mhumiex suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2012.

    (2)

    Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet tal-istokk imsemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2012.

    (3)

    Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd għall-2012 allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk, għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Lowri EVANS

    Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  ĠU L 25, 27.1.2012, p. 1.


    ANNESS

    Nru

    6/T&Q

    Stat Membru

    Il-Portugall

    Stokk

    LEZ/8C3411

    Speċi

    Megrims (Lepidorhombus spp.)

    Żona

    VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1

    Data

    13.5.2012


    Top