This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0459
Commission Regulation (EU) No 459/2012 of 29 May 2012 amending Regulation (EC) No 715/2007 of the European Parliament and of the Council and Commission Regulation (EC) No 692/2008 as regards emissions from light passenger and commercial vehicles (Euro 6) Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2012 tad- 29 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 459/2012 tad- 29 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 142, 1.6.2012, p. 16–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
1.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 459/2012
tad-29 ta’ Mejju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 6)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimentaw u jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (3) jistabbilixxi rekwiżi tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u partijiet li jinbidlu fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom u jistipula regoli għal konformità waqt is-servizz, durabilità tat-tagħmir għall-kontra tat-tniġġis, sistemi dijanjostiċi ta’ abbord (OBD), kejl tal-konsum tal-karburant u aċċessibilità ta’ tiswija tal-vettura u informazzjoni dwar il-manutenzjoni. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, l-istandard tan-numru tal-partiċella (NP) għandu jiġi definit għal vetturi mgħammra b'magna b'ignition pożittiva li għandhom jiġu approvati skont l-istandards tal-Euro 6. |
(3) |
Il-partiċelli li joħorġu mill-vetturi jistgħu jiġu depożitati fl-alveoli tal-pulmun tal-bniedem, li għandhom il-potenzjal li jwasslu għal mard respiratorju u kardjovaskulari u żieda fil-mortalità. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-pubbliku li jkollu livell għoli ta’ protezzjoni minn dawk il-partiċelli. |
(4) |
Bħalissa qed jintuża l-protokoll ta’ kejl tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati (PMP) li ġie żviluppat għal vetturi diżil biex jitkejlu l-emissjonijiet tal-partiċella ta’ vetturi b'ignition pożittiva. Madankollu, teżisti evidenza li l-ispettri tad-daqs u l-kompożizzjonijiet kimiċi tal-emissjonijiet tal-partiċella ta’ ignition pożittiva jistgħu jvarjaw minn dawk ta’ vetturi diżil. L-ispettri tad-daqs tal-partiċella u l-kompożizzjonijiet kimiċi, u l-effettività tat-teknika attwali għall-kejl biex tikkontrolla emissjonijiet ta’ partiċella ta’ dannu għandhom jinżammu taħt reviżjoni. Fil-futur tista' tkun meħtieġa reviżjoni ta’ dak il-protokoll ta’ kejl għal vetturi b'ignition pożittiva. |
(5) |
Abbażi tal-għarfien tal-lum, il-livell ta’ emissjonijiet tal-partiċella minn magni konvenzjonali, port fuel injection (PFI) li jinjettaw il-karburant fil-manifolds tad-dħul jew portijiet tad-dħul aktar milli direttament fil-kamra ta’ kombustjoni huwa baxx. Għaldaqstant jidher li huwa ġustifikat li l-azzjoni regolatorja għalissa tiġi limitata għal vetturi mgħammra b'magni b'injezzjoni diretta, mingħajr ma jiġu esklużi aktar riċerki u monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-emissjoni tal-partiċella tal-magni kollha b'ignition pożittiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ispettri tad-daqs u l-kompożizzjoni kimika ta’ partiċelli li ħarġu kif ukoll l-emissjonijiet reali waqt is-sewqan, u l-Kummissjoni għandha tipproponi aktar miżuri regolatorji jekk ikun meħtieġ, billi tikkunsidra wkoll is-sehem futur tas-suq ta’ magni PFI. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 stabbilixxa limitu ta’ emissjoni tan-numru tal-partiċella ta’ 6 × 1011 #/km għal vetturi diżil Euro 6. F'konformità mal-prinċipju ta’ leġiżlazzjoni newtrali fit-teknoloġija, il-limitu rispettiv ta’ emissjoni għal vetturi Euro 6 b'ignition pożittiva għandu jkun l-istess minħabba li m'hemmx evidenza li tissuġġerixxi li l-partiċelli li ħarġu mill-magni PI għandhom tossiċità speċifika aktar baxxa mill-partiċelli li ħarġu minn magni diżil. |
(7) |
Filters tal-partiċella tal-gażolina (GPF), teknoloġija effettiva ta’ wara t-trattament għal partiċelli li qed jonqsu li qed joħorġu minn vetturi b'ignition pożittiv, huma mistennija jkunu dipsonibbli għal integrazzjoni f'xi vetturi Euro 6 bi prezz raġonevoli. Barra minn hekk, jidher aktarx li f'qafas ta’ żmien ta’ tliet snin wara d-dati mandatorji tal-Euro 6 li huma stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jista' jinkiseb tnaqqis simili ta’ emissjonijiet PN b'miżuri interni tal-magna bi prezzijiet sostanzjalment inqas għal ħafna applikazzjonijiet. Kwalunkwe miżura tal-magna għandha tkun applikabbli għall-kundizzjonijiet kollha tat-tħaddim tal-magni sabiex tiżgura li, fin-nuqqas ta’ tagħmir wara t-trattament, il-livelli ta’ emissjoni fil-kundizzjonijiet reali tas-sewqan ma jiggravawx. |
(8) |
Sabiex ikun permess għat-teknoloġiji kollha meħtieġa li għandhom jiġu żviluppati u biex jippermetti biżżejjed żmien minn qabel, għandu jiġi adottat approċċ f'żewġ passi, li japplika l-limiti ta’ numru ta’ partiċelli tad-diżil Euro 6 kif ukoll għal vetturi b'ignition pożittivi b'injezzjoni diretta fit-tieni fażi tiegħu. |
(9) |
Għandha tingħata attenzjoni lill-emissjonijiet tal-partiċella ta’ vetturi b'ignition pożittiva taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan u l-iżvilupp ta’ proċeduri rispettivi tat-test. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tintroduċi proċeduri korrispondenti ta’ kejl minn tal-inqas tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Euro 6. |
(10) |
Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt reviżjoni l-impatt tal-miżuri PN ta’ tnaqqis fuq l-emissjonijiet CO2 għal vetturi b'ignition pożittiva. |
(11) |
Skont l-Artikolu 4(7) tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkollhom l-approvazzjoni tat-tip għall-istandards tal-emissjoni tal-Euro 6 ladarba jiġu introdotti l-limiti minimi tas-sistema ta’ dijanjożi fuq il-vettura (OBD). OBD hija għodda importanti biex tidentifika ħsarat ta’ tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis. |
(12) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha 2008/C 182/08 dwar l-applikazzjoni u l-iżvilupp ġejjieni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-emissjonijiet minn vetturi ħfief u l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni (Euro 5 u 6) (4) il-Kummissjoni ssuġġeriet serje ta’ limiti minimi ta’ OBD li jirriflettu b'mod wiesgħa l-limiti applikati għal ħafna mill-vetturi ħfief fl-Istati Uniti u l-Kanada mill-2013 'il quddiem, fejn il-maġġoranza tas-sistemi OBD tal-vetturi huma konformi mal-leġiżlazzjoni stabbilita mill-Californian Air Resources Board (CARB). Allinjament tar-rekwiżiti tal-Unjoni ma’ dawk tal-Istati Uniti jkunu konformi mal-objettivi tal-armonizzazzjoni internazzjonali u jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali. |
(13) |
Madanakollu, ir-rekwiżiti tal-OBD fl-Istati Uniti fihom sfida teknoloġika għal manifatturi tal-vetturi li ma jesportawx lejn l-Istati Uniti. Għaldaqstant, għandu jiġi adottat perjodu inizjali ta’ tliet snin ta’ rekwiżiti OBD aktar laxk, li jipprovdi aktar żmien minn qabel lill-industrija. |
(14) |
Il-limiti minimi finali tal-OBD Euro 6 għal CO, NMHC u PM stipulati fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandhom ikunu aktar laxki mill-valuri li ġew issuġġeriti fil-Komunikazzjoni 2008/C 182/08, li jirriflettu diffikultajiet tekniċi f'dawk l-oqsma. Barra minn hekk, ma għandu jiġi adottat l-ebda livell minimu għal OBD Euro 6 għal numri ta’ partiċelli f'dan ir-Regolament. |
(15) |
Il-ħtieġa ambjentali, il-vijabilità teknika u l-ispiża/l-proporzjoni ta’ benefiċċju ta’ limiti minimi ta’ OBD Euro 6 aktar ristretti applikabbli għas-CO u NMHC u tal-issettjar ta’ numru ta’ partiċella tal-limitu minimu ta’ OBD Euro 6 għandhom jiġu evalwati fi stadju aktar tard. Kwalunkwe emenda li hija riżultat tar-rekwiżiti regolatorji f'dak ir-rigward għandha tiġi introdotta biss bi żmien biżżejjed minn qabel għall-industrija. Meta wieħed jikkunsidra l-kumplessità tas-sistemi OBD, dan iż-żmien meħtieġ huwa tipikament minn tlieta sa erba' snin. |
(16) |
Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 692/2008 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(17) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 3, fl-aħħar tal-punt 17, il-punt finali għandu jinbidel għal punt u virgola. |
2. |
Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt 18. li ġej:
|
3. |
Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 7 li ġej huwa miżjud: “7. Sa tliet snin wara d-dati applikabbli stipulati fil-paragrafi 4 u 5 għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda u fuq l-għażla tal-manifattur għandu japplika limitu ta’ emissjoni tan-numru tal-partiċella ta’ 6 × 1012 #/km għal vetturi li għandhom magna b'ignition pożittiva ta’ injezzjoni diretta.” |
4. |
L-Anness I, huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 7 tħassar. |
2. |
L-Anness I, XI u XVI huma emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.
(4) ĠU C 182, 19.7.2008, p. 17.
ANNESS I
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2007
Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, huwa emendat b’dan li ġej:
1. |
It-test fit-tieni ringiela tal-aħħar kolonna tat-Tabella 1 (limiti tal-emissjoni Euro 5) huwa sostitwit b’dan li ġej: “Numru ta’ partiċelli (NP)” |
2. |
It-Tabella 2 hija sostitwita bit-tabella li ġejja: “Tabella 2 Limiti ta’ emissjoni Euro 6
|
(1) Limitu ta’ 5,0 mg/km għall-massa tal-emissjonijiet tal-partikulati japplika għal vetturi tat-tip approvat għal-limiti ta’ emissjonijie ta’ din it-tabella mal-protokoll ta’ kejl tal-massa tal-partikulati ta’ qabel, qabel l-1.9.2011.
(2) Il-limiti tal-massa f’partiċelli positive-ignition għandhom japplikaw biss għal vetturi b’magni b’injezzjoni diretta.
(3) Sa tliet snin wara d-dati speċifikati fl-Artikolu 10(4) u (5) għal approvazzjonijiet ġodda tat-tip u vetturi ġodda rispettivament, limitu tal-emissjoni tan-numru tal-partiċelli ta’ 6,0 × 1012#/km għandu japplika għal vetturi b’injezzjoni diretta Euro 6 PI fuq l-għażla tal-manifattur. Sa mhux aktrar tard minn dawk id-dati għandu jiġi implimentat metodu tat-test ta’ approvazzjoni tat-test li jiżgura l-limitu effettiv tan-numru tal-partikolu li joħorġu taħt kundizzjonijiet reali tas-sewqan.”
ANNESS II
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 692/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Appendiċi 6 tal-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
2. |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej:
|
3. |
Fl-Anness XVI, il-Punt 6.2 jinbidel b’dan li ġej:
|