Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0333

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 333/2012 tad- 19 ta’ April 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ispeċi kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006 Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 108, 20.4.2012, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/08/2022; Imħassar b' 32022R1374

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/333/oj

20.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 333/2012

tad-19 ta’ April 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ tħejjija ta’ diformat tal-potassju bħala addittiv fl-ikel għall-ispeċi kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 492/2006

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Id-diformat tal-potassju, in-numru tal-CAS 20642-05-1, kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien f’konformita mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-ikel għall-ispeċi kollha tal-annimali permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 (3). Dan l-addittiv imbagħad iddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tad-diformat tal-potassju bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2011 (4) li, skont il-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, id-diformat tal-potassju ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumatur jew l-ambjent, u li d-diformat tal-potassju huwa effettiv biex iżid iż-żmien tal-ħażna ta’ ħut nej u prodotti sekondarji. Hija kkonkludiet li l-ebda ħsibijiet dwar is-sigurtà ma għandhom jinqalgħu sakemm jittieħdu miżuri xierqa ta’ protezzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv għall-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tad-diformat tal-potassju turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(6)

B’konsegwenza tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida permezz ta’ dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 492/2006 l-Anness III għandhom jitħassru.

(7)

Peress li l-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv għall-għalf mhumiex relatati ma’ raġunijiet ta’ sigurtà, huwa xieraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex jitneħħew il-ħażniet eżistenti tat-taħlitiet minn qabel u l-għalf kompost li fihom din it-tħejjija, kif awtorizzat permezz tar-Regolament (KE) Nru 492/2006.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tħejjija speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “preservattivi” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 492/2006 l-Anness III ta’ miegħu tħassru.

Artikolu 3

It-taħlitiet minn qabel u l-għalf kompost ittikkettjati f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li fihom id-diformat tal-potassju, kif awtorizzat permezz tar-Regolament (KE) Nru 492/2006, jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jinħlew l-istokks eżistenti.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 89, 28.3.2006, p. 6.

(4)  EFSA Journal 2012; 10(1):2530.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: preservattivi

1a237a

Diformat tal-potassju

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

 

Diformat tal-potassju: 50 ± 5 %,

 

Ilma: 50 ± 5 %.

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Diformat tal-potassju

Nru tal-CAS 20642-05-1

C2H3O4K

Magħmul b’sinteżi kimika

 

Il-Metodu ta’ Analiżi  (1)

 

Determinazzjoni tal-potassju fl-addittiv għall-għalf

EN ISO 6869: spettrometrija tal-assorbiment atomiku (AAS) jew EN 15510: spettrometrija ta’ emissjoni atomika bi plażma akkopjata induttivament (ICP-AES)

 

Determinazzjoni tal-format totali fl-addittiv għall-għalf EN 15909: fażi kuntrarja HPLC-UV

Għad-determinazzjoni tat-total tal-format f’taħlitiet minn qabel u għalf:

Kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja ta’ esklużjoni tal-jonji b’sejba ta’ indiċi tal-UV jew refrattiv HPLC-UV/RI) jew metodu tal-kromatografija tal-jonju mgħammar b’sejba tal-konduttività elettrika (IC-ECD).

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Permess biss fil-ħut nej, prodotti sekondarji tal-ħut għall-użu ta’ għalf b’kontenut massimu ta’ 9 000  mg ta’ diformat tal-potassju bħala sustanza attiva għal kull kg ta’ ħut nej.

2.

Għall-użu fl-għalf għall-ħnieżer, it-taħlita ta’ sorsi differenti tad-diformat tal-potassju ma għandhiex taqbeż il-livell massimu permess ta’ għalf sħiħ ta’ 18 000  mg kull kg ta’ għalf sħiħ għal ħnienes miftuma u 12 000  mg kull kg għalf komplet għal qżieqeż u ħnieżer għat-tismin.

3.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu, indika:

“L-użu simultanju ta’ aċidi organiċi oħra fid-dożi massimi permess huwa kontraindikat”.

4.

“Għas-sikurezza: għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn u ingwanti waqt l-immaniġġar”.

11 ta’ Mejju 2022


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top