This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0219
Commission Regulation (EU) No 219/2012 of 14 March 2012 correcting the Romanian version of Regulation (EC) No 1881/2006 setting maximum levels for certain contaminants in foodstuffs Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 219/2012 tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jikkoreġi l-verżjoni Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 219/2012 tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jikkoreġi l-verżjoni Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 75, 15.3.2012, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R0915
15.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 75/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 219/2012
tal-14 ta’ Marzu 2012
li jikkoreġi l-verżjoni Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Rumena tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) fiha tliet żbalji li għandhom jiġu kkoreġuti. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu għalhekk jiġi kkoreġut kif xieraq. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Rumena.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.