This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0193
Council Implementing Regulation (EU) No 193/2012 of 8 March 2012 implementing Regulation (EC) No 560/2005 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Côte d’Ivoire
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 193/2012 tat- 8 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 193/2012 tat- 8 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire
ĠU L 71, 9.3.2012, p. 5–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0907
9.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 71/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 193/2012
tat-8 ta’ Marzu 2012
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(2) u (5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005. |
(2) |
Abbażi ta’ reviżjoni tal-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament (KE) Nru 560/2005, il-Kunsill iqis li ma għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni jinżammu fuq dik il-lista. |
(3) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma’ persuna fil-lista fl-Anness I u mal-persuni fil-lista fl-Anness IA ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi aġġornata, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 560/2005, l-entrata għall-persuna li ġejja:
Désiré Tagro
għandha tiġi sostitwita bl-entrata li tinsab fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BØDSKOV
ANNESS I
Entrata msemmija fl-Artikolu 1
“Désiré TAGRO. Numru tal-passaport: PD – AE 065FH08. Data tat-twelid: 27 ta’ Jannar 1959. Post tat-twelid: Issia, Côte d’Ivoire. Miet fit-12 ta’ April 2011 f’Abidjan.
Segretarju-Ġenerali fl-hekk imsejħa “presidenza” tas-Sur GBAGBO: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur GBAGBO, ostakolu għall-proċess ta’ paċi u rikonċiljazzjoni, rifjut tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f’ripressjonijiet vjolenti ta’ movimenti popolari. Data tal-indikazzjoni min-NU: 30.3.2011 (Indikazzjoni mill-Unjoni Ewropea: 22.12.2010).”
ANNESS II
“ANNESS IA
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi mhux indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, imsemmija fl-Artikoli 2, 4 u 7
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
1. |
Kadet Bertin |
Mwieled fl-1957 f’Mama |
Konsulent Speċjali dwar is-sigurtà, id-difiża u t-tagħmir militari ta’ Laurent Gbagbo, ex Ministru tad-Difiża ta’ Laurent Gbagbo. Neputi ta’ Laurent Gbagbo. Eżiljat fil-Gana. Soġġett għal mandat ta’ arrest internazzjonali. Involut attivament f’inċidenti ta’ abbuż u ta’ għejbien forzat, u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzji u tal-‘Patrijotti Żgħażagħ (COJEP).’ Involut fil-finanzjament u t-traffikar ta’ armi u fl-evitar tal-embargo. Kellu rapporti mill-qrib mal-milizzji tal-punent u kien il-punt ta’ kuntatt f’isem Gbagbo ma’ dawn il-gruppi. Involut fil-ħolqien tal-iskwadri tal-mewt imsejħin ‘Forza Lima’. Matul l-eżilju tiegħu fil-Gana baqa’ jagħmel pjanijiet għall-kisba mill-ġdid tal-poter bil-forza. Qed isejjaħ ukoll għall-ħelsien immedjat ta’ Gbagbo. Minħabba r-riżorsi finanzjarji tiegħu, il-familjarità tiegħu mat-traffikanti illegali tal-armi u l-kuntatti kontinwi tiegħu mal-gruppi tal-milizzji li għadhom attivi partikolarment fil-Liberja, Kadet Bertin għadu ta’ theddida reali ferm għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Côte d’Ivoire. |
2. |
Oulaï Delafosse |
Mwieled fit-28 ta’ Ottubru 1968 |
Ex sotto prefett ta’ Toulepleu. Kap tal-Unjoni Patrijottika ta’ Reżistenza tal-Grand Ouest. Bħala Kap tal-milizzja, huwa responsabbli minn vjolenzi u reati, partikolarment fiż-żona ta’ Toulepleu. Filwaqt li ħa l-ordnijiet tiegħu direttament minn Kadet Bertin, huwa kien attiv ferm fir-reklutaġġ ta’ merċenarji Liberjani, kif ukoll fit-traffikar illegali ta’ armi ġejjin mil-Liberja matul il-kriżi postelettorali. It-truppi tiegħu firxu t-terrur matul il-kriżi postelettorali, fejn eliminaw mijiet ta’ nies oriġinarji mit-Tramuntana tal-Côte d’Ivoire Minħabba l-estremiżmu politiku tiegħu, ir-relazzjonijiet mill-qrib ma’ Kadet Bertin u l-kollegamenti mill-qrib li kellu mal-milizzji tal-merċenarji Liberjani, huwa għadu theddida għall-istabbiltà tal-pajjiż. |
3. |
Pasteur Gammi |
|
Kap tal-milizzja ‘Moviment Ivorjan għal-Liberazzjoni tal-Punent’ (MILOCI), stabbilita fl-2004. Bħala kap tal-MILOCI, milizzja favur Gbagbo, huwa kien involut f’ħafna massakri u atti ta’ brutalità. Ħarab lejn il-Gana (probabbilment qiegħed Takoradi). Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali. Mill-eżilju tiegħu ‘l hawn, huwa ngħaqad mal-Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal- Côte d’Ivoire (CILCI) li tħeġġeġ l-użu tar-reżistenza armata biex Gbagbo jerġa’ jkun fil-poter. |
4. |
Marcel Gossio |
Mwieled fit-18 ta’ Frar 1951 f’Adjamé Numru tal-passaport: 08AA14345 (li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2013) |
Maħrub ’il barra mill-Côte d’Ivoire. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali. Involut fil-frodi tal-fondi pubbliċi u fil-finanzjament u l-armament tal-milizzji. Persuna li serviet għall-finanzjament tal-klann Gbagbo u tal-milizzji. Huwa anke persunaġġ ċentrali fil-qafas tat-traffikar illegali ta’ armi. Minħabba l-fondi sostanzjali li kiseb illegalment, u l-familjarità tiegħu man-netwerks illegali ta’ armamenti, huwa baqa’ theddida kontinwa għas-sigurtà u stabbiltà tal-Côte d’Ivoire. |
5. |
Justin Koné Katina |
|
Maħrub fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali. Involut fis-serqa armata tal-Bank Ċentrali tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (BCEAO). Mill-post ta’ eżilju tiegħu, għadu jqis lilu nnifsu bħala l-kelliem ta’ Gbagbo. Fi stqarrija għall-istampa tat-12.12.2011, huwa saħaq li Ouattara qatt ma rebaħ l-elezzjonijiet u jqis ir-reġim ġdid bħala illeġittimu. Jappella għar-reżistenza, filwaqt li jqis li Gbagbo ser jieħu lura l-poter. |
6. |
Ahoua Don Mello |
Mwieled fit-23 ta’ Ġunju 1958 f’Bongouanou Numru tal-passaport: PD-AE/044GN02 (li jiskadi fit-23 ta’ Frar 2013) |
Kelliem ta’ Laurent Gbagbo. Ex Ministru tal-Infrastruttura u Sanità fil-gvern illeġittimu. Eżiljat fil-Gana. Taħt mandat ta’ arrest internazzjonali. Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa baqa’ jiddikjara li l-elezzjoni tal-President Ouattara hija frawdolenti u ma jirrikonoxxix l-awtorità tiegħu. Huwa rrifjuta li jwieġeb għall-appell tal-Gvern Ivorjan għar-rikonċiljazzjoni u jappella regolarment għall-insurrezzjoni fl-istampa, idur il-kampjijiet tar-refuġjati fil-Gana biex iħeġġeġ il-‘mobilizzazzjoni’. F’Diċembru 2011, huwa ddikjara li l-Côte d’Ivoire huwa ‘stat tribali taħt assedju’ u li ‘r-reġim ta’ Ouattara’ ser ‘jintemm’. |
7. |
Moussa Touré Zéguen |
Mwieled fid-9 ta’ Settembru 1944 Passaport qadim: AE/46CR05 |
Kap tar-Raggruppament tal-Patrijotti għall-Paċi (GPP) Fundatur tal-‘Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire’ (CILCI) Sar kap ta’ milizzja fl-2002 u ilu jmexxi l-GPP mill-2003. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-GPP sar l-id armata ta’ Gbagbo f’Abidjan u fin-nofsinhar tal-pajjiż. Mal-GPP huwa sar responsabbli ta’ bosta atti ta’ vjolenza, immirati prinċipalment lejn il-popli oriġinarji mit-tramuntana u dawk li jopponu r-reġim. Involut personalment fi vjolenza postelettorali (partikolarment fil-kwartieri ta’ Abobo u Adjamé). Waqt li kien eżiljat f’Accra, Touré Zéguen ħoloq il-‘Koalizzjoni Internazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Côte d’Ivoire’, bil-għan li Gbagbo jerġa’ jikseb il-poter. Mill-post ta’ eżilju tiegħu, huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet provokatorji (pereżempju, il-konferenza stampa tad-9 ta’ Diċembru 2011), filwaqt li baqa’ jżomm pożizzjoni ta’ kunflitt u ta’ vendetta bl-armi. Huwa jqis li l-Côte d’Ivoire taħt Ouattara hija illeġittima u li ġiet ‘ikkolonizzata mill-ġdid’ u għamel sejħa li ‘tistieden lill-Ivorjani biex ikeċċu lill-imposturi’ (Jeune Afrique, Lulju 2011). Iżomm blogg li jsejjaħ għall-insurrezzjoni vjolenti tal-poplu Ivorjan kontra Ouattara.” |