Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0190

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 190/2012 tas- 7 ta’ Marzu 2012 li ma tingħata l-ebda għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 111/2012

    ĠU L 69, 8.3.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/190/oj

    8.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 69/11


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 190/2012

    tas-7 ta’ Marzu 2012

    li ma tingħata l-ebda għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 111/2012

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) [ir-Regolament dwar l-“OKS Unika”] (1), u partikolarment l-Artikolu 43(d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 111/2012 tad-9 ta’ Frar 2012 li jiftaħ il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward l-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa (2) jipprovdi għal żewġ subperjodi għat-tressiq tal-offerti.

    (2)

    Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (3), abbażi tal-offerti nnotifikati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jew tiffissa ammont massimu tal-għajnuna jew ma tiffissax ammont massimu tal-għajnuna.

    (3)

    Wara eżami tal-offerti mressqa b’risposta għat-tieni stedina parzjali għall-offerti, huwa f’loku li ma tingħata l-ebda għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-1 ta’ Marzu 2012.

    (4)

    Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-1 ta’ Marzu 2012 fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 111/2012, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għal kwalunkwe kategorija ta’ prodotti minn dawk imsemmija fl-Anness għal dak ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 37, 10.2.2012, p. 55.

    (3)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3


    Top