This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0151
Commission Implementing Regulation (EU) No 151/2012 of 21 February 2012 amending Council Regulation (EC) No 314/2004 concerning certain restrictive measures in respect of Zimbabwe
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2012 tal- 21 ta' Frar 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2012 tal- 21 ta' Frar 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
ĠU L 49, 22.2.2012, p. 2–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
22.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2012
tal-21 ta' Frar 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi relatati mal-implementazzjoni tar-Regolament. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tas-15 ta' Frar 2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe tidentifika l-persuni legali u fiżiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif provduti fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sal-punt li l-azzjoni fil-livell ta' Unjoni tkun meħtieġa. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu, għalhekk, jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill, |
(3) |
l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi aġġornat fuq il-bażi tal-informazzjoni l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi sostitwit bl-Anness I li jinsab ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġu sostitwit bl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti
(2) ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6-23.
ANNESS I
“ANNESS III
Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 6
I. Persuni
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
(1) |
Mugabe, Robert Gabriel |
President, imwieled fil-21.2.1924; Passaport AD001095. |
Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. |
(2) |
Abu Basutu, Titus Mehliswa Johna |
Ġeneral tal-Korpi tal-Ajru, in-Nofsinhar ta’ Matebeleland.. Imwieled fit-2.6.1956 |
Uffiċjal militari anzjan, involut direttament fil-kampanja ta' terrur imwettqa qabel u matul l-elezzjonijiet fiż-żona ta' Gwanda. Deputat għall-Marixall tal-Ajru Perence Shiri (100 fuq il-lista). |
(3) |
Bonyongwe, Happyton Mabhuya |
Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960; Passaport: AD002214; ID: 63-374707A13 |
Membru anzjan tas-sigurtà assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF (Zimbabwe African National Union – Patriotic Front) u kompliċi fil-formazzjoni jew it-tmexxija tal-politika ripressiva tal-istat. Akkużat bil-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' attivisti tal-MDC (Moviment għall-Bidla Demokratika) f'Ġunju 2008. |
(4) |
Buka (magħruf ukoll bħala Bhuka), Flora |
Uffiċċju tal-President (eks-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Speċjali responsabbli għall-Programmi tal-Artijiet u r-Riokkupazzjoni, eks-Ministru tal-Istat fl-uffiċċju tal-Viċi President u eks-Ministru tal-Istat għar-Riforma tal-Artijiet fl-Uffiċċju tal-President), imwielda fil-25.2.1968. |
Ministru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi President Nkomo Responsabbli għall-organizzazzjoni ta' vjolenza fiż-żona ta' Gokwe u l-immirar tal-mexxejja tal-MDC fl-2008. |
(5) |
Bvudzijena, Wayne |
Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Kelliem għall-Pulizija; Imwieled fl-24.04.1958. ID: 29-008792V71, |
Membru anzjan tal-forza tal-pulizija. Kelliem għall-pulizija. Fl-2008 akkuża lill-MDC li ta kenn lil dawk responsabbli għall-vjolenza elettorali fil-kwartieri ġenerali provinċjali u nazzjonali tal-MDC. |
(6) |
Chapfika, David |
Eks-Deputat Ministru għall-Agrikoltura (eks-Deputat Ministru għall-Finanzi), imwieled fis-7.4.1957; Passaport:ZL037165. ID: 63-052161G48 |
President nazzjonali tal-Kumitat tal-ġbir ta' fondi taż-ZANU-PF, sponsorja l-milizji fl-2008 billi pprovda appoġġ għall-bażijiet tal-milizja fiż-żona ta' Hoyuyu f'Mutoko. |
(7) |
Charamba, George |
Segretarju Permanenti, Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-4.4.1963; Passaport AD002226; Passaport AD001255 ID: 07-003617B07 |
Impjegat anzjan tas-servizz ċivili assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. |
(8) |
Chidarikire, Faber Edmund |
Gvernatur tal-Provinċja għall-Mashonaland tal-Punent, eks-Sindku ta’ Chinhoyi, imwieled fis-6.6.1946; ID: 70-056539L70 |
Eks-sindku taż-ZANU-PF f'Chinoyi u gvernatur provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(9) |
Chigudu, Tinaye Elisha Nzirasha |
Eks-Gvernatur Provinċjali: ta' Manicaland. Imwieled fit-13.08.42. Passaport AD000013. ID 63-022247R42. |
Eks-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri fiż-Żimbabwe u eks-gvernatur provinċjali ta' Manicaland. Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Ġunju 2008 ordna r-ripressjoni tal-partitarji tal-MDC |
(10) |
Chigwedere, Aeneas Soko |
Gvernatur tal-Provinċja: Il-Lvant ta’ Mashonaland, eks-Ministru, imwieled fil-25.11.1939. .ID 25-15430J80 |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. |
(11) |
Chihota, Phineas |
Viċi Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali. Imwieled fit-23.11.1950. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Hedded partitarji tal-MDC bil-mewt u huwa assoċjat mas-sekwestru u t-tortura ta' nies f'Ġunju 2008. |
(12) |
Chihuri, Augustine |
Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953. Passaport AD000206. ID 68-034196M68 |
Uffiċjal anzjan tal-pulizija u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt, assoċjat mill-qrib mal-politiki ripressivi taż-ZANU-PF. Stqarr pubblikament li jappoġġa liż-ZANU-PF f'kontravenzjoni tal-Att tal-Pulizija. F'Ġunju 2009 ordna lill-pulizija biex iwaqqgħu l-każijiet kollha relatati mal-qtil li twettaq fiż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali ta' Ġunju 2008. |
(13) |
Chinamasa, Patrick Anthony |
Ministru tal-Ġustizzja, l-Affarijiet Legali u Parlamentari, imwieled fil-25.1.1947. ID 63-005591M42. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(14) |
Chindori-Chininga, Edward Takaruza |
Eks-Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fl-14.3.1955. Passaport AN388694. ID 63-377216C71. |
Eks-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF bħala Membru tal-Parlament taż-ZANU-PF. Kmandant tal-bażijiet tal-milizja f'Guruve fiż-żmien ta' qabel l-elezzjonijiet tal-2008. |
(15) |
Chinotimba, Joseph |
Viċi-President taż-Zimbabwe National Liberation War Veterans Association, mexxej tal-milizja ZANU-PF. Imwieled fis-06.06.1957. ID 63-312672W11. |
Matul l-elezzjonijiet tal-2008 Chinotimba mexxa grupp li qered id-dar ta' Admore Chibutu. Flimkien ma' membri tal-armata u partitarji taż-ZANU-PF huwa attakka d-dar ta' Tongeyi Jeremiah f'Mejju 2008. |
(16) |
Chipanga, Tongesai Shadreck |
Eks-Viċi Ministru tal-Affarijiet Interni, imwieled fl-10.10.1940 alt 10.10.1946. |
Eks-membru tal-Gvern u eks-direttur tal-pulizija sigrieta taż-Żimbabwe, assoċjat ma' qtil b'motivi politiċi. |
(17) |
Chipwere Augustine |
Brigadier Ġeneral, eks-Kurunell, in-Nofsinhar ta’ Bindura |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur ta' qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Responsabbli għal taqlib politiku f'Bindura. Uffiċjal militari anzjan, promoss mill-President fl-2011. |
(18) |
Chiwenga, Constantine |
Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (eks-Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġeneral), imwieled fil-25.8.1956. Passaport AD000263. ID 63-327568M80 |
Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-ħtif ta' azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prim tal-vjolenza assoċjata mal-proċess taż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali. |
(19) |
Chombo, Ignatius Morgan Chiminya |
Ministru tal-Gvernijiet Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Izvilupp Urban, imwieled fl-1.8.1952. Passaport AD000500. ID 70-086938D70. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u responsabbli għal ħidma li mminat lill-MDC fil-gvern lokali bir-restrizzjoni ta' finanzjament u b'molestja. |
(20) |
Dinha, Martin |
Gvernatur Provinċjali għal Mashonaland Ċentrali. |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. Involut fit-tfixkil ta' azjendi agrikoli fil-konċessjoni tal-villaġġ ta' Rockwood fl-2009. |
(21) |
Goche, Nicholas Tasunungurwa |
Ministru tat-Trasport, tal-Komunikazzjoni u tal-Infrastruttura (eks-Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fl-1.8.1946. ID 63-355978S68 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Ġunju 2008 uża l-forza fuq l-NGOs kollha biex iwaqqfu x-xogħol tagħhom fuq il-post u d-distribuzzjoni tal-ikel. Responsabbli għall-bażi tal-milizja f'Shamva u implikat fi vjolenza f'dik iż-żona. |
(22) |
Gono, Gideon |
Gvernatur tal-Bank tar-Riżerva (bank ċentrali) taż-Żimbabwe, imwieled fid-29.11.59. Passaport AD000854. ID 58-001824K07 |
Rabtiet mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Idderiġa fondi illegalment għaż-ZANU-PF fl-2008. |
(23) |
Gurira, Cephas T. |
Brigadier; eks-Kurunell, Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe. Imwieled fl-1.5.1963. ID 29-061056D29 |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Responsabbli għall-inċitament ta' vjolenza f'Mhondoro. |
(24) |
Gwekwerere, Stephen (isem assunt Steven) |
Kurunell, Chinhoyi. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Parti mill-grupp li attakka persuni f'Chinoyi fl-2008. |
(25) |
Kachepa, Newton |
Membru Parlamentari għat-tramuntana ta’ Mudzi. Imwieled fl-10.2.70. ID 32-088209M48 |
Membru Parlamentari, involut fil-qtil ta' Peter Tom Butao fl-14 ta' April 2008 u ta' Kingswell Mateta f'Lulju 2008. Huwa mexxa t-tortura ta' ħafna partitarji tal-MDC fil-kostitwenza tiegħu. |
(26) |
Karakadzai, Mike Tichafa |
L-Għola Fizzjal tal-Forzi tal-Ajru, Provinċja Metropolitana ta’ Harare. Imwieled fis-7.3.57. ID 63-632526N13. |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet billi mexxa s-sekwestri u l-vjolenza f'Harare fl-2008. |
(27) |
Kasukuwere, Saviour |
Viċi Ministru tal-Iżvilupp taż-Żgħażagħ u l-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni u Deputat Segretarju għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ tal-Politburo taż-ZANU-PF, imwieled fit-23.10.1970.. ID 45-046113Q45. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza lil dawk involuti f'rewwixti vjolenti f'Harare fi Frar 2011. |
(28) |
Kazangarare, Jawet |
Kunsillier taż-ZANU-PF f’Hurungwe tat-Tramuntana u veteran tal-gwerra. Imwieled fit-12.4.1957. ID 38-102814B58. |
Direttament involut fil-kampanja ta' terrur orkestrata mill-gvern li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet fl-2008. Responsabbli għat-tmexxija tal-persekuzzjoni vjolenti ta' partitarji tal-MDC f'Hurungwe, li tinkludi stupru, qtil u qerda ta' djar u involut b'mod partikolari fil-qtil ta' Tapiwa Mubwanda, aġent elettorali tal-MDC fit-Tramuntana ta’ Hurungwe f'Mejju 2008. |
(29) |
Khumalo, Sibangumuzi |
Brigadier Ġeneral, Matebeleland tat-Tramuntana. Imwieled fis-16.8.1954. ID 08-448357W73. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Fi Frar 2011, huwa ġie allegat li kien parti mill-istrateġija għat-twettiq ta' vjolenza u terrur billi bagħat uffiċjali anzjani għall-koordinazzjoni ta' kampanja mmirata biex iżżomm lil Mugabe fil-poter. |
(30) |
Kunonga, Nolbert (magħruf ukoll bħala Nobert) |
Appunta lilu nnifsu Isqof Anglikan. |
Jappoġġja b’mod voċiferu lir-reġim. Dawk li segwewh kienu appoġġati mill-pulizija fit-twettiq ta' atti ta' vjolenza kontra s-sostenituri tal-knisja fl-2011. |
(31) |
Kwainona, Martin |
Assistent Kummissarju, imwieled fid-19.1.1953; Passaport AD001073. ID 63-293627V45 |
Uffiċjal anzjan tal-pulizija, ta ordnijiet lill-awtoritajiet lokali biex jinstigaw vjolenza fil-Villaġġ ta' Kanyuchi, f'Mount Darwin f'April 2008. |
(32) |
Kwenda, R. |
Maġġur, Zaka tal-Lvant. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Kap tal-vjolenza f’Zaka fl-2008. |
(33) |
Langa, Andrew |
Viċi Ministru tas-Servizz Pubbliku (eks-Viċi Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni). Imwieled fit-13.1.65. ID 21-017934E21. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Fl-2005 fetaħ in-nar fuq 11-il membru tal-Assemblea taż-Żgħażagħ tal-MDC. Intimida votanti f'jum l-elezzjoni tal-2008. |
(34) |
Mabunda, Musarashana |
Assistent Kummissarju tal-Pulizija. Imwieled fil-11.11.58. ID 22-026198T13 |
Membru tal-forzi tas-sigurtà u b’responsabbità estensiva għal vjolazzjonijiet gravi tal-ħelsien biex jitlaqqgħu ġemgħat paċifiċi. Mexxa s-swat, it-tortura u r-ripressjoni tal-11 ta' Marzu 2007. F'Ġunju 2008 hedded li joqtol lil Lovemore Madhuku. |
(35) |
Machaya, Jason (magħruf ukoll bħala Jaison) Max Kokerai |
Gvernatur tal-Provinċja: Midlands. Eks-Viċi Ministru għall-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fit-13.6.1952. ID 26-003018Z26. |
Gvernatur tal-Provinċja: Midlands. Assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. Għamel użu minn influwenza biex jimblokka l-investigazzjoni ta' qtil b'motivi politiċi li allegatament twettaq minn ibnu. |
(36) |
Made, Joseph Mtakwese |
Ministru tal-Inġinerija u l-Mekkanizzazzjoni Agrikola (eks-Ministru tal-Agrikoltura u l-Izvilupp Rurali, imwieled fil-21.11.1954. Passaport AN000144. ID 29-128547N42 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF |
(37) |
Madzongwe, Edna (magħrufa wkoll bħala Edina) |
President tas-Senat taż-ZANU-PF, mwielda fil-11.7.1943. ID 63-748119H32 |
Membru tal-politburo taż-ZANU-PF. Għamlet użu minn influwenza biex timmotiva prosekuzzjonijiet politiċi fi Frar 2008. Involuta fi vjolenza f'Chegutu inkluż fl-akkwist ta' Stockade Citrus Estate fl-2008, billi tat ordnijiet diretti lil dawk li mexxew ir-ripressjoni. |
(38) |
Mahofa, Shuvai Ben |
Eks-Viċi Ministru tal-Izvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien tal-Impjiegi, imwieled fl-4.4.1941. Passaport AD000369. ID 27-031942V27 |
Sponsorja lil dawk li stabbilixxew bażijiet ta' tortura f'Masvingo. Persuni minn dawn il-bażijiet qatlu lil Mapurisa Zvidzai fl-24 ta' April 2008 u lil Tiziro Moyo fil-11 ta' Ġunju 2008. |
(39) |
Maluleke, Titus |
Gvernatur tal-Provinċja: Masvingo (eks-Viċi Ministru tal-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura). |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-membri tal-gvern taż-ZANU-PF. Appoġġa pubblikament l-invażjonijiet tal-art f'Masvingo fl-2009. |
(40) |
Mangwana, Paul Munyaradzi |
President tal-Kumitat ta' Għażla Kostituzzjonali (COPAC) u eks-Ministru tal-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni, imwieled fl-10.8.1961. Passport AD000459. ID 22-017031E12 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Sponsorja u mexxa attivitajiet tal-klikek ta' terrur taż-ZANU-PF fiċ-Ċentru ta' Chivi f'Mejju/Ġunju 2008. |
(41) |
Marumahoko, Reuben |
Viċi Ministru tal-Integrazzjoni Reġjonali u l-Kooperazzjoni Internazzjonali u eks-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin (eks-Viċi Ministru tal-Affarijiet Interni), imwieled fl-4.4.1948. ID 63-311317Y71 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Kmandant tal-milizja taż-ZANU-PF f'Hurungwe. Ma' grupp ta' partitarji taż-ZANU-PF u veterani tal-gwerra, huwa attakka lil partitarji tal-MDC u qered diversi djar fid-distrett ta' Hurungwe bejn April u Lulju 2008. |
(42) |
Mashava, G. |
Kurunell, Chiredzi Ċentrali. |
Mexxa vjolenza b'motivi politiċi f'Chirendzi fl-2008. |
(43) |
Masuku, Angeline |
Gvernatur tal-Provinċja: In-Nofsinhar ta’ Matabeleland (Segretarju għall-Persuni b'Diżabbiltà u l-Iżvantaġġati tal-Politburo taż-ZANU-PF), imwielda fl-14.10.1936. ID 08-266228E19 |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. |
(44) |
Mathema, Cain Ginyilitshe Ndabazekhaya |
Gvernatur Provinċjali, Bulawayo. Imwieled fit-28.1.1948. ID 63-682168J73 |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. |
(45) |
Mathuthu, Thokozile (magħruf ukoll bħala Sithokozile) |
Gvernatur tal-Provinċja: It-Tramuntana ta’ Matabeleland u Viċi-Segretarju tal-Polituro ta' ZANU (PF), inkarigat mit-Trasport u l-Għajnuna Soċjali. |
Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. F'Ġunju 2008 għamel użu mill-pożizzjoni tiegħu biex jinstiga mibegħda kontra partitarji tal-MDC. |
(46) |
Matibiri, Innocent Tonderai |
Assistent Kummissarju tal-Pulizija. Imwieled fid-9.10.1968. ID 63-729730V70. |
Membru anzjan tal-forzi tas-sigurtà, konness mal-qtil ta' ħaddiem ta' azjenda agrikola. |
(47) |
Matiza, Joel Biggie |
Eks-Viċi Ministru tal-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali, imwieled fis-17.8.1960. Passport ZA557399. |
Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza bażijiet fil-Punent u fin-Nofsinhar ta' Murehwa, minn fejn partitarji taż-ZANU-PF issorveljati minnu, qatlu lil Edward Pfuka fis-17 ta' Ġunju 2008 u lil Moses Nyada fid-19 ta' Ġunju 2008. |
(48) |
Matonga, Brighton (magħruf ukoll bħala Bright) |
Eks-Viċi Ministru tal-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-1969. |
Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Kelliem għall-partit. Mexxa grupp ta' partitarji taż-ZANU-PF li qatlu lill-mara ta' Dadidrayi Chipiro. |
(49) |
Mhandu, Cairo (magħruf ukoll bħala Kairo) |
Maġġur fl-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe. Imwieled fit-23.11.1960. ID 63-371574V15 |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u wara l-elezzjonijiet fl-2008. Mexxa grupp ta' partitarji u veterani tal-gwerra li qatlu lil Gibbs Tawenga u lil Hama Ngowani fit-30 ta' Ġunju 2008. |
(50) |
Mhonda, Fidellis |
Kurunell, Rushinga. Imwieled fit-2.1.1958. ID 75-139696G81 |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Mexxa vjolenza politika f'Rushinga. |
(51) |
Midzi, Amos Bernard (Mugenva) |
Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri (eks-Ministru għall-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija), imwieled fl-4.7.1952. |
President tal-partit taż-ZANU-PF f'Harare. Eks-membru tal-Gvern assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. Organizza konvoj ta' partitarji u suldati taż-ZANU-PF li attakkaw persuni u qerdu djar f'Ġunju 2008. Marbut ma' vjolenza f'Epworth, billi appoġġa bażijiet ta' milizja fl-2008 u għal darb'oħra fl-2011. |
(52) |
Mnangagwa, Emmerson Dambudzo |
Ministru tad-Difiża, imwieled fil-15.9.1946. Passaport AD00060. ID 63-450183P67 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt. |
(53) |
Mohadi, Kembo Campbell Dugishi |
Ko-Ministru tal-Affarijiet Interni (eks-Viċi Ministru tal-Gvernijiet Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Akkomodazzjoni Nazzjonali), imwieled fil-15.11.1949. ID 02-012912X02 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt. |
(54) |
Moyo, Gilbert |
“Veteran tal-Gwerra”, mexxej tal-milzja taż-ZANU-PF. |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008 fil-Punent ta’ Mashonaland (Chegutu); involut fl-akkwist vjolenti ta' azjendi agrikoli. |
(55) |
Moyo, Jonathan Nathaniel |
Eks-Ministru tal-Istat għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fit-12.1.1957. Passaport AD000432. ID 63-857281M73 |
Eks-Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Instiga vjolenza u mibegħda, u arkitett ta' liġijiet li jimpedixxu l-libertà tal-espressjoni. |
(56) |
Moyo, Sibusio Bussie |
Brigadier Ġeneral taż-ZNA. |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u wara l-elezzjonijiet, inkluż fil-qtil ta' partitarji tal-MDC. |
(57) |
Moyo, Simon Khaya |
President tal-Politburo taż-ZANU-PF, Viċi Segretarju għall-Affarijiet Legali, imwieled fl-1945. Imwieled fl-1.10.1945. Passaport ZD001512. ID 63-735452P56 |
Membru tal-politburo taż-ZANU-PF b'rabtiet attwali mal-politika ripressiva tiegħu. |
(58) |
Mpabanga, S. |
Logutenent Kurunell, Lvant ta’ Mwenzi |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Mexxa vjolenza b'motivi politiċi f'Mwenezi. |
(59) |
Mpofu, Obert Moses |
Ministeru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, eks-Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ Industrijali (eks-Gvernatur Provinċjali: It-Tramuntana ta’ Matabeleland) (Viċi Segretarju għas-Sigurtà Nazzjonali tal-Politburo taż-ZANU-PF), imwieled fit-12.10.1951. Passaport ZD001549. ID 08-186074F79. |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Marzu 2008 inċita lil partitarji taż-ZANU-PF biex ikeċċu lil opponenti tal-MDC minn djarhom biex iwaqqfuhom milli jivvutaw. |
(60) |
Msipa, Cephas George |
Eks-Gvernatur Provinċjali: tal-Midlands, imwieled fis-7.7.1931. |
Eks-Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. |
(61) |
Muchena, Henry |
Viċi-Marixxall tal-Forzi tal-Ajru, Midlands. Kap tal-Kummissarjat taż-ZANU-PF. |
Uffiċjal militari anzjan marbut maż-ZANU-PF, involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet. Mexxa vjolenza f'Zhombe u f'Gokwe matul l-2008. |
(62) |
Muchena, Olivia Nyembesi (magħrufa wkoll bħala Nyembezi) |
Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-Iżvilupp tal-Komunità, eks-Ministru tal-Istat għax-Xjenza u t-Teknoloġija fl-Uffiċċju tal-President (eks-Minsitru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi President Msika), imwielda fit-18.8.1946. Passaport AD000086. ID 63-337191X50 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Konnessa ma' qtil motivat politikament u involuta personalment fil-qerda tad-dar ta' Revai Kativhu fl-1 ta' Mejju 2008. |
(63) |
Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange |
Segretarja tal-Politburo taż-ZANU-PF), inkarigata għll-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kultura (Eks-Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Iżvilupp Komunitarju ( imwielda fl-14.12.1958. ID 63-741411R50 |
Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF, għadha membru tal-Politburo taż-ZANU-PF. Kellha rwol ewlieni fil-vjolenza fil-provinċja ta' Masvingo fl-2008. |
(64) |
Muchono, C. |
Kurunell-Logotenent, Mwenezi tal-Punent. |
Direttament involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet, billi mexxa kampanja ta' terrur f'Mwenezi fl-2008. |
(65) |
Mudede, Tobaiwa (magħruf ukoll bħala Tonneth) |
Reġistratur Ġenerali, imwieled fit-22.12.1942. ID 36-452750E70 |
Rabtiet mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika tal-istat, b'mod partikolari fir-rigward tat-tbagħbis tal-elezzjoni. |
(66) |
Mudenge, Isack Stanislaus Gorerazvo |
Ministru tal-Edukazzjoni Terzjarja u dik Għolja (eks-Ministru tal-Affarijiet Barranin), imwieled fis-17.12.1941. alt 17.12.1948 Passaport AD000964. ID 63-645385Q22 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(67) |
Mudonhi, Columbus |
Assistant Spettur taż-Zimbabwe Republic Police. |
Direttament involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet, billi mexxa l-vjolenza f'Buhera fl-2008. |
(68) |
Mugabe, Grace |
Imwielda fit-23.7.1965; Passaport AD001159. ID 63-646650Q70 |
Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti. |
(69) |
Mugariri, Bothwell |
Eks-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Anzjan. |
Eks-membru tal-forzi tas-sigurtà u b’responsabbiltà estensiva għal vjolazzjonijiet gravi tal-ħelsien biex jitlaqqgħu ġemgħat paċifiċi. Bħala Uffiċjal inkarigat f'Harare, konness ma' operazzjonijiet vjolenti f'Marzu 2007. |
(70) |
Mujuru, Joyce Teurai Ropa |
Viċi-President (eks-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali), imwielda fis-15.4.1955. ID 63-445325J18 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(71) |
Mumba, Isaac |
Supretendent. |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet tal-2008. Fil-linja ta' kmand li organizzat il-vjolenza fir-raħal ta' Soka f' Muzarabani. |
(72) |
Mumbengegwi, Simbarashe Simbanenduku |
Ministru tal-Affarijiet Barranin, imwieled fl-20.7.1945; Passaport: AD001086. ID 63-677272A12 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(73) |
Murerwa, Herbert Muchemwa |
Ministru tal-Artijiet u tar-Riokkupazzjoni Rurali, imwieled fil-31.7.1941. Passaport AD001167. ID 25-021670R25 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(74) |
Musariri, Munyaradzi |
Assistent Kummissarju tal-Pulizija. |
Membru anzjan tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi, b'mod partikolari f'Murambatsvina f'Lulju 2005. |
(75) |
Mushohwe, Christopher Chindoti |
Gvernatur tal-Provinċja: ta' Manicaland. Manicaland (Eks Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet, eks-Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet), imwieled fis-6.2.1954. ID 63-101480P75 |
Gvernatur Provinċjali assoċjat maż-ZANU-PF. Fi Frar 2009, akkumpanjat mis-suldati, qal lill-komunità ta' Chiadzwa li kienu ser jiġu rilokati mingħajr kumpens. |
(76) |
Mutasa, Didymus Noel Edwin |
Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Presidenzjali fl-Uffiċċju tal-President, eks-Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali, ir-Riforma tal-Artijiet u r-Riokkupazzjoni fl-Uffiċċju tal-President, ZANU-PF, Segretarju għall-Amministrazzjoni, imwieled fis-27.7.1935 ID 63-358184Q42 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fi qtil f'Manicaland. |
(77) |
Mutezo, Munacho Thomas Alvar |
Eks-Ministru għar-Rizorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura. Imwieled fl-14.2.54. Passaport AN187189. ID 29-129727W44 |
Eks-membru tal-Gvern assoċjat maż-ZANU-PF. Ikkoordina kampanja ta' terrur u intimida partitarji tal-MDC fil-Punent ta’ Chimanimani flimkien maż-Zimbabwean National Army f'Awwissu 2010. |
(78) |
Mutinhiri, Ambros (magħruf ukoll bħala Ambrose) |
Eks-Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, is-Sess u l-Ħolqien tal-Impjiegi, Brigadier Irtirat. Imwieled fit-22.2.1944. Passaport AD000969. ID 63-285106H32. |
Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Marzu 2008, mexxa grupp ta' partitarji taż-ZANU-PF sa Landas u attakkaw diversi partitarji tal-MDC. Stabbilixxa u appoġġa bażijiet militari f'Chihota fejn ħafna partitarji tal-MDC ġew attakkati u ttorturati. |
(79) |
Mutsvunguma, S. |
Kurunell, Headlands. |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet fl-2008 f'Mutare u l-Highlands. |
(80) |
Mzembi, Walter |
Ministru tat-Turiżmu u l-Industrija tal-Ospitalità, Eks-Viċi Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura, imwieled fis-16.3.1964. ID 22-050240B22 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Responsabbli għall-organizzazzjoni ta' gruppi ta' partitarji taż-ZANU-PF biex jattakkaw residenti ta' Masvingo qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tmien anniversarju tal-MDC. |
(81) |
Mzilikazi, Morgan S. |
Kulunell (MID), Buhera Ċentrali. |
Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Involut fil-vjolenza marbuta mal-elezzjoni f'Makoni u Buhera fl-2008. F'Lulju 2008 issekwestra MP tal-MDC għan-nofsinhar ta’ Buhera. |
(82) |
Nguni, Sylvester Robert |
Ministru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-President, eks-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku (Eks-Viċi Ministru tal-Agrikoltura), imwieled fl-4.8.1955 alt 4.5.1955. Passaport ZE215371. ID 63-453707V32 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF |
(83) |
Nhema, Francis Chenayimoyo Dunstan |
Ministru tal-Ambjent u l-Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali, u eks-Ministru tal-Ambjent u t-Turiżmu, imwieled fis-7.4.1959 alt 17.4.1959. Passaport AD000966. ID 63-117843A66 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Settembru 2009, ġiegħel lill-operaturi tas-safari biex jirrinunzjaw sehemhom f'ranches u riżervi. |
(84) |
Nkomo, John Landa |
Viċi President. Eks-Speaker tal-Parlament (eks-Ministru għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), president nazzjonali taż-ZANU-PF, imwieled fit-22.8.1934. Passaport AD000477. ID 63-358161Q73 |
L-aktar li ilu Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(85) |
Nyambuya, Michael Reuben |
Eks-Ministru tal-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija (eks-Logutenent Ġenerali, Gvernatur Provinċjali: Manicaland), imwieled fit-23.7.1955. Passaport AN045019. ID 50-013758E50 |
Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fil-vjolenza f'Manicaland u uża persunal tal-armata biex jiġu akkwistati azjendi agrikoli. |
(86) |
Nyanhongo, Magadzire Hubert |
Viċi Ministru tal-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija, Eks-Viċi Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni. Imwieled fis-26.11.1957. ID 34-032890W34 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fl-organizzazzjoni ta' vjolenza kontra l-MDC f'Epworth u Nyanga fl-2011. Involut fi qtil motivat politikament fl-2008. |
(87) |
Nyikayaramba, Douglas |
Brigadier Ġeneral, Matebeleland tal-Lvant. Kmandant, it-3 Brigata. |
Uffiċjal anzjan involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Ordna lil suldati ta' rank minuri biex jikkonfrontaw lil partitarji tal-MDC f'Manicaland. |
(88) |
Nyoni, Sithembiso Gile Glad |
Ministru għall-Iżvilupp tal-Impriżi ta' Daqs Żgħir u Medju u l-Ħolqien tal-Impjiegi, imwieled fl-20.9.1949. Passaport AD000223. ID 08-434871M67 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(89) |
Parirenyatwa, David Pagwese |
Eks-Ministru tas-Saħħa u l-Kura tat-Tfal (eks-Viċi Ministru), imwieled fit-2.8.1950. Passaport AD000899. ID 63-320762P47 |
Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza bażijiet ta' tortura fit-tramuntana ta’ Murehwa u ta appoġġ lill-klikek li qatlu lil Edward Pfukwa fis-17 ta' Ġunju 2008 u lil Alloys Chandisareva Sanyangore f' Novembru 2008. |
(90) |
Rangwani, Dani |
Spettur Investigattiv tal-Pulizija. Imwieled fil-11.2.1962. ID 70-006039V70 |
Membru tal-forzi tas-sigurtà. Involut fi grupp ta' 50 persuna mħallsa direttament miż-ZANU-PF biex isibu u jittorturaw lill-partitarji tal-MDC f'April 2007. |
(91) |
Rugeje, Engelbert Abel |
Maġġur Ġenerali, Provinċja ta’ Masvingo. Direttur, Studji tad-Difiża, Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe. Data tat-Twelid: 17.7.1959 ID 63-539305L04 |
Uffiċjali anzjan tal-armata involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008 billi kkoordina l-parti l-kbira tal-inċidenti vjolenti f'Masvingo. |
(92) |
Rungani, Victor Tapiwa Chashe |
Kurunell, Chikomba. Imwieled fid-29.6.1949. ID 22-025306Z04 |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet f'Chikomba fl-2008, inklużi attakki u sekwestri. |
(93) |
Ruwodo, Richard |
Direttur tal-Affarijiet tal-Veterani tal-Gwerra fil-Ministeru tad-Difiża. Brigadier Ġeneral, Promoss fit-12 ta’ Awwissu 2008 għall-grad ta’ Maġġur Ġeneral (irtirat); eks-Aġent Sottosegretarju Permanenti għall-Ministeru tad-Difiża, imwieled fl-14.3.1954. ID 63-327604B50 |
Uffiċjali anzjan tal-armata involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet. Jissorvelja veterani tal-gwerra, li bħala grupp ġew użati biex iwettqu l-politiki ta' ripressjoni tal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(94) |
Sakupwanya, Stanley Urayayi |
Viċi Segretarju tal-Politburo taż-ZANU-PF għas-Saħħa u l-Kura tat-Tfal. Imwieled fl-14.5.1939. ID 63-435281R50 |
Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Konness ma' vjolenza elettorali f'Makoni matul l-Elezzjonijiet Presidenzjali tal-2008. Kmandant ta' bażi f'Makoni użata għall-interrogazzjonijiet. |
(95) |
Savanhu, Tendai |
Viċi Segretarju taż-ZANU-PF, għat-Trasport u l-Assistenza Soċjali, imwieled fil-21.3.1968. |
Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza milizzji biex jiġu attakkati partitarji tal-MDC f'Mbare, mexxa l-vjolenza u l-kaos, fi Frar 2011. Involut fis-sekwestru ta' nisa tal-MDC f'Ġunju 2008. |
(96) |
Sekeramayi, Sydney (magħruf ukoll bħala Sidney) Tigere |
Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali fl-Uffiċċju tal-President. Eks-Ministru tad-Difiża, imwieled fit-30.3.1944. ID 63-358166W43 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF |
(97) |
Sekeremayi, Lovemore |
Kummissarju Elettorali Ewlieni. |
Rabtiet mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat, permezz tat-tbagħbis tal-elezzjoni fl-2008. |
(98) |
Shamu, Webster Kotiwani |
Ministru tal-Midja, l-Informazzjoni u l-Pubbliċità; eks-Ministru tal-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika (eks-Ministru tal-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fis-6.6.1945. Passaport AN203141. ID 63-676065N32 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF involut f'attivitajiet li interferew mal-libertà tal-istampa fl-2009. |
(99) |
Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa |
Segretarju tal-Politburo taż-ZANU-PF għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fid-29.9.1928 jew fid-29.9.1930. Passaport AD000468. ID 63-327601Y32 |
Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF b'rabtiet qawwijin mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut f'attentat vjolenti ta' akkwist ta' azjenda agrikola f'Settembru 2009 li spiċċat f'attakk bi ħruq volontarju. |
(100) |
Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema |
Marixxal tal-Ajru (Forza -tal-Ajru), imwieled fl-1.11.1955. ID 29-098876M18 |
Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika f'Chiadzwa f'Ottubru 2008. |
(101) |
Shungu, Etherton |
Brigadier Ġeneral, Mashonaland Ċentrali. |
Uffiċjal militari anzjan taż-ZANU-PF Commissariat, involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet f'Bindura fl-2008. |
(102) |
Sibanda, Chris |
Kurunell, Provinċja ta’ Bulawayo. |
Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet f'Byo fl-2008. |
(103) |
Sibanda, Jabulani |
Eks-President, Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Gwerra, imwieled fil-31.12.1970. |
Rabtiet mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza kontra partitarji tal-MDC f'Makoni, Bikita, Masvingo u Guto b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programm ta' assistenza fl-2010. |
(104) |
Sibanda, Misheck Julius Mpande |
Segretarju tal-Kabinett (suċċessur għal Charles Utete), imwieled fit-3.5.1949. ID 63-685365X67 |
Assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Marzu 2010 ta' istruzzjonijiet lill-Ministri u lis-segretarji tal-kabinett biex jirrapportaw lill-politiċi taż-ZANU-PF u mhux lill-Prim Ministru Morgan Tsvangirai. |
(105) |
Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine) |
Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew fl-24.12.1954. ID 63-357671H26 |
Personalità anzjana tal-armata b'rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat, waqt li tefa' t-tort fuq l-NGOs għall-inkwiet f'Settembru 2009. |
(106) |
Sigauke, David |
Brigadier Ġeneral, Mash Provinċja tal-Punent. |
Personalità anzjana tal-armata involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet, inkluż vjolenza u tortura ta' ċittadini fil-kampijiet għat-tiftix tad-djamanti u hedded b'kolp ta' stat jekk l-MDC jirbaħ l-elezzjonijiet. Konness ma' vjolenza f'Chinhoyi fl-2008. |
(107) |
Sikosana, (magħruf ukoll bħala Sikhosana), Absolom |
Segretarju tal-Politburo taż-ZANU-PF għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ. |
Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Hedded li juża l-vjolenza fl-2011 jekk ma jitneħħewx is-sanzjonijiet. |
(108) |
Tarumbwa, Nathaniel Charles |
Brigadier Ġeneral, Manicaland u n-Nofsinhar ta’ Mutare. Imwieled fis-6.10.1960. ID 63-849216W75 |
Uffiċjal militari anzjan involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet. Inkarigat mill-bażi ta' tortura fi—Punent ta’ Makoni, Mutasa Ċentrali fl-2007/2008. |
(109) |
Tomana, Johannes |
Avukat Ġenerali. Imwieled fid-9.9.1967. ID 50-036322F50 |
Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(110) |
Veterai, Edmore |
Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija, Uffiċjal Kmandant ta' Harare. Imwieled fl-20.11.1962. ID 08-260467S04 |
Membru anzjan tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi, u involut fl-invażjoni ta' Farm Thirty. |
(111) |
Zhuwao, Patrick |
Eks-Deputat Ministru tax-Xjenza u t-Teknoloġija. Imwieled fit-23.5.1967. ID 63-621736K70 |
Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Sfratta l-Konferenza fuq il-Kostituzzjoni f’Lulju 2009. Terrorizza sostenituri tal-MDC viċin Norton, akkumpanjat minn aġenti CIO. |
(112) |
Zimondi, Paradzai Willings |
Direttur tal-Ħabsijiet, imwieled fl-4.3.1947. ID 75-145185Z47 |
Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Responsabbli għall-finanzjament ta' milizzji fl-2008 u pprovdilhom akkomodazzjoni. Ordna lill-uffiċjali tal-ħabsijiet li jivvutaw lil Mugabe, u responsabbli għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-ħabsijiet. |
II. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-indikazzjoni |
(1) |
Koperattiva Cold Comfort Farm Trust |
7 Cowie Road, Tynwald, Harare, Żimbabwe. |
Proprjetà ta' Didymus Mutasa, Grace Mugabe hija involuta wkoll. |
(2) |
Comoil (PVT) Ltd |
Block D, Emerald Hill Office, Emerald Park, Harare, Żimbabwe. 2nd Floor, Travel Plaza, 29 Mazoe Street, Box CY22344, Causeway, Harare, Żimbabwe. |
Proprjetà ta’ Saviour Kasukuwere |
(3) |
Divine Homes (PVT) Ltd |
6 Hillside Shopping Centre, Harare, Żimbabwe; 31 Kensington Highlands, Harare, Żimbabwe; 12 Meredith Drive, Eastlea, Harare, Żimbabwe. |
Presedut minn David Chapfika. |
(4) |
Famba Safaris |
4 Wayhill Lane, Umwisdale, Harare, Żimbabwe; PO Box CH273, Chisipite, Harare, Żimbabwe. |
Is-sid ewlieni tal-ishma huwa Webster Shamu. |
(5) |
Jongwe Printing and Publishing Company (PVT) Ltd (magħrufa ukoll bħala Jongwe Printing and Publishing Co., magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Company) |
14 Austin Road, Coventry Road, Workington, PO Box 5988, Harare, Żimbabwe. |
Il-fergħa tal-pubblikazzjoni assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF |
(6) |
M & S Syndicate (PVT) Ltd |
First Floor, Victory House, 88 Robert Mugabe Road, Harare, Żimbabwe; PO Box 1275, Harare, Żimbabwe. |
Kumpannija tal-Investiment assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF |
(7) |
OSLEG Ltd (magħrufa wkoll bħala Operation Sovereign Legitimacy) |
Lonhoro House, Union Avenue, Harare, Żimbabwe. |
Ikkontrollata mill-armata taż-Żimbabwe Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(8) |
Swift Investments (PVT) Ltd |
730 Cowie Road, Tynwald, Harare, Żimbabwe; PO Box 3928, Harare, Zimbabwe. |
Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(9) |
Zidco Holdings (magħrufa wkoll bħala Zidco Holdings (PVT) Ltd) |
PO Box 1275, Harare, Żimbabwe. |
Kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(10) |
Zimbabwe Defence Industries |
10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Żimbabwe. |
Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. |
(11) |
Zimbabwe Mining Development Corporation |
90 Mutare Road, PO Box 2628, Harare, Żimbabwe. |
Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. ZMDC taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri taż-ZANU-PF.” |
ANNESS II
“ANNESS II
Websajts għal tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl- L-Artikoli 4, 7 u 8 u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
Il-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
Il-BULGARIJA
http://www.mfa.government.bg
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
ID-DANIMARKA
http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
L-ITALJA
http://www.esteri.it/UE/deroghe.html
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt
IL-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kormany.hu/download/5/35/50000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
Il-PAJJIŻI L-BAXXI
http://www.minbuza.nl/sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
IL-PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea |
Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI) |
Uffiċċju: EEAS/309 |
B-1049 Bruxelles / Brussel |
Il-Belġju |
E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu” |