Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0131

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2012 tal- 15 ta’ Frar 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi b’ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Delacon Biotechnik GmbH) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 43, 16.2.2012, p. 15–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/131/oj

16.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 131/2012

tal-15 ta’ Frar 2012

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi b’ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Delacon Biotechnik GmbH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi b’ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi b’ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin, kif speċifikat fl-Anness bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ April 2011 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi b’ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin, kif speċifikat fl-Anness, ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jtejjeb ir-rata tat-tkabbir tal-ħnienes miftuma. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Sabiex jiġu żgurati l-effikaċja u s-sikurezza u l-konformità mal-karatterizzazzjoni pprovduta mill-applikant għas-sustanzi attivi, il-livelli massimi ta’ sustanzi naturali stabbiliti fl-Anness III, il-Parti B, tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (3), għandhom jiġu rispettati fir-rigward tal-ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin użati fil-preparazzjoni, kif speċifikat fl-Anness, u l-karatterizzazzjonijiet tal-prodott stabbiliti fil-Farmakopea Ewropea għandhom japplikaw għaż-żejt tal-ħlewwa u ż-żejt tal-lumi, rispettivament.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi u ċerti ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin, kif speċifikat fl-Anness, turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u għall-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2011; 9(4):2139.

(3)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (titjib fil-parametri tar-rendiment)

4d6

Delacon Biotechnik GmbH

Il-preparazzjoni taż-żejt tal-ħlewwa, iż-żejt tal-lumi bi ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni taż-żejt essenzjali > 1,5 % (iż-żejt tal-ħlewwa ≥ 0,75 % u ż-żejt tal-lumi ≥ 0,75 %)

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin: 50 %

Sustanzi trasportaturi: q.s. 100 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi u ingredjenti oħra

żejt tal-ħlewwa: d-carvone 3,5-6,0 mg/g, kif definit mill-Farmakopea Ewropea (1);

żejt tal-lumi: limonene 2,3-9,0 mg/g, kif definit mill-Farmakopea Ewropea.

Ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin:

Imsiemer tal-qronfol fi trab 1,5 %, kannella fi trab 10 %, noċemuskata fi trab 1,5 %, basal fi trab 5 %, piment fi trab 2 %, qoxra tal-larinġ fi trab 5 %, peppermint fi trab 12,5 % u kamomilla fi trab 12,5 %.

Il-livelli massimi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandhom jiġu rispettati fir-rigward tal-ħxejjex aromatiċi u ħwawar imnixxfin użati fil-preparazzjoni.

Il-karatterizzazzjonijiet tal-prodott stabbiliti fil-Faramakopea Ewropea għandhom japplikaw għaż-żejt tal-ħlewwa u ż-żejt tal-lumi użati fil-preparazzjoni.

 

Metodu tal-Analiżi  (2)

Determinazzjoni tal-carvone: kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija ta’ massa (GC/MS) fil-monitoraġġ ta’ joni uniċi

Ħnienes (miftuma)

250

400

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Għall-użu fi ħnienes miftuma sa madwar 35 kg.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġjar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs u ingwanti.

4.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf kompost f’forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

is-7 ta' Marzu 2022


(1)  Il-Farmakopea Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta’ hawn taħt tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Top