Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0104

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2012 tas- 7 ta’ Frar 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 36, 9.2.2012, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/104/oj

    9.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/19


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 104/2012

    tas-7 ta’ Frar 2012

    dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni oħra magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa' tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi tan-NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    L'hekk imsejjaħ "sett tar-rota", jikkonsisti mill-partijiet li ġejjin:

    (a)

    qafas,

    (b)

    forka ta' quddiem, u

    (c)

    żewġ rimmijiet.

    Il-partijiet jiġu kollha ppreżentati għall-approvazzjoni doganali fl-istess ħin, iżda huma ppakkjati separatament.

    (a)

    8714 91 10

    (b)

    8714 91 30

    (c)

    8714 92 10

    Il-klassifikazzjoni tiġi ddeterminata permezz tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u permezz tal-kliem tal-kodiċi tan-NM 8714 , 8714 91 , 8714 91 10  u 8714 91 30 , u 8714 92  u 8714 92 10 .

    Ladarba l-partijiet mpoġġija flimkien ma jkollhomx il-karattru essenzjali ta' rota kompluta, il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8712 00 , bħala rota mhux kompluta, permezz tal-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali Interpretattiva (GIR) 2(a), hi eskluża (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tan-NM għas-subintestatura 8712 00 ).

    Ladarba mhumiex ippakkjati flimkien, il-klassifikazzjoni tal-partijiet bħala oġġetti mqassma f'settijiet għal bejgħ bl-imnut fi ħdan it-tifsira tal-GIR 3(b) hija eskluża. Għaldaqstant, il-partijiet għandhom jiġu kklassifikati separatament.

    Il-qafas għandu għalhekk jiġi kklassifikat skont il-kodiċi tan-NM 8714 91 10 , il-forka ta' quddiem skont il-kodiċi tan-NM 8714 91 30  u r-rimmijiet skont il-kodiċi tan-NM 8714 92 10 .


    Top