Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0062

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 62/2012 tal- 24 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2013 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-benessri Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 22, 25.1.2012, p. 9–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/62/oj

25.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 22/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 62/2012

tal-24 ta’ Jannar 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2013 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-benessri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 rigward l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, li jinkorpora dejta rappreżentattiva u lonġitudinali, waħda komparabbli u fil-ħin, dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-livelli nazzjonali u dawk Ewropej.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, hemm bżonn ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-lista tas-setturi u tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li trid tiġi inkluża kull sena fil-komponent rappreżentattiv tal-EU-SILC. Għall-2013 trid tiġi stabbilita l-lista tal-varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom jiġu inkorporati fil-modulu dwar il-benessri, flimkien mal-kodiċijiet tal-varjabbli li jikkorrispondu ma’ dawn.

(3)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tal-varjabbli għall-modulu tal-2013 dwar il-benessri li se jiġu inklużi fil-komponent rappreżentattiv tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 jum wara li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-unità, il-metodu tal-ġbir tad-dejta u l-perjodu ta’ referenza li ġejjin:

1.   Unità

Għandha tingħata informazzjoni għall-membri attwali kollha tad-dar jew, jekk inhu l-każ, għal dawk kollha li jintalbu jgħaddu l-informazzjoni u li għandhom minn 16-il sena ’l fuq.

2.   Mod ta’ ġbir ta’ informazzjoni

Fid-dawl tat-tip ta’ informazzjoni li għandha tinġabar, huma awtorizzati biss intervisti personali. B’mod partikolari, mhumiex awtorizzati intervisti f’isem ħaddieħor.

3.   Perjodu ta’ referenza

Il-perjodu ta’ referenza għall-varjabbli kollha fil-mira huwa s-sitwazzjoni attwali, ħlief għall-ħames varjabbli dwar il-benessri emozzjonali, li jirreferu għall-erba’ ġimgħat preċedenti.

4.   It-trażmissjoni tad-dejta

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) fil-Fajl tad-Dejta Personali (fajl-P) wara l-varjabbli primarji fil-mira.

IL-MODULU DWAR L-OQSMA TAL-BENESSRI

U L-LISTA TAL-VARJABBLI FIL-MIRA TAL-2013

Identifikatur tal-varjabbli

Valuri

Il-varjabbli fil-mira

L-esperjenza ġenerali tal-ħajja

PW010

 

Is-sodisfazzjon ġenerali bil-ħajja

0-10

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

99

Ma nafx

PW010_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW020

 

Is-sens tal-ħajja

0-10

Minn 0 (Il-ħajja assolutament mhux ta’ min jgħixha) sa 10 (Il-ħajja vera ta’ min jgħixha)

99

Ma nafx

PW020_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

Il-kundizzjonijiet tal-għajxien materjali

PW030

 

Is-sodisfazzjon bis-sitwazzjoni finanzjarja

0-10

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

99

Ma nafx

PW030_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW040

 

Is-sodisfazzjon bl-akkomodazzjoni

0-10

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

99

Ma nafx

PW040_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

Saħħa

PW050

 

Inħossni nervuż ħafna

1

Il-ħin kollu

2

Kważi l-ħin kollu

3

Kultant

4

Vera ftit mill-ħin

5

Qatt

9

Ma nafx

PW050_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW060

 

Inħossni mdejjaq

1

Il-ħin kollu

2

Kważi l-ħin kollu

3

Kultant

4

Vera ftit mill-ħin

5

Qatt

9

Ma nafx

PW060_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW070

 

Inħossni kalm u seren

1

Il-ħin kollu

2

Kważi l-ħin kollu

3

Kultant

4

Vera ftit mill-ħin

5

Qatt

9

Ma nafx

PW070_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW080

 

Inħossni qalbi maqtugħa jew depress

1

Il-ħin kollu

2

Kważi l-ħin kollu

3

Kultant

4

Vera ftit mill-ħin

5

Qatt

9

Ma nafx

PW080_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW090

 

Inħossni kuntent

1

Il-ħin kollu

2

Kważi l-ħin kollu

3

Kultant

4

Vera ftit mill-ħin

5

Qatt

9

Ma nafx

PW090_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

Attivitajiet produttivi u siewja

PW100

 

Is-sodisfazzjon mix-xogħol

0-10

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

99

Ma nafx

PW100_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 2

Ma japplikax (PL031 mhux = 1, 2, 3 jew 4)

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW110

 

Is-sodisfazzjon bil-ħin li nqatta’ nivvjaġġa lejn il-post tax-xogħol

0-10

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

99

Ma nafx

PW110_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 2

Ma japplikax (PL031 mhux = 1, 2, 3 jew 4)

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

– 4

Ma japplikax (għandi l-uffiċċju d-dar)

PW120

 

Is-sodisfazzjon bil-mod kif ngħaddi l-ħin

0-10

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

99

Ma nafx

PW120_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

Governanza u drittijiet bażiċi

PW130

 

Fiduċja fis-sistema politika

0-10

Minn 0 (Fiduċja assolutament xejn) sa 10 (Fiduċja kompleta)

99

Ma nafx

PW130_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW140

 

Fiduċja fis-sistema legali

0-10

Minn 0 (Fiduċja assolutament xejn) sa 10 (Fiduċja kompleta)

99

Ma nafx

PW140_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW150

 

Fiduċja fil-pulizija

0-10

Minn 0 (Fiduċja assolutament xejn) sa 10 (Fiduċja kompleta)

99

Ma nafx

PW150_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

Il-ħin ta’ mistrieħ u l-interazzjonijiet soċjali

PW160

 

Is-sodisfazzjon bir-relazzjonijiet personali

0-10

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

99

Ma nafx

PW160_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW170

 

Ħwejjeġ personali (u jekk għandekx ma’ min titkellimhom)

1

Iva

2

Le

9

Ma nafx

PW170_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW180

 

L-għajnuna mill-oħrajn

1

Iva

2

Le

9

Ma nafx

PW180_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 2

M’għandix qraba, ħbieb jew ġirien

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW190

 

Kemm tafda lill-oħrajn

0-10

Minn 0 (Ma nafda lil ħadd iktar) sa 10 (Nafda f’ħafna nies)

99

Ma nafx

PW190_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

L-ambjent naturali u fejn ngħixu

PW200

 

Is-sodisfazzjon biż-żoni rikreattivi u naturali

0-10

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

99

Ma nafx

PW200_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

PW210

 

Is-sodisfazzjon bl-ambjent fejn ngħixu

0-10

Minn 0 (Ma jien sodisfatt xejn) sa 10 (Sodisfatt kompletament)

99

Ma nafx

PW210_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb

Is-sikurezza ekonomika u fiżika

PW220

 

Is-sigurtà fiżika

1

Sikura ħafna

2

Sikura, imma mhux ħafna

3

Kemxejn mhux sikura

4

Mhi sikura xejn

9

Ma nafx

PW220_F

1

Mimlija

– 1

Vojta

– 3

Mhux il-persuna magħżula biex twieġeb


Top