Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012L0051

    Direttiva ta’ Delega tal-Kummissjoni 2012/51/UE tal- 10 ta’ Ottubru 2012 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal applikazzjonijiet li fihom il-kadmju Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 348, 18.12.2012, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2012/51/oj

    18.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 348/18


    DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2012/51/UE

    tal-10 ta’ Ottubru 2012

    li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal applikazzjonijiet li fihom il-kadmju

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu tal-kadmju f’tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq.

    (2)

    Is-sostituzzjoni tal-kadmju fil-fotoreżisturi f’akkoppjaturi ottiċi analogi applikati f’tagħmir awdjo professjonali għadha mhux prattika mil-lat tekniku. L-użu tal-kadmju f’dawk il-fotoreżisturi għandu għalhekk jiġi eżentat mill-projbizzjoni. Madankollu, dik l-eżenzjoni għandha tkun limitata fiż-żmien minħabba li qed isir progress fir-riċerka għal teknoloġija ħielsa mill-kadmju u s-sostituti jistgħu jkunu disponibbli sa tmiem l-2013.

    (3)

    Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Jannar 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


    ANNESS

    Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 40 li ġej:

    “40

    Kadmju fil-fotoreżisturi għal akkoppjaturi ottiċi analogi applikati f’tagħmir awdjo professjonali

    Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013”


    Top