This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012L0049
Commission Directive 2012/49/EU of 10 December 2012 amending Annex II to Directive 2006/87/EC of the European Parliament and of the Council laying down technical requirements for inland waterway vessels Text with EEA relevance
Direttiva tal-Kummissjoni 2012/49/UE tal- 10 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2012/49/UE tal- 10 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 6, 10.1.2013, pp. 49–86
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2018; Impliċitament imħassar minn 32016L1629
|
10.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 6/49 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/49/UE
tal-10 ta’ Diċembru 2012
li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel sentenza tal-Artikolu 20 (1) l-ewwel subparagrafu tagħha,
Billi:
|
(1) |
Wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2006/87/KE, kienu miftiehma emendi għar-Regolament tal-Ispezzjoni ta’ Bastimenti tar-Rhine skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine. |
|
(2) |
Għandu jiġi żgurat li ċ-ċertifikat tan-navigazzjoni interna tal-Komunità u ċ-ċertifikat tal-bastimenti kkonsenjat skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine jinħarġu abbażi ta’ rekwiżiti tekniċi li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta’ sikurezza. |
|
(3) |
Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kif ukoll livelli differenti ta’ sikurezza, l-emendi għad-Direttiva 2006/87/KE għandhom jidħlu fis-seħħ kemm jista' jkun malajr. |
|
(4) |
Għalhekk id-Direttiva 2006/87/KE għandha tiġi emendata. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni tal-ilma (2), |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/87/KE hija emendata skont l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-werrej huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Jiddaħħal il-Kapitolu 14a li ġej: “KAPITOLU 14A IMPJANTI TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ ABBORD BASTIMENTI TAL-PASSIĠĠIERI Artikolu 14a.01 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu:
Artikolu 14a.02 Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 14a.03 Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip
Artikolu 14a.04 Proċedura tal-approvazzjoni tat-tip
Artikolu 14a.05 Emenda tal-approvazzjonijiet tat-tip
Artikolu 14a.06 Konformità
Artikolu 14a.07 Aċċettazzjoni ta’ approvazzjonijiet ekwivalenti L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu approvazzjonijiet tat-tip għal sistemi tat-trattament tad-drenaġġ abbord ibbażati fuq standards differenti għall-użu fuq il-passaġġi fuq l-ilma nazzjonali tagħhom. Dawn l-approvazzjonijiet tat-tip għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni. Artikolu 14a.08 Iċċekkjar tan-numri tas-serje
Artikolu 14a.09 Konformità tal-produzzjoni
Artikolu 14a.10 Nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord approvat
Artikolu 14a.11 Kejl ta’ kampjun aleatorju/Test speċjali
Artikolu 14a.12 Awtoritajiet kompetenti u servizzi tekniċi L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti u s-servizzi tekniċi responsabbli sabiex iwettqu l-funzjonijiet deskritti f'dan il-Kapitolu. Is-servizzi tekniċi għandhom jissodisfaw l-istandard Ewropew dwar ir-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza tal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni (EN ISO/IEC 17025: 2005 – 8), billi jitqiesu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(3) |
L-Artikolu 15.14(1) huwa mibdul b'dan li ġej:
|
|
(4) |
Fit-Tabella tal-Artikolu 24.02(2) l-entrati li ġejjin relatati mal-Kapitolu 14a huma mdaħħla wara l-entrati għall-Kapitolu 12:
|
|
(5) |
Fit-Tabella tal-Artikolu 24.06(5), l-entrati li ġejjin relatati mal-Kapitolu 14a huma mdaħħla wara l-entrati għall-Kapitolu 11:
|
|
(6) |
Fit-Tabella tal-Artikolu 24a.02(2), il-kriterji li ġejjin relatati mal-Kapitolu 14a huma mdaħħla wara l-entrata għall-Kapitolu 12:
|
|
(7) |
Jiżdiedu l-appendiċijiet VI sa VII li ġejjin: “Appendiċi VI Impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord — Dispożizzjonijiet supplimentari u mudelli taċ-ċertifikat Werrej PARTI I Dispożizzjonijiet supplimentari
PARTI II Dokument ta’ informazzjoni (mudell)
PARTI III Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip (mudell)
PARTI IV Sistema ta’ numerazzjoni tal-approvazzjonijiet tat-tip PARTI V Sommarju tal-approvazzjonijiet tat-tip għat-tipi ta’ impjanti tat-trattament tad-dreanaġġ abbord PARTI VI Sommarju tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord immanifatturati (mudell) PARTI VII Skeda għall-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord bl-approvazzjoni tat-tip (mudell) PARTI VIII Rekord tal-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord għat-testi speċjali (mudell)
PARTI IX Approvazzjonijiet ta’ tipi ekwivalenti PARTI I Dispożizzjonijiet supplimentari 1. Immarkar tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord
2. Ittestjar Il-proċedura għall-ittestjar ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord hija ppreżentata fl-Appendiċi VII. 3. Evalwazzjoni tal-konformità tal-produzzjoni
PARTI II (MUDELL) Dokument ta’ Informazzjoni Nru relatat mal-approvazzjoni tat-tip ta’ impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord maħsuba sabiex jiġu installati fuq bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni Tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord … 0. Ġenerali 0.1. Ditta (isem il-kumpanija tal-manifattur): … 0.2. Deżinjazzjoni tal-manifattur għat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … … 0.3. Kodiċi tat-tip tal-manifattur li jikkorrispondi mal-informazzjoni mogħtija fuq l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … … 0.4. Isem u indirizz tal-manifattur: … Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, jekk hemm: … … 0.5. Pożizzjoni, kodifikazzjoni u metodu ta’ twaħħil tan-numru tas-serje tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … … 0.6. Pożizzjoni u metodu ta’ twaħħil tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip: … … 0.7. Indirizz(i) tax-xogħlijiet tal-produzzjoni: … … Annessi: 1. Karatteristiċi prinċipali tat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord 2. Kriterji tad-disinn u tad-dimensjoniar, speċifikazzjonijiet tad-disinn u r-regoli applikati 3. Dijagramma skematika tal-impjant tat-trattament abbord bil-lista tal-partijiet 4. Dijagramma skematika tal-impjant tat-test bil-lista tal-partijiet 5. Dijagrammi tas-sistema tal-wajers elettriċi (dijagramma P/I) 6. Dikjarazzjoni li l-ispeċifikazzjonijiet kollha rigward is-sigurtà mekkanika, elettrika u teknika tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u l-ispeċifikazzjonijiet rigward is-sikurezza tal-vapur ġew osservati 7. Karatteristiċi ta’ kwalunkwe parti tal-bastiment li tkun imqabbda mal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord 8. Gwida tal-manifattur għall-iċċekkjar tal-komponenti u l-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord rilevanti għat-trattament tad-drenaġġ skont l-Artikolu 14a.01(10) 9. Ritratti tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord 10. Kunċetti operattivi (5) 10.1. Struzzjonijiet għat-tħaddim manwali tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord 10.2. Noti dwar il-ġestjoni tal-ħama żejjed (intervalli tar-rimi) 10.3. Noti dwar il-manutenzjoni u t-tiswija 10.4. Noti dwar l-azzjoni meħtieġa fil-każ ta’ operazzjoni f'modalità “Stand-by” tal-impjant tat-tratament tad-drenaġġ abbord 10.5. Noti dwar l-azzjoni meħtieġa fil-każ tat-tħaddim ta’ emerġenza tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord 10.6. Noti dwar l-operazzjoni ta’ tifi, waqfien u tqabbid mill-ġdid tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord 10.7. Noti dwar ir-rekwiżiti għat-trattament minn qabel tal-ilma mormi tal-kċejjen 11. Appendiċijiet oħra (lista hawnhekk) Data, firma tal-manifattur tal-impjant tat-trattamnet tad-drenaġġ abbord … … “Addendum Karatteristiċi prinċipali tat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord (MUDELL) 1. Deskrizzjoni tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord 1.1. Manifattur: … 1.2. Numru tas-serje tal-impjant: … 1.3. Mod tat-trattament: bijoloġiku jew mekkaniku/kimiku (6 10 15) 1.4. Tank tal-ħżin tad-drenaġġ fi ħdanu? Iva, … m3 / Le4 2. Disinn u kriterji tad-dimensjonar (inklużi kwalunkwe struzzjonijiet speċjali għall-istallazzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-użu) 2.1. … 2.2. … 3. Dimensjonar tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord 3.1. Rata massima tal-fluss volumetriku tad-drenaġġ kull ġurnata Qd (m3/d): … 3.2. Tagħbija tat-tniġġis kuljum BOD5 (kg/d): … PARTI III Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip (MUDELL) Siġill tal-awtorità kompetenti Nru. tal-approvazzjoni tat-tip: … Nru. tal-estensjoni: … Notifika ta’ ħruġ/estensjoni/ċaħda/irtirar (7) ta’ approvazzjoni tat-tip għal tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord skont id-Direttiva 2006/87/KE Raġuni għall-estensjoni, jekk applikabbli: … Taqsima I 0. Ġenerali 0.1. Ditta (isem il-kumpanija tal-manifattur): … 0.2. Desinjazzjoni tal-manifattur għat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … … 0.3. Kodiċi tat-tip tal-manifattur li jikkorrispondi mal-informazzjoni mwaħħla mal-impjant tat-trattament abbord: … … Pożizzjoni: … Metodu tat-twaħħil: … 0.4. Isem u indirizz tal-manifattur: … … Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur, jekk hemm: … … 0.5. Pożizzjoni, kodifikazzjoni u metodu tat-twaħħil tan-numru tas-serje tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … … … 0.6. Pożizzjoni u metodu tat-twaħħil tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip: … … 0.7. Indirizz(i) tax-xogħlijiet tal-produzzjoni: … … Taqsima II 1. Restrizzjonijiet fuq l-użu: … 1.1. Partikolaritajiet li għandhom jiġu osservati meta jiġi installat l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord inġenju: … 1.1.1. … 1.1.2. … 2. Servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet (8) … … … 3. Data tar-rapport dwar it-test: … 4. Numru tar-rapport dwar it-test: … 5. Is-sottoskritt b'dan jiċċertifika l-eżattezza tal-informazzjoni pprovduta mill-manifattur fid-dokument ta’ informazzjoni mehmuż għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord hawn fuq imsemmi skont l-Anness VII tad-Direttiva 2006/87/KE u l-validità tar-riżultati tat-test annessi fir-rigward tat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord. Il-kampjun(i) ġie (ġew) magħżula mill-manifattur bil-qbil tal-awtorità kompetenti u sottomessi mill-manifattur bħala t-tip ta’ disinn tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord. L-approvazzjoni tat-tip hija maħruġa/estiża/miċħuda/irtirata (9): Post: … Data: … Firma: … Appendiċijiet: Fajl ta’ informazzjoni Riżultati tat-test (ara l-Anness 1) “Addendum Riżultati tat-test għall-approvazzjoni tat-tip (MUDELL) 0. Ġenerali 0.1. Ditta (isem il-kumpanija tal-manifattur): … 0.2. Deżinjazzjoni tal-manifattur għat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … 1. Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tat-test(ijiet) (6 10 15). 1.1. Valuri tad-dħul 1.1.1. Rata tal-fluss volumetriku tad-drenaġġ kull ġurnata Qd (m3/d): … 1.1.2. Tagħbija tat-tniġġis BOD5 kull ġurnata (kg/d): … 1.2. Effiċjenza tat-tisfija 1.2.1. Evalwazzjoni tal-valuri tal-ħruġ Evalwazzjoni tal-valuri tal-ħruġ BOD5 (mg/l)
Evalwazzjoni tal-valuri tal-ħruġ COD (mg/l)
Evalwazzjoni tal-valuri tal-ħruġ TOC (mg/l)
Evalwazzjoni tal-valuri tal-ħruġ SRF (mg/l)
1.2.2. Effiċjenza tat-tisfija (effiċjenza tal-eliminazzjoni) (%)
1.3. Aktar parametri mkejla 1.3.1. Parametri addizzjonali tad-dħul u l-ħruġ:
1.3.2. Il-parametri tat-tħaddim li ġejjin — meta jkunu disponibbli — għandhom jiġu rreġistrati waqt it-teħid tal-kampjuni:
1.3.3. Aktar parametri tat-tħaddim skont l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-manifattur għat-tħaddim … … … … 1.4. Awtorità kompetenti jew servizz tekniku: Post, data: … Firma: … PARTI IV Sistema ta’ numerazzjoni tal-approvazzjonijiet tat-tip 1. Sistema In-numru għandu jikkonsisti minn erba' sezzjonijiet separati bil-karattru ‘*’. Sezzjoni 1 L-ittra żgħira ‘e’ segwita min-numru li jidentifika l-Istat li ħareġ l-approvazzjoni tat-tip:
Sezzjoni 2 L-indikazzjoni tal-livell ta’ rekwiżit. Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-effiċjenza tat-tisfija huma probabbli li jiżdiedu fil-ġejjieni. Il-livelli differenti ta’ ħtieġa huma indikati b'numri Rumani, li jibdew fil-livell I. Sezzjoni 3 Numru sekwenzjali b'erba' ċifri (b'żerijiet fil-bidu kif applikabbli) biex jindika n-numru tal-approvazzjoni tat-tip bażi. Is-sekwenza għandha tibda minn 0001. Sezzjoni 4 Numru sekwenzjali b'żewġ ċifri (b'żero fil-bidu jekk applikabbli) biex jindika l-estensjoni. Is-sekwenza għandha tibda minn 01 għal kull numru. 2. Eżempji
PARTI V Sommarju tal-approvazzjonijiet tat-tip għat-tipi ta’ impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord (MUDELL) Siġill tal-awtorità kompetenti Nru. tal-Lista: … Perjodu minn … sa …
PARTI VI (MUDELL) Sommarju tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord manifatturati Siġill tal-awtorità kompetenti Nru tal-Lista.: … Għall-perjodu minn: … sa: … L-informazzjoni li ġejja hija pprovduta fir-rigward tat-tipi ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord u n-numri tal-approvazzjoni tat-tip tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord immanifatturati matul il-perjodu ta’ hawn fuq skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/87/KE: Ditta (isem il-kumpanija tal-manifattur): … Deżinjazzjoni tal-manifattur għat-tip ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … … Numru tal-approvazzjoni tat-tip: … Data tal-ħruġ: … Data tal-ewwel ħruġ (fil-każ ta’ estensjonijiet): … Numru tas-serje tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord:
PARTI VII Skeda tad-dejta għall-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord bl-approvazzjoni tat-tip (MUDELL) Siġill tal-awtorità kompetenti
PARTI VIII Rekord tal-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord għat-test speċjali (MUDELL) 1. Ġenerali 1.1. Dettalji tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord 1.1.1. Ditta: … 1.1.2. Deżinjazzjoni tal-manifattur: … … 1.1.3. Numru tal-approvazzjoni tat-tip: … 1.1.4. Numru tas-serje tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … … 1.2. Dokumentazzjoni L-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord għandu jiġi ttestjat u r-riżultati tat-test jiġu rreġistrati fuq folji separati li għandhom jiġu numerati b'mod individwali, iffirmati mill-ispettur u mehmuża ma’ dan ir-rekord. 1.3. Ittestjar L-ittestjar għandu jitwettaq abbażi tal-gwida tal-manifattur għall-iċċekkjar tal-komponenti u l-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord rilevanti għat-trattament tad-drenaġġ skont l-Artikolu 14a.01(10). F'każijiet individwali ġustifikati, l-ispetturi jistgħu fid-diskrezzjoni tagħhom stess ma jiċċekkjawx ċerti komponenti jew parametri tal-impjant. Matul it-test għandu jittieħed mill-anqas kampjun aleatorju wieħed. Ir-riżultati tal-kejl tal-kampjun aleatorju għandhom jiġu mqabbla mal-valuri ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikolu 14a.02(2), Tabella 2. 1.4. Dan ir-rapport tat-test, flimkien mar-rekords mehmuża, jinkludi total ta' … (14) …paġni. 2. Parametri B'dan niċċertifika li l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ittestjat ma jiddevjax f'miżura inammissibbli mill-parametri u l-valuri ta’ kontroll għat-tħaddim speċifikati fl-Artikolu 14a.02(2), Tabella 2 mhumiex maqbuża. Isem u indirizz tal-korp ta’ spezzjoni: … … … Isem tal-ispettur: … Post u data: … Firma: … Test rikonoxxut mill-awtorità kompetenti: … … … Post u data: … Firma: … Siġill tal-awtorità kompetenti Isem u indirizz tal-korp ta’ spezzjoni: … … … Isem tal-ispettur: … Post u data: … Firma: … Test rikonoxxut mill-awtorità kompetenti: … … … Post u data: … Firma: … Siġill tal-awtorità kompetenti Isem u indirizz tal-korp ta’ spezzjoni: … … … Isem tal-ispettur: … Post u data: … Firma: … Test rikonoxxut mill-awtorità kompetenti: … … … Post u data: … Firma: … Siġill tal-awtorità kompetenti “Addendum Appendiċi għar-rekord tal-parametri tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord (MUDELL) Isem tal-bastiment: … Numru Ewropew Uniku ta’ Identifikazzjoni tal-Bastiment: … Manifattur: … Isem tal-impjant: … (Għamla/Ditta kummerċjali/isem kummerċjali tal-manifattur) (Desinjazzjoni tal-manifattur) Nru. tal-approvazzjoni tat-tip.: … Sena tal-kostruzzjoni tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … Numru tas-serje tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord: … Sit tal-istallazzjoni: … (Numru tas-serje) L-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord u l-komponenti tiegħu rilevanti għat-trattament ġew identifikati mill-pjanċa tad-dejta. It-test twettaq fuq il-bażi tal-gwida tal-manifattur għall-iċċekkjar tal-komponenti u l-parametri tal-impjant rilevanti għat-trattament tad-drenaġġ. (A) Ittestjar tal-komponenti Komponenti addizzjonali rilevanti għat-trattament, elenkati fil-gwida tal-manifattur għall-iċċekkjar tal-komponenti u l-parametri tal-impjant, rilevanti għat-trattament tad-drenaġġ jew il-Parti II Anness 4 għandhom jiddaħħlu hawnhekk.
(B) Riżultati tal-kejl tal-kampjun aleatorju:
(C) Kummenti: … (Instabu s-settings devjanti, il-modifiki jew l-alterazzjonijiet li ġejjin fl-impjant installat tat-trattament tad-drenaġġ abbord.) … … … … … … Isem tal-ispettur: … Post u data: … Firma: … PARTI IX Approvazzjonijiet ta’ Tipi Ekwivalenti Approvazzjonijiet tat-tip fir-Riżoluzzjoni 2010-II-27 tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Rhine tad-9 ta’ Diċembru 2010. “Appendiċi VII Impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord Proċedura tat-test 1. ĠENERALI 1.1. Fundamentali L-ispeċifikazzjoni tat-test għandha tintuża sabiex tiġi vverifikata l-adegwatezza tal-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord fuq il-bastimenti tal-passiġġieri. F’din il-proċedura, il-proċess u t-teknoloġija użata tat-trattament għandhom jiġu eżaminati u approvati permezz ta’ impjant tat-test. Il-konformità tal-impjant tat-test mal-impjanti tat-trattament fis-servizz aktar tard tiġi żgurata bl-applikazzjoni ta’ kriterji identiċi tad-disinn u tad-dimensjonar. 1.2. Responsabbiltà u post tat-test L-impjant tat-test għal firxa ta’ tipi ta’ impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord għandu jiġi ttestjat minn servizz tekniku. Il-kundizzjonijiet tat-test fis-sit tat-test huma r-responsabbiltà tas-servizz tekniku u għandhom jikkorrispondu mal-kundizzjonijiet speċifikati hawnhekk. 1.3. Dokumenti li għandhom jiġu sottomessi It-test għandu jitwettaq abbażi tad-dokument ta’ informazzjoni skont l-Appendiċi VI, Parti II. 1.4. Speċifikazzjonijiet dwar id-dimensjonar tal-impjant L-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ abbord għandhom jiġu dimensjonati u ddisinjati b’mod li l-valuri tal-limitu speċifikati fl-Artikolu 14a.02(2), Tabelli 1 u 2 fil-ħruġ tagħhom ma jinqabżux waqt it-tħaddim tagħhom. 2. MIŻURI PREPARATORJI GĦALL-ITTESTJAR 2.1. Ġenerali Qabel il-bidu tat-test, il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizz tekniku l-ispeċifikazzjonijiet strutturali u dawk tal-proċess tal-impjant tat-test, li għandhom jinkludu sett komplut ta’ tpinġijiet u kalkoli ta’ sostenn skont l-Appendiċi VI, Parti II, u għandu jipprovdi informazzjoni sħiħa dwar ir-rekwiżiti tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord f’termini ta’ stallazzjoni, tħaddim u manutenzjoni. Il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizz tekniku b’informazzjoni dwar is-sigurtà mekkanika, elettrika u teknika tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord li jkun se jiġi ttestjat. 2.2. Stallazzjoni u tqegħid fis-servizz Għall-iskop tat-test, il-manifattur għandu jinstalla l-impjant tat-test b’mod li jikkorrispondi mal-kundizzjonijiet maħsuba tal-istallazzjoni abbord il-bastimenti tal-passiġġieri. Qabel l-ittestjar, il-manifattur irid jarma l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord u jħaddmu. It-tqabbid irid ikun skont l-istruzzjonijiet għat-tħaddim ipprovduti mill-manifattur u għandu jiġi ċċekkjat mis-servizz tekniku. 2.3. Fażi ta’ tħaddim inizjali Il-manifattur għandu jinnotifika lis-servizz tekniku dwar it-tul ta' żmien nominali tal-fażi ta’ tħaddim inizjali sat-tħaddim normali f’ġimgħat. Il-manifattur għandu jispeċifika l-punt meta l-fażi ta’ tħaddim inizjali titqies bħala kompluta u jkun jista’ jibda l-ittestjar. 2.4. Karatteristiċi tad-dħul Għall-ittestjar tal-impjant tat-test għandu jintuża drenaġġ domestiku mhux ipproċessat. Il-karatteristiċi tad-dħul fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu għandhom jinkisbu mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur dwar id-dimensjonar tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord skont l-Appendiċi VI, Parti II billi jiġi ffurmat il-kwozjent għar-rata ta’ fluss tas-sustanzi organiċi fil-forma ta’ tagħbija ta’ BOD5 f’kg/d u r-rata ta’ fluss iddisinjata tad-drenaġġ Qd f’m3/d. Il-karatteristiċi tad-dħul għandhom jiġu stabbiliti skont dan mill-korp ta’ spezzjoni. Formula 1 Kalkolu tal-karatteristiċi tad-dħul
Jekk l-applikazzjoni tal-formula 1 tirriżulta f’konċentrazzjoni medja aktar baxxa ta’ BOD5 ta’ inqas minn CBOD5mean = 500 mg/l, għandha tiġi ssettjata konċentrazzjoni medja ta’ BOD5 fl-ilma tad-dħul ta’ CBOD5,min = 500 mg/l. Is-servizz tekniku ma għandux jgħaddi id-drenaġġ mhux ipproċessat tad-dħul f'magna tat-tħin. It-tneħħija tar-ramel (eż. permezz ta’ filtru) hija permissibbli). 3. PROĊEDURA TAT-TEST 3.1 Fażijiet ta’ tagħbija u alimentazzjoni idrawlika Il-perjodu tat-test għandu jinkludi 30 ġurnata ta’ ttestjar. L-impjant tat-test għandu jiġi alimentat fil-kamp tat-test bi drenaġġ domestiku skont it-tagħbija speċifikata fit-Tabella 1. Għandhom jiġu koperti diversi fażijiet ta’ tagħbija, bis-sekwenza tat-test tikkunsidra l-fażijiet ta’ tagħbija normali u l-fażijiet ta’ tagħbija speċjali bħal tagħbija żejda, tagħbija nieqsa u operazzjoni ta’ modalità “Stand-by”. It-tul ta’ kull fażi ta’ tagħbija (għadd ta’ ġranet tat-test) huwa stabbilit fit-Tabella 1. It-tagħbija idrawlika medja ta’ kuljum għal kull fażi ta’ tagħbija għandha tiġi ssettjata skont it-Tabella 1. Il-konċentrazzjoni medja ta’ sustanzi li jniġġsu, li għandha tiġi ssettjata skont il-punt 2.4, għandha tinżamm kostanti. Tabella 1 Issettjar tat-tagħbija għal kull fażi ta’ tagħbija
Il-fażijiet ta’ tagħbija speċjali ta’ tagħbija eċċessiva, tagħbija nieqsa u operazzjoni f'modalità “Stand-by” għandhom jitwettqu wara xulxin mingħajr interruzzjoni; il-fażi tat-tagħbija normali għandha tinqasam f’diversi fażijiet parzjali. It-test għandu jibda u jintemm b’fażi ta’ tagħbija normali, b’tul ta’ mill-anqas ħamest ijiem f’kull każ. Għandhom jiġu ssettjati idrogrammi tal-alimentazzjoni idrawlika, skont it-tħaddim speċifikat tal-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord. L-idrograf tal-alimentazzjoni idrawlika ta’ kull ġurnata għandu jintgħażel skont il-kunċett tat-tħaddim tal-impjant għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord. Għandha ssir distinzjoni skont jekk l-impjant tat-trattament abbord għandux jitħaddem b’tank tal-ħżin tad-drenaġġ fi ħdanu jew mingħajru. L-idrografi tal-alimentazzjoni (idrografi ta’ kull ġurnata) huma murija fil-Grafika 1 u fil-Grafika 2. Tul il-perjodu sħiħ tat-test, id-dħul ta’ kull siegħa jrid jibqa’ kostanti. Ir-rata ta’ fluss volumetriku medju ta’ drenaġġ kull siegħa Qh,mean hija ekwivalenti għal 1/24 tat-tagħbija idrawlika ta’ kuljum skont it-Tabella 1. Id-dħul għandu jitkejjel b’mod kontinwu mis-servizz tekniku. L-idrogramma ta’ kuljum trid tinżamm f’tolleranza ta’ ± 5 %. Grafika 1 Idrogramma ta’ kuljum għall-alimentazzjoni ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord b’tank tal-ħżin tad-drenaġġ fi ħdanu Perċentwali ta' Qh,mean [%] Siegħa Grafika 2 Idrogramma għall-alimentazzjoni ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord mingħajr tank tal-ħżin tad-drenaġġ fi ħdanu Perċentwali ta' Qh,mean [%] Siegħa 3.2. Interruzzjoni jew kanċellazzjoni tat-test Jista’ jkun meħtieġ li jiġi interrott it-test jekk l-impjant ma jkunx jista’ jitħaddem sewwa aktar minħabba qtugħ fl-elettriku jew il-funzjoni ħażina ta’ submuntatura. It-test jista’ jiġi interrott għat-tul tat-tiswija. F’każijiet bħal dawn ma jkunx hemm bżonn jiġi ripetut it-test kollu, iżda l-fażi tat-tagħbija biss li fiha tkun seħħet il-funzjoni ħażina tas-submuntatura. Wara li t-test jiġi interrott għat-tieni darba, is-servizz tekniku għandu jiddeċiedi jekk it-test ikunx jista’ jitkompla jew ikunx irid jiġi kkanċellat. Ir-raġuni għad-deċiżjoni trid tiġi ddikjarata u dokumentata fir-rapport dwar it-test. Jekk it-test jiġi kkanċellat, huwa jrid jiġi ripetut b’mod sħiħ. 3.3. Eżamijiet tal-effiċjenza tat-tisfija u konformità mal-valuri tal-limitu tal-ħruġ Is-servizz tekniku għandu jieħu kampjuni mid-dħul għall-impjant tat-test u janalizzahom sabiex jikkonferma l-konformità mal-karatteristiċi tad-dħul. Għandhom jittieħdu kampjuni tad-drenaġġ mill-ħruġ tal-impjant tat-test u jiġu analizzati sabiex tiġi stabbilita l-effiċjenza tat-tisfija u l-konformità mal-valuri tal-limitu meħtieġa tal-ħruġ. Il-kampjunar imwettaq għandu jinkludi kemm kampjuni aleatorji sempliċi kif ukoll kampjuni komposti ta’ 24 siegħa. Fil-każ tal-kampjuni komposti ta’ 24 siegħa, jista’ jitwettaq jew ġbir tal-kampjuni proporzjonali mal-ħin jew ġbir tal-kampjuni proporzjonali mal-fluss. It-tip ta’ kampjun kompost ta’ 24 siegħa għandu jiġi speċifikat mill-korp ta’ spezzjoni. Il-ġbir tal-kampjuni fid-dħul u fil-ħruġ għandu jitwettaq fl-istess ħin u fl-istess livell. Minbarra l-parametri ta’ kontroll BOD5, COD u TOC, għandhom jitkejlu l-parametri li ġejjin għad-dħul u l-ħruġ sabiex jiġu deskritti u rappreżentati l-kundizzjonijiet ambjentali u tat-test:
L-għadd ta’ eżamijiet ivarja skont il-fażi rilevanti ta’ tagħbija u huwa stabbilit fit-Tabella 2. L-għadd ta’ teħid tal-kampjuni jirrigwarda d-dħul jew il-ħruġ tal-impjant tat-test. Tabella 2 Speċifikazzjoni tal-għadd u l-perjodu ta' żmien tal-kampjuni meħuda fid-dħul u fil-ħruġ tal-impjant tat-test
Fejn applikabbli, għandhom jitkejlu wkoll il-parametri tat-tħaddim li ġejjin mill-kampjuni aleatorji meħuda:
3.4. Evalwazzjoni tal-eżamijiet Sabiex tiġi dokumentata l-effiċjenza determinata tat-tisfija u sabiex tiġi ċċekkjata l-aderenza mal-valuri tal-limitu tal-proċessi, għandhom jiġu speċifikati l-valur minimu tal-kampjun (Min), il-valur massimu tal-kampjun (Mass) u l-medja aritmetika (Medja) kif ukoll ir-riżultati tal-kejl individwali għall-parametri ta’ kontroll BOD5, COD u TOC. Il-fażi tat-tagħbija għandha tingħata wkoll il-valur massimu tal-kampjun. L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu għall-fażijiet kollha tat-tagħbija b’mod konġunt. Ir-riżultati għandhom jiġu pproċessati kif jidher fit-tabella li ġejja: Tabella 3a Speċifikazzjoni għall-ipproċessar statistiku tad-dejta miġbura — evalwazzjoni sabiex tiġi dokumentata l-konformità mal-valuri tal-limitu tal-ħruġ
Tabella 3b Speċifikazzjoni għall-ipproċessar statistiku tad-dejta miġbura — evalwazzjoni sabiex tiġi dokumentata l-effiċjenza tat-tisfija
Il-parametri li jifdal skont 3.3(b) sa (d) u l-parametri tat-tħaddim skont 3.3 għandhom jiġu ppreżentati fil-qosor f’Tabella li tispeċifika r-riżultat minimu tal-kampjun (Min), ir-riżultat massimu tal-kampjun (Mass) u l-medja aritmetika (Medja). 3.5. Konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu 14a Il-valuri tal-limitu skont l-Artikolu 14a.02(2) Tabelli 1 u 2 għandhom jitqiesu li ġew irrispettati, meta kull valur għall-parametri COD, BOD5 u TOC:
3.6. Tħaddim u manutenzjoni waqt l-ittestjar Matul il-ħin kollu tal-ittestjar, l-impjant tat-test għandu jitħaddem skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur. Il-kontrolli ta’ rutina u x-xogħol ta’ manutenzjoni għandhom jitwettqu f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur għat-tħaddim u l-manutenzjoni. Il-ħama żejjed iġġenerat mill-proċess tat-tisfija bijoloġika jista’ jitneħħa mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord biss jekk dan ikun speċifikat mill-manifattur fl-istruzzjonijiet tiegħu għat-tħaddim u l-manutenzjoni. Ix-xogħlijiet kollha ta’ manutenzjoni li jitwettqu għandhom jiġu rreġistrati mis-servizz tekniku u dokumentati fir-rapport dwar it-test. Waqt it-test, l-ebda persuna mhux awtorizzata ma jista’ jkollha aċċess għall-impjant tat-test. 3.7. Analiżi tal-kampjuni / metodu tal-analiżi Il-parametri li għandhom jiġu studjati għandhom jiġu analizzati bl-użu ta’ proċeduri standard approvati. Għandha tiġi speċifikata l-proċedura standard applikata. 4. RAPPORT DWAR IT-TEST
Eżempji tas-sekwenzi tat-test Eżempju 1 Hydraulische Belastung Qd [%] Normallast Überlast Normallast Unterlast Normallast Stand By Normallast Eżempju 2 Hydraulische Belastung Qd [%] Normallast Normallast Unterlast Stand By Normallast Normallast Überlast
Noti dwar l-istabbiliment tad-domanda bijoloġika għall-ossiġnu wara ħamest ijiem (BOD5) f’kampjuni komposti ta’ 24 siegħa L-Istandards Internazzjonali ISO 5815 u 5815-2: 2003 jistipulaw li sabiex titwettaq l-analiżi biex tiġi stabbilita d-domanda bijokimika għall-ossiġnu wara ħamest ijiem, il-kampjuni tal-ilma għandhom jinħażnu immedjatament wara t-teħid tal-kampjuni u sal-mument tal-analiżi fi flixkun mimli sax-xifer, issiġillat tajjeb, f’temperatura ta’ 0–4 °C. Il-proċess sabiex tiġi determinata l-BOD5 għandu jinbeda kemm jista’ jkun malajr jew tal-anqas fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa mit-tlestija tat-teħid tal-kampjuni. Sabiex jiġi evitat li jibdew proċessi ta’ degradazzjoni bijokimika fil-kampjun kompost ta’ 24 siegħa, fil-prattika l-ilma jitkessaħ sa massimu ta’ 4 °C filwaqt li jitkompla t-teħid tal-kampjuni, u jinħażen f’din it-temperatua ladarba jintemm il-proċess tat-teħid tal-kampjuni. Tagħmir xieraq għat-teħid tal-kampjuni huwa disponibbli b’mod kummerċjali. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri ekwivalenti
(2) Minflok id-domanda kimika għall-ossiġnu (COD) tista' ssir referenza wkoll għall-karbonju organiku totali (TOC) għall-verifika.
(3) L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw proċeduri ekwivalenti
(4) Minflok id-domanda kimika għall-ossiġnu (COD) tista' ssir referenza wkoll għall-karbonju organiku totali (TOC) għall-verifika.
(5) Fażijiet operattivi
Għandhom jiġu ddefiniti l-fażijiet operattivi li ġejjin għall-ittestjar:
|
(a) |
Operazzjoni stand-by hija meta l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord ikun qiegħed jaħdem iżda ma jkunx ħa drenaġġ għal iżjed minn ġurnata. Impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord jista' jkun f'operazzjoni f'modalità "stand-by" meta, pereżempju, il-bastiment tal-passiġġieri ma jkunx qiegħed jaħdem għal perjodu estiż u jkun wieqaf fl-irmiġġ tiegħu. |
|
(b) |
Operazzjoni tal-emerġenza hija meta sottomuntaturi individwali ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ abord ikunu ħadmu ħażin, sabiex id-drenaġġ ma jkunx jista' jiġi ttrattat kif suppost. |
|
(c) |
Operazzjoni ta’ tifi, waqfien u tqabbid mill-ġdid hija meta impjant tat-trattamnet tad-drenaġġ abbord ikun twaqqaf għal perjodu estiż (irmiġġ fix-xitwa) u l-provvista tal-elettriku tiġi mitfija, jew meta l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ abbord jerġa' jinxtegħel fil-bidu tal-istaġun. |
(6) Speċifika kif xieraq.
(7) speċifika kif meħtieġ
(8) F'każ li t-testijiet jiġu mwettqa mill-awtorità kompetenti mmarka bħala "mhux rilevanti"
(9) speċifika skont liema tkun xierqa
(10) Indika għal kull ċiklu f'każ ta’ aktar ċikli tat-testijiet
(11) L-ebda valuri tal-limitu għad-dħul
(12) ċertifikat rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip
(13) speċifika kif xieraq
(14) Għandu jiġi inkluż minn dak li jittestja.
(15) Speċifika kif xieraq.
(16) Agħmel salib fil-kaxxa t-tajba.
(17) L-ebda valuri tal-limitu għad-dħul.