Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012L0040

    Direttiva tal-Kummissjoni 2012/40/UE tas- 26 ta’ Novembru 2012 li tikkoreġi l-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 327, 27.11.2012, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2013; Impliċitament imħassar minn 32012R0528

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/40/oj

    27.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 327/26


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/40/UE

    tas-26 ta’ Novembru 2012

    li tikkoreġi l-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/91/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-tetraborat tad-disodju bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (2) tiddefinixxi t-tetraborat tad-disodju bi tliet numri tal-CAS għal tliet forom differenti tas-sustanza. In-numri tal-CAS huma bbażati fuq rapport imressaq quddiem il-Kummissjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi fis-7 ta’ Lulju 2006 u approvat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fl-20 ta’ Frar 2009.

    (2)

    Il-Pajjiżi l-Baxxi għarrfu lill-Kummissjoni li n-numru tal-CAS għall-forma tal-pentaidrat fir-rapport oriġinali kienet skorretta, u ressqu quddiem il-Kummissjoni rapport rivedut li skontu n-numru tal-CAS il-korrett għal din il-forma huwa 12179-04-3. Ir-rapport rivedut ġie approvat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fil-25 ta’ Mejju 2012.

    (3)

    L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

    (2)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 39.


    ANNESS

    Fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, it-tielet kolonna tal-entrata Nru 24 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Isem tal-IUPAC

    Numri tal-Identifikazzjoni

    “tetraborat tad-disodju

    Nru tal-KE: 215-540-4

    Nru tal-CAS (anidru): 1330-43-4

    Nru tal-CAS (pentaidrat): 12179-04-3

    Nru tal-CAS (dekaidrat): 1303-96-4”


    Top