EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0835

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/835/PESK tal- 21 ta’ Diċembru 2012 li testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja

ĠU L 357, 28.12.2012, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/835/oj

28.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 357/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/835/PESK

tal-21 ta’ Diċembru 2012

li testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK (1).

(2)

Fit-28 ta' Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/483/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2010/96 PESK u testendiha għal perijodu ulterjuri ta' sena.

(3)

Minħabba dewmien fl-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ġdida li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/96/PESK, huwa meħtieġ li l-validità ta' din tal-aħħar tiġi estiża bil-ħsieb li tiġi koperta l-preżenza tal-missjoni ta' taħriġ tal-UE EUTM Somalia fl-Uganda mill-1 ta' Jannar 2013.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tipparteċipax fil-finanzjament ta' din il-missjoni.

(5)

Il-missjoni militari tal-UE għandha tiġi estiża ulterjorment,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/96/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 10

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għandhom jiġu amministrati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) (*) ("ATHENA").

2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu sad-9 ta' Awwissu 2011 għandu jkun ta' EUR 4,8 miljuni. Il-persentaġġ tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta' ATHENA għandu jkun ta' 60 %.

3.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu mid-9 ta' Awwissu 2011 sal-31 ta' Diċembru 2012 għandu jkun ta' EUR 4,8 miljuni. Il-persentaġġ ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta' ATHENA għandu jkun ta' 30 %.

4.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-missjoni militari tal-UE għall-perijodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2013 għandu jkun ta' EUR 0,05 miljun. Il-persentaġġ ta' dan l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) ta' ATHENA għandu jkun ta' 100 %.‧

(*)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 35."

(2)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

"2.   Il-mandat tal-missjoni militari tal-UE għandu jintemm fil-31 ta' Jannar 2013.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2013.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 44, 19.2.2010, p.16.

(2)  ĠU L 198, 30.7.2011, p. 37.


Top