Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0817

    2012/817/UE, Euratom: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 90/185/Euratom, KEE li tawtorizza lill-Greċja biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9549)

    ĠU L 352, 21.12.2012, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/817/oj

    21.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 352/60


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta’ Diċembru 2012

    li temenda d-Deċiżjoni 90/185/Euratom, KEE li tawtorizza lill-Greċja biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

    (notifikata bid-dokument numru C(2012) 9549)

    (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

    (2012/817/UE, Euratom)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir tar-riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 375 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), il-Greċja tista’ tibqa teżenta t-tranżazzjonijiet elenkati f’punti 2, 8, 11 u 12 tal-Anness X, Parti B; għandu jittieħed kont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi tal-VAT;

    (2)

    Fil-każ tal-Greċja, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, adottat id-Deċiżjoni 90/185/Euratom, KEE (3) li tawtorizza lill-Greċja, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1989, biex tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT.

    (3)

    Mill-1 ta’ Lulju 2010, il-Greċja intaxxat it-tranżazzjonijiet imsemmija f’punt 2 tal-Anness X, Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE; l-awtorizzazzjoni li ngħatat f’dan ir-rigward għandha tinqata’ minn dik id-data.

    (4)

    Mit-22 ta’ Awwissu 2011, il-Greċja intaxxat it-tranżazzjonijiet imsemmija f’punt 8 tal-Anness X, Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE; l-awtorizzazzjoni li ngħatat f’dan ir-rigward għandha tinqata’ minn dik id-data.

    (5)

    Il-Kummissjoni stiednet lill-Greċja biex tivverifika jekk dawk l-awtorizzazzjonijiet li ngħataw lill-Greċja bla ebda limitazzjoni fiż-żmien, kienx għad hemm bżonnhom u biex dan jikkonfermawh lill-Kummissjoni; Il-Greċja kkonfermat li ż-żewġ awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ stimi approssimattivi fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija f’punti 2 u 8, tal-Anness X, Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE mhumiex se tapplika aktar.

    (6)

    Fil-każ tal-Greċja, il-Greċja rrikonoxxiet li fir-rigward ta’ Anness X, parti B, punti 11 u 12 il-ħtieġa għall-użu ta’ estimi approssimattivi mhux se tkun ġustifikata aktar għaliex ġiet ipprovduta dejta mill-Ministeru tad-Difiża f’livell akbar ta’ dettall.

    (7)

    Għall-finijiet ta’ kjarifika u trasparenza tar-regoli tal-Komunità, dispożizzjonijiet tal-Unjoni li skadew jew ma baqgħux fis-seħħ għandhom jitneħħew.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    (1)   Artikolu 1 punt 1 tad-Deċiżjoni 90/185/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.

    (2)   Artikolu 1 punt 3 tad-Deċiżjoni 90/185/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.

    (3)   Artikolu 1 punt 5 tad-Deċiżjoni 90/185/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.

    (4)   Artikolu 1 punt 6 tad-Deċiżjoni 90/185/Euratom, KEE b’dan qed jiġi mħassar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Janusz LEWANDOWSKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9.

    (2)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

    (3)  ĠU L 99, 19.4.1990, p. 39.


    Top