This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0812
Council Decision 2012/812/CFSP of 20 December 2012 amending Common Position 2003/495/CFSP on Iraq
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/812/PESK tal- 20 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/812/PESK tal- 20 ta’ Diċembru 2012 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq
ĠU L 352, 21.12.2012, p. 54–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/812/PESK
tal-20 ta’ Diċembru 2012
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1), b’implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU). |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Diċembru 2010, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 1956(2010) li biha ddeċieda li d-dħul kollu mill-Fond tal-Iżvilupp għall-Iraq għandu jiġi ttrasferit fil-kont jew kontijiet tal-mekkaniżmu tal-Gvern tal-Iraq li ser jissuċċedih u li l-Fond tal-Iżvilupp għall-Iraq għandu jiġi tterminat mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011. |
|
(3) |
Għaldaqstant, il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha tiġi emendata biex tippermetti t-trasferiment ta’ fondi ffriżati, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn għall-mekkaniżmu li ser jissuċċedi lill-Fond tal-Iżvilupp għall-Iraq istitwit mill-Gvern tal-Iraq taħt il-kondizzjonijiet li jinsabu fir-Riżoluzzjonijiet 1483 (2003) u 1956 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
|
(4) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
“Artikolu 2
Il-fondi kollha jew assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn:
|
(a) |
tal-Gvern ta’ qabel tal-Iraq jew tal-korpi, il-korporazzjonijiet jew l-aġenziji tal-Istat tiegħu li jinsabu barra l-Iraq fid-data tat-22 ta’ Mejju 2003, kif stabbilit mill-Kumitat imwaqqaf skont ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurta’ jew |
|
(b) |
li tneħħew mill-Iraq, jew ġew akkwistati minn Saddam Hussein jew uffiċjali għolja oħra tar-reġim li kien hemm qabel fl-Iraq u l-membri immedjati tal-familja tagħhom, inklużi entitajiet proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif stabbilit mill-Kumitat imwaqqaf skont ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà, |
għandhom jiġu ffriżati mingħajr dewmien u, sakemm dawk il-fondi jew assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jkunux huma nfushom soġġetti għal garanzija jew sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew ta’ arbitraġġ preċedenti, f’liema każ jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew sentenza, l-Istati Membri għandhom minnufih jikkawżaw it-trasferiment tagħhom għall-mekkaniżmu li ser jissuċċedi l-Fond tal-Iżvilupp għall-Iraq istitwit mill-Gvern tal-Iraq skont il-kondizzjonijiet stipulati fir-Riżoluzzjonijiet 1483 (2003) u 1956 (2010) tal-Kunsill tas-Sigurtà.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
E. FLOURENTZOU