Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0808

    2012/808/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/4/2012 tat- 18 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

    ĠU L 352, 21.12.2012, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/808/oj

    21.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 352/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/4/2012

    tat-18 ta’ Diċembru 2012

    dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

    (2012/808/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (“KPS”) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE”).

    (2)

    Fil-15 ta’ Ġunju 2011, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/2/2011 (2) dwar il-ħatra tal-Viċi Ammirall Duncan POTTS bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

    (3)

    Ir-Renju Unit ippropona li l-Viċi Ammirall (innominat) Robert TARRANT jieħu post il-Viċi Ammirall Duncan POTTS bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

    (4)

    Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik il-proposta.

    (5)

    Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Viċi Ammirall (innominat) Robert TARRANT huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja mis-16 ta’ Jannar 2013.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni Atalanta/2/2011 hija b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Jannar 2013.

    Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2012.

    Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

    Il-President

    O. SKOOG


    (1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

    (2)  ĠU L 158, 16.6.2011, p. 36.


    Top