EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0797

2012/797/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/336/KE li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall- “Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

ĠU L 349, 19.12.2012, p. 68–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013D0776

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/797/oj

19.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/68


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2009/336/KE li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

(2012/797/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/336/KE tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ April 2009, li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (2), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-“Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” (minn hawn ’il quddiem l-“Aġenzija”) hija responsabbli mill-ġestjoni tal-azzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE (3), il-Parlament u l-Kunsill introduċew programm ta’ kooperazzjoni awdjoviżiv mal-professjonisti tal-pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2013.

(3)

Fid-dawl tal-għarfien miksub mill-Aġenzija, il-Kummissjoni tixtieq tiddelegalha l-ġestjoni ta’ dan il-programm il-ġdid kif ukoll il-ġestjoni tal-proġetti, li filwaqt li għandhom x’jaqsmu mal-ħiliet attwali tal-aġenzija, jistgħu jkunu finanzjati minn dispożizzjonijiet jew riżorsi oħra. Dawn huma proġetti fl-oqsma tat-tagħlim primarju u sekondarju u taż-żgħażagħ li jistgħu jkunu finanzjati minn ċerti strumenti tal-politika Ewropea ta’ viċinat u sħubija.

(4)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tippjana li talloka kompiti ġodda lill-Aġenzija rigward il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ.

(5)

Id-Deċiżjoni 2009/336/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenziji Eżekuttivi.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/336/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

1.   L-Aġenżija hi responsabbli għall-ġestjoni ta’ ċerti sezzjonijiet tal-programmi Komunitarji li ġejjin:

(1)

il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jkunu finanzjati mid-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (Phare), previsti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 (1);

(2)

il-programm li jħeġġeġ l-iżvilupp u t-tixrid ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II - Żvilupp u Tixrid) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/563/KE (2);

(3)

il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA II — Taħriġ) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/564/KE (3);

(4)

it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni “Socrates” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(5)

it-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għal dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ professjonali Leonardo da Vinci (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE (5);

(6)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja “Żgħażagħ” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(7)

il-programm “Kultura 2000” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(8)

il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet dwar il-provvediment ta’ għajnuna għall-Istati msieħba tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Asja ċentrali (2000-2006), stipulati mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 (8);

(9)

il-proġetti tal-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna lill-Albanija, lill-Bożnija Ħerżegovina, lill-Kroazja, l-eks-Repubblika Federali Jugożlava tal-Maċedonja, lill-Montenegro, lis-Serbja u lill-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 (9);

(10)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri ta’ akkumpanjament finanzjarji u tekniċi (MEDA) għar-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2698/2000 (10);

(11)

it-tielet fażi tal-programm trans-Ewropew ta’ kooperazzjoni għall-edukazzjoni f’livell għoli (Tempus III) (2000-2006), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/311/KE (11);

(12)

il-proġetti li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjoniiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli u tat-tagħlim u t-taħriġ professjonali (2001-2005), approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/196/KE (12);

(13)

il-proġetti li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u tat-taħriġ (2001-2005), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/197/KE (13);

(14)

il-programm li jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus — Żvilupp, Tixrid u Promozzjoni) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE (14);

(15)

il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi (MEDIA-taħriġ) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 163/2001/KE (15);

(16)

il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effiċjenti tat-teknoloġiji ta’ tagħrif u tal-komunikazzjoni (ICT) fis-sistemi tal-edukazzjoni u ta’ taħriġ fl-Ewropa (“tagħlim onlajn”/“e-learning”) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2318/2003/KE (16);

(17)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (sehem ċivili) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/100/KE (17);

(18)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 790/2004/KE (18);

(19)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew u l-appoġġ tal-attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 791/2004/KE (19);

(20)

il-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni tal-entitajiet attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 792/2004/KE (20);

(21)

il-programm biex titjieb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u jiġi promoss il-fehim interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2317/2003/KE (21);

(22)

il-proġetti li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjoniiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġeddu programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli u tat-tagħlim u t-taħriġ professjonali (2006-2013), approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/910/KE (22);

(23)

il-proġetti li li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxu qafas ta’ kooperazzjoni fl-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/964/KE (23);

(24)

il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja “Tagħlim matul il-Ħajja” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1720/2006/KE (24);

(25)

il-programm “Kultura” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1855/2006/KE (25);

(26)

il-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” li għandu l-għan li jħeġġeġ iċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1904/2006/KE (26);

(27)

il-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1719/2006/KE (27);

(28)

il-programm ta’ appoġġ fis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1718/2006/KE (28);

(29)

il-programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus (II) 2009-2013 maħsub biex itejjeb il-kwalità tat-tagħlim f’livell għoli u biex jippromwovi l-għarfien interkulturali permezz tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, approvat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1298/2008/KE (29);

(30)

il-programm ta’ kooperazzjoni awdjoviżiva mal-professjonisti tal-pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (2011-2013), impost bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1041/2009/KE (30);

(31)

il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Asja, approvati fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 (31);

(32)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u taż-żgħażagħ li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ għajnuna għal qabel l-adeżjoni (IPA) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 (32);

(33)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mid-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, maħluq bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1638/2006 (33);

(34)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mill-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbilit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1905/2006 (34);

(35)

il-proġetti tal-qasam tal-edukazzjoni f’livell għoli u taż-żgħażagħ li jistgħu jiġu finanzjati mill-istrument finanzjarju tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi industrijalizzati u l-pajjiżi u t-territorji l-oħra bi dħul għoli, stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 (35);

(36)

il-proġetti fil-qasam tat-tagħlim f’livell għoli li jistgħu jiġu finanzjati mir-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, bl-applikazzjoni tal-ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/159/KE (36)), kif emendat bil-ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/599/KE (37)).

2.   Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni tas-sezzjonijiet tal-programmi Komunitarji msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija se tkun responsabbli mill-kompiti li ġejjin:

(a)

il-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġetti bħala implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji li jiġu fdati lilha, abbażi tal-programm ta’ ħidma annwali li jservi bħala deċiżjoni ta’ finanzjament fil-qasam tas-sussidji u tal-kuntratti fl-oqsma tal-edukazzjoni, tal-awdjoviżiv u tal-kultura adottat mill-Kummissjoni jew abbażi tad-deċiżjonijiet speċifiċi ta’ finanzjament meħudin mill-Kummissjoni, kif ukoll tal-kontrolli neċessarji għal dan l-għan, billi jiġu adottati d-deċiżjonijiet rilevanti, bl-applikazzjoni tad-delega tal-Kummissjoni;

(b)

l-adozzjoni tal-atti li jimplimentaw il-baġit tad-dħul u tan-nefqa u l-implimentazzjoni, fejn il-Kummissjoni tagħtiha s-setgħa li tagħmel dan, ta’ parti mill-operazzjonijiet għall-ġestjoni tal-programmi Komunitarji jew tagħhom kollha, fosthom dawk marbuta mal-għoti tas-sussidji u l-kuntratti;

(c)

il-ġabra, l-analiżi u t-trasferiment lill-Kummissjoni tat-tagħrif kollu meħtieġ bħala gwida għall-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji;

(d)

f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni, fil-livell Komunitarju, tan-netwerk ta’ tagħrif dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) u ta’ attivitajiet bil-għan li jtejbu l-fehim u l-għarfien tal-qasam taż-żgħażagħ: il-ġabra, l-analiżi u t-tixtid tat-tagħrif kif ukoll il-produzzjoni ta’ studji u pubblikazzjonijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 26.

(3)  ĠU L 288, 4.11.2009, p. 10.


Top