Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0761

2012/761/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Novembru 2012 li tapprova programmi annwali u plurienniali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2013 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8682)

ĠU L 336, 8.12.2012, pp. 83–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/761/oj

8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/83


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2012

li tapprova programmi annwali u plurienniali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2013

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8682)

(2012/761/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Kroazja u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu (1),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 27(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistipula li għandha tkun introdotta miżura finanzjarja mill-Unjoni biex tirrimborża n-nefqa li ssir mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u żoonożi elenkati fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (3) tipprevedi li sabiex ikunu approvati skont il-miżuri finanzjarji tal-Unjoni, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandhom għall-anqas jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4), jipprevedi programmi ta’ monitoraġġ annwali mill-Istati Membri għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (5) tipprevedi wkoll programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li għandhom jitwettqu fir-rigward tat-tjur u l-għasafar selvaġġi sabiex jikkontribwixxu, inter alia, abbażi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju aġġornati regolament, għall-għarfien dwar it-theddid mill-għasafar selvaġġi fir-rigward ta’ kwalunkwe vajrus tal-influwenza ta’ oriġini avjarja fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali, u l-finanzjament tagħhom, għall-monitoraġġ iridu jiġu approvati wkoll.

(6)

Ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni programmi annwali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali, programmi għal kontrolli mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ żoonożi, u programmi ta’ monitoraġġ annwali għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom huma jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni.

(7)

Għas-snin 2011 u 2012, ċerti programmi pluriennali ppreżentati mill-Istati Membri għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali ġew approvati skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/712/UE (6) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/807/UE (7).

(8)

Ċerti Stati Membri li implimentaw b'suċċess programmi ta’ qerda tal-idrofobija li jkunu ġew kofinanzjati għal bosta snin, għandhom fruntieri komuni ma’ pajjiżi terzi fejn dik il-marda hija preżenti. Sabiex finalment tinqered l-idrofobija, ċerti attivitajiet ta’ tilqim iridu jitwettqu fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi terzi li jmissu mal-Unjoni.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha infettati bl-idrofobija jkomplu mingħajr interruzzjoni l-attivitajiet ta’ tilqim orali previsti fil-programmi tagħhom, jinħtieġ li tingħata l-possibbiltà li jitħallsu ħlasijiet bil-quddiem li jammontaw sa 60 % tal-ammont massimu ffissat għal kull programm, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat.

(10)

Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali ppreżentati mill-Istati Membri, kif ukoll it-tielet u t-tieni sena rispettivament tal-programmi pluriennali approvati fl-2011 u fl-2012, kemm mill-perspettiva veterinarja kif ukoll minn dik finanzjarja. Dawn il-programmi jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni u b'mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(11)

Il-Greċja u l-Italja, minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika speċifika u l-problemi tekniċi li ltaqgħu magħhom biex jimplimentaw kif xieraq, rispettivament, il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina u l-programm għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, infurmaw lill-Kummissjoni li, fis-sitwazzjoni finanzjarja attwali, jinħtieġ appoġġ addizzjonali għall-persunal kuntrattwali sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta ta’ dawk il-programmi veterinarji kofinanzjati tal-UE.

(12)

Il-miżuri eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni huma definiti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni attwali tal-Kummissjoni. Madankollu, f'każijiet fejn tqies xieraq, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri bil-miktub dwar il-limitazzjonijiet għall-eliġibilità ta’ ċerti miżuri f'termini tan-numri massimi ta’ attivitajiet imwettqa jew f'termini ta’ żoni ġeografiċi koperti mill-programmi.

(13)

Fid-dawl tal-importanza tal-programmi annwali u pluriennali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam ta’ saħħet l-annimali u s-saħħa pubblika, kif ukoll tal-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE) u tal-influwenza avjarja, huwa xieraq li tkun stabbilita r-rata xierqa tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għar-rimborż tal-ispejjeż li se jitħallsu mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

(14)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nfiq mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi ppreċedut minn Deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati s-setgħat mill-istituzzjoni.

(15)

Il-verifika tal-ġustifikazzjonijiet individwali tal-ispejjeż eleġibbli toħloq piżijiet amministrattivi estensivi filwaqt li ma żżidx b'mod apprezzabbli l-użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni jew it-trasparenza. Għaldaqstant, huwa aktar xieraq li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tiġi ffissata għal kull programm, fejn xieraq, f'livell li jiżgura li l-ispejjeż involuti skont it-tip ta’ miżura, jekk implimentati, ikunu koperti b'mod adegwat. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li tappoġġa b'mod partikolari l-attivitajiet definiti bħat-teħid ta’ kampjuni, l-ittestjar, u t-tilqim, għandha tkun speċifikata kif xieraq bħala somma f'daqqa maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha normalment involuti biex titwettaq l-attività jew biex jiġi prodott ir-riżultat tat-test rispettiv.

(16)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (8), il-programmi għall-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għall-finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dak ir-Regolament.

(17)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata b'kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b'mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti taż-żmien stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(18)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva l-infiq kollu ppreżentat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jkun espress f'euro. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta’ konverżjoni għall-infiq f'munita għajr l-euro għandha tkun l-aktar rata ta’ konverżjoni reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tkun ippreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

(19)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

PROGRAMMI ANNWALI

Artikolu 1

Bruċellożi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentati minn Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-programm għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentat mill-Kroazja huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

(i)

EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjun;

(ii)

EUR 0,2 għal kull test rose bengal;

(iii)

EUR 0,2 għal kull test SAT;

(iv)

EUR 0,4 għal kull test ta’ fissazzjoni komplementari;

(v)

EUR 0,5 għal kull test ELISA;

(vi)

EUR 10 għal kull test batterjoloġiku;

(vii)

EUR 1 għal kull annimal domestiku mlaqqam.

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għall-ispiża tal-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula, suġġett għal dawk il-programmi u bħala medja ma għandhiex taqbeż EUR 375 għal kull annimal maqtul.

(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 4 000 000 għal Spanja;

(ii)

EUR 100 000 għall-Kroazja;

(iii)

EUR 1 200 000 għall-Italja;

(iv)

EUR 1 000 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 1 100 000 għar-Renju Unit.

Artikolu 2

Tuberkulożi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-programm għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentat mill-Kroazja, huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

(i)

EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjun;

(ii)

EUR 1,5 għal kull test tat-tuberkulina;

(iii)

EUR 5 għal kull test tal-gamma-interferon;

(iv)

EUR 10 għal kull test batterjoloġiku.

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għall-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula suġġett għal dawk il-programmi u bħala medja ma għandhiex taqbeż EUR 375 għal kull annimal maqtul.

(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 19 000 000 għall-Irlanda;

(ii)

EUR 14 000 000 għal Spanja;

(iii)

EUR 400 000 għall-Kroazja;

(iv)

EUR 3 300 000 għall-Italja;

(v)

EUR 2 600 000 għall-Portugall;

(vi)

EUR 31 800 000 għar-Renju Unit.

Artikolu 3

Bruċellożi ovina u kaprina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina ppreżentati mill-Greċja, l-Italja, Spanja, Ċipru u l-Portugall huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni, għajr il-Greċja:

(a)

għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

(i)

EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjun;

(ii)

EUR 0,2 għal kull test rose bengal;

(iii)

EUR 0,4 għal kull test ta’ fissazzjoni komplementari;

(iv)

EUR 10 għal kull test batterjoloġiku;

(v)

EUR 1 għal kull annimal domestiku mlaqqam.

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li għandhom jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tal-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula suġġett għal dawk il-programmi u bħala medja ma għandhiex taqbeż EUR 50 għal kull annimal maqtul, kif ukoll

(c)

ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 7 500 000 għal Spanja;

(ii)

EUR 3 500 000 għall-Italja;

(iii)

EUR 180 000 għal Ċipru;

(iv)

EUR 2 000 000 għall-Portugall.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-Greċja:

(a)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż involuti:

(i)

ix-xiri tal-vaċċini;

(ii)

għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(iii)

is-salarji tal-persunal kuntrattwali reklutat speċjalment għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ dak il-programm, għajr it-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(iv)

il-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula suġġett għal dak il-programm, kif ukoll

(b)

ma għandhiex taqbeż EUR 4 000 000.

4.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lil Ċipru għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(i)

EUR 0,2 għal kull test rose bengal;

(ii)

EUR 0,4 għal kull test ta’ fissazzjoni komplementari;

(iii)

EUR 10 għal kull test batterjoloġiku;

(iv)

EUR 1 għal kull doża għax-xiri tal-vaċċini;

(v)

EUR 50 għal kull annimal li jinqatel.

Artikolu 4

Bluetongue f'żoni endemiċi jew ta’ riskju kbir

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bluetongue ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

(i)

EUR 0,5 għal kull annimal domestiku inkluż fil-kampjun;

(ii)

EUR 1 għal kull annimal domestiku mlaqqam;

(iii)

EUR 2 għal kull test ELISA;

(iv)

EUR 10 għal kull test PCR;

(v)

EUR 10 għal kull test viroloġiku.

(b)

ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 25 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 11 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 10 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 100 000 għall-Ġermanja;

(v)

EUR 10 000 għall-Irlanda;

(vi)

EUR 100 000 għall-Greċja;

(vii)

EUR 40 000 għal Spanja;

(viii)

EUR 650 000 għall-Italja;

(ix)

EUR 10 000 għal-Latvja;

(x)

EUR 10 000 għal-Litwanja;

(xi)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(xii)

EUR 10 000 għall-Ungerija;

(xiii)

EUR 10 000 għal Malta;

(xiv)

EUR 10 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xv)

EUR 10 000 għall-Awstrija;

(xvi)

EUR 50 000 għall-Polonja;

(xvii)

EUR 300 000 għall-Portugall;

(xviii)

EUR 140 000 għar-Rumanija;

(xix)

EUR 25 000 għas-Slovenja;

(xx)

EUR 40 000 għas-Slovakkja;

(xxi)

EUR 10 000 għall-Finlandja.

Artikolu 5

Salmonellożi (salmonella żoonotika) f'qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u tal-brojlers tat-tip Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo)

1.   Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f'qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u tal-brojlers tat-tip Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f'qatgħat għat-tgħammir, għall-bajd u tal-brojlers tat-tip Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Kroazja, huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

(i)

EUR 0,5 għal kull kampjun uffiċjali meħud;

(ii)

EUR 7 għal kull test għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni/iżolament);

(iii)

EUR 15 għal kull test ta’ serotipizzazzjoni tal-iżolati rilevanti tas-salmonella spp.;

(iv)

EUR 5 għal kull test għal test batterjoloġiku biex tiġi vverifikata l-effiċjenza ta’ diżinfezzjoni tal-gallinari tat-tiġieġ wara d-depopulazzjoni ta’ qatgħa li tittestja pożittiv għas-salmonella;

(v)

EUR 3 għal kull test għal test għad-detezzjoni tal-antimikrobi jew fuq l-effett ta’ inibitorju tal-formazzjoni ta’ batterji fit-tessuti mit-tjur minn qatgħat ittestjati għas-Salmonella;

(vi)

EUR 0,02 għax-xiri ta'dożi ta’ vaċċini.

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru għall-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur ta’ dawn li ġejjin:

it-tjur tat-tgħammir u tal-bajd tat-tip Gallus gallus maqtula,

id-dundjani għat-tgħammir tat-tip Meleagris gallopavo maqtula,

il-bajd meqrud kif imsemmi fil-paragrafu (d);

(c)

u ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 1 000 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 25 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 1 400 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 150 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 900 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 25 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 480 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 500 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 1 200 000 għal Spanja;

(x)

EUR 1 250 000 għal Franza;

(xi)

EUR 200 000 għall-Kroazja;

(xii)

EUR 1 000 000 għall-Italja;

(xiii)

EUR 60 000 għal Ċipru;

(xiv)

EUR 290 000 għal-Latvja;

(xv)

EUR 25 000 għal-Lussemburgu;

(xvi)

EUR 950 000 għall-Ungerija;

(xvii)

EUR 50 000 għal Malta;

(xviii)

EUR 2 400 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xix)

EUR 700 000 għall-Awstrija;

(xx)

EUR 2 700 000 għall-Polonja;

(xxi)

EUR 25 000 għall-Portugall;

(xxii)

EUR 620 000 għar-Rumanija;

(xxiii)

EUR 60 000 għas-Slovenja;

(xxiv)

EUR 450 000 għas-Slovakkja;

(xxv)

EUR 60 000 għar-Renju Unit.

(d)

L-ispiża massima li trid tiġi rimborżata lill-Istati Membri għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhiex taqbeż:

(i)

tajra għat-tgħammir tat-tip Gallus gallus maqtula

:

EUR 4 għal kull tajra;

(ii)

tajra tal-bajd kummerċjali tat-tip Gallus gallus maqtula

:

EUR 2,20 għal kull tajra;

(iii)

dundjan għat-tgħammir tat-tip Meleagris gallopavo maqtul

:

EUR 12 għal kull tajra;

(iv)

bajd għat-tifqis tat-tip Gallus gallus għat-tgħammir

:

EUR 0,20 għal kull bajda tat-tifqis meqruda;

(v)

bajd għall-ikel tat-tip Gallus Gallus

:

EUR 0,04 għal kull bajda għall-ikel meqruda;

(vi)

bajd għat-tifqis ta’ Meleagris gallopavo għat-tgħammir

:

EUR 0,40 għal kull bajda tat-tifqis meqruda.

Artikolu 6

Deni klassiku tal-ħnieżer

1.   Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentati mill-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-programm għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentat mill-Kroazja, huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

(i)

EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun;

(ii)

EUR 5 għal kull ċingjal selvaġġ inkluż fil-kampjun;

(iii)

EUR 1 għal kull lixka/tilqima;

(iv)

EUR 2 għal kull test ELISA;

(v)

EUR 10 għal kull test PCR;

(vi)

EUR 10 għal kull test viroloġiku.

(b)

ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 200 000 għall-Bulgarija;

(ii)

EUR 810 000 għall-Ġermanja;

(iii)

EUR 100 000 għall-Kroazja;

(iv)

EUR 50 000 għall-Ungerija;

(v)

EUR 1 000 000 għar-Rumanija;

(vi)

EUR 25 000 għas-Slovenja;

(vii)

EUR 400 000 għas-Slovakkja.

Artikolu 7

Deni Afrikan tal-ħnieżer

1.   Il-programm għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer ippreżentat mill-Italja huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-Italja:

(i)

għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(ii)

għas-salarji tal-persunal kuntrattwali reklutat speċjalment għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ dak il-programm, għajr it-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(b)

ma għandhiex taqbeż EUR 1 400 000.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Italja bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(i)

EUR 2 għal kull test ELISA;

(ii)

EUR 10 għal kull test PCR;

(iii)

EUR 10 għal kull test viroloġiku.

Artikolu 8

Marda vesikulari tal-ħnieżer

1.   Il-programm għall-eradikazzjoni tal-marda vesikulari tal-ħnieżer ippreżentat mill-Italja hu hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

(i)

EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun;

(ii)

EUR 2 għal kull test ELISA;

(iii)

EUR 4 għal kull test ta’ seronewtralizzazzjoni;

(iv)

EUR 10 għal kull test PCR;

(v)

EUR 10 għal kull test viroloġiku.

(b)

ma għandhiex taqbeż EUR 900 000.

Artikolu 9

Influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi

1.   Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-programm ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja ppreżentat mill-Kroazja, huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa li tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attivitajiet u/jew it-testijiet li ġejjin:

(i)

EUR 0,5 għal kull kampjun minn qatgħat tat-tjur;

(ii)

EUR 5 għal kull għasfur selvaġġ inkluż fil-kampjun fil-qafas tas-sorveljanza passiva;

(iii)

EUR 1 għal kull test ELISA;

(iv)

EUR 1 għal kull test bil-ġell agar għal diffużjoni immuni;

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru għall-ispejjeż tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għajr dawk stipulati fil-punt (a); kif ukoll

(c)

ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 30 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 25 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 25 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 50 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 50 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 70 000 għall-Irlanda;

(vii)

EUR 25 000 għall-Greċja;

(viii)

EUR 90 000 għal Spanja;

(ix)

EUR 120 000 għal Franza;

(x)

EUR 40 000 għall-Kroazja;

(xi)

EUR 1 000 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 25 000 għal Ċipru;

(xiii)

EUR 25 000 għal-Latvja;

(xiv)

EUR 25 000 għal-Litwanja;

(xv)

EUR 25 000 għal-Lussemburgu;

(xvi)

EUR 130 000 għall-Ungerija;

(xvii)

EUR 25 000 għal Malta;

(xviii)

EUR 170 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xix)

EUR 30 000 għall-Awstrija;

(xx)

EUR 100 000 għall-Polonja;

(xxi)

EUR 25 000 għall-Portugall;

(xxii)

EUR 350 000 għar-Rumanija;

(xxiii)

EUR 35 000 għas-Slovenja;

(xxiv)

EUR 25 000 għas-Slovakkja;

(xxv)

EUR 25 000 għall-Finlandja;

(xxvi)

EUR 30 000 għall-Isvezja;

(xxvii)

EUR 110 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

test HI għal H5/H7

:

EUR 12 għal kull test;

(b)

test għall-iżolament tal-vajrus

:

EUR 40 għal kull test;

(c)

test PCR

:

EUR 20 għal kull test.

Artikolu 10

Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u scrapie

1.   Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiforma bovina (BSE) u tal-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b'dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Il-programm għall-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u tal-iscrapie ppreżentat mill-Kroazja, huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tikkonsisti f'somma f'daqqa ta':

(i)

EUR 8,5 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq ta’ testijiet rapidi, sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 12, il-paragrafu 2 u l-Anness III, il-Kapitolu A, il-Parti I tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew użati bħala testijiet konfermatorji b'konformità mal-Anness X, il-Kapitolu C tal-istess Regolament;

(ii)

EUR 15 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq ta’ testijiet rapidi sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 12, il-paragrafu 2, l-Anness III, il-Kapitolu A, il-Parti II, il-punti minn 1 sa 5 u l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(iii)

EUR 4 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq ta’ testijiet ta’ ġenotipar;

(iv)

EUR 120 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti għat-twettiq ta’ testijiet diskriminatorji molekulari primarji kif imsemmi fil-punt 3(2)(c)(i) tal-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif ukoll;

(v)

EUR 25 għal kull test, li tikkumpensa għall-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq ta’ testijiet konfermatorji, għajr testijiet rapidi, kif imsemmi fl-Anness X, il-Kapitolu C tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża mħallsa minn kull Stat Membru għall-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom:

(i)

maqtula u meqruda skont il-programmi tagħhom ta’ eradikazzjoni tal-BSE u tal-iscrapie;

(ii)

maqtula b'mod obbligatorju skont l-Anness VII, il-Kapitolu A, il-punt 2.3(d) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(c)

ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 1 270 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 270 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 580 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 730 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 6 260 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 100 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 2 900 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 1 700 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 4 300 000 għal Spanja;

(x)

EUR 12 600 000 għal Franza;

(xi)

EUR 4 800 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 230 000 għall-Kroazja;

(xiii)

EUR 1 900 000 għal Ċipru;

(xiv)

EUR 220 000 għal-Latvja;

(xv)

EUR 420 000 għal-Litwanja;

(xvi)

EUR 80 000 għal-Lussemburgu;

(xvii)

EUR 850 000 għall-Ungerija;

(xviii)

EUR 25 000 għal Malta;

(xix)

EUR 2 200 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xx)

EUR 1 080 000 għall-Awstrija;

(xxi)

EUR 2 600 000 għall-Polonja;

(xxii)

EUR 1 100 000 għall-Portugall;

(xxiii)

EUR 1 200 000 għar-Rumanija;

(xxiv)

EUR 200 000 għas-Slovenja;

(xxv)

EUR 250 000 għas-Slovakkja;

(xxvi)

EUR 370 000 għall-Finlandja;

(xxvii)

EUR 500 000 għall-Isvezja;

(xxviii)

EUR 5 100 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għall-annimali bovini maqtula u meqruda

:

EUR 500 għal kull annimal;

(b)

għan-nagħaġ jew il-mogħoż maqtula u meqruda

:

EUR 70 għal kull annimal;

(c)

għan-nagħaġ u l-mogħoż maqtula

:

EUR 50 għal kull annimal.

Artikolu 11

Idrofobija

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mill-Bulgarija, il-Greċja, l-Estonja, l-Italja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma hawnhekk approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 5 għal kull annimal selvaġġ inkluż fil-kampjun;

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża:

(i)

tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għall-individwazzjoni tal-antiġeni jew tal-antikorpi tal-idrofobija;

(ii)

għall-iżolament u l-karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija;

(iii)

għall-individwazzjoni tal-bijomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tat-tilqim;

(iv)

għax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;

(v)

għax-xiri u l-amministrazzjoni lill-annimali li jirgħu ta’ tilqim parenterali;

(c)

għandha tkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu mill-Greċja għas-salarji tal-persunal kuntrattwali speċjalment dak reklutat għax-xogħol fil-laboratorju taħt dak il-programm u;

(d)

ma għandhiex taqbeż dawn li ġejjin:

(i)

EUR 1 540 000 għall-Bulgarija;

(ii)

EUR 1 000 000 għall-Greċja;

(iii)

EUR 620 000 għall-Estonja;

(iv)

EUR 200 000 għall-Italja;

(v)

EUR 3 150 000 għal-Litwanja;

(vi)

EUR 1 620 000 għall-Ungerija;

(vii)

EUR 6 560 000 għall-Polonja;

(viii)

EUR 6 000 000 għar-Rumanija;

(ix)

EUR 800 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 400 000 għas-Slovakkja.

3.   L-ispejjeż massimi li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test seroloġiku

:

EUR 12 għal kull test;

(b)

għal test biex tiġi individwata t-tetraċiklina fl-għadam

:

EUR 12 għal kull test;

(c)

għal test fluworexxenti tal-antikorpi (FAT)

:

EUR 18 għal kull test;

(d)

għax-xiri tat-tilqima orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,60 għal kull doża;

(e)

għat-tqassim ta’ tilqim orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,35 għal kull doża;

4.   Minkejja l-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) u l-paragrafu 3, għall-parti tal-programmi tal-Litwanja u tal-Polonja li se jiġu implimentati barra mit-territorji ta’ dawn l-Istati Membri, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha:

(a)

tingħata biss għall-ispejjeż tax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;

(b)

tkun bir-rata ta’ 100 %; kif ukoll

(c)

ma taqbiżx:

(i)

EUR 1 260 000 għal-Litwanja;

(ii)

EUR 1 260 000 għall-Polonja.

5.   Il-massimu tal-ispejjeż li għandhom jiġu rimborżati għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4 għandu bħala medja ma jaqbiżx ix-xiri u t-tqassim tat-tilqim orali flimkien mal-lixki. EUR 0,95 għal kull doża;

KAPITOLU II

PROGRAMMI PLURIENNALI

Artikolu 12

Idrofobija

1.   It-tieni sena tal-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentat mill-Finlandja hija hawnhekk approvata għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013.

2.   It-tielet sena tal-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentat mill-Finlandja hija hawnhekk approvata għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni:

(a)

għandha tinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 5 għal kull annimal selvaġġ inkluż fil-kampjun;

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż li jridu jitħallsu minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għall-ispiża:

(i)

tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għall-individwazzjoni tal-antiġeni jew tal-antikorpi tal-idrofobija;

(ii)

għall-iżolament u l-karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija;

(iii)

għall-individwazzjoni tal-bijomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tat-tilqim;

(iv)

għax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;

(v)

għax-xiri u l-amministrazzjoni lill-annimali li jirgħu ta’ tilqim parenterali; kif ukoll

(c)

ma għandhiex taqbeż dan li ġej għas-sena 2013:

(i)

EUR 1 670 000 għal-Latvja;

(ii)

EUR 400 000 għall-Finlandja.

4.   L-ispejjeż massimi li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test seroloġiku

:

EUR 12 għal kull test;

(b)

għal test biex tiġi individwata t-tetraċiklina fl-għadam

:

EUR 12 għal kull test;

(c)

għal test fluworexxenti tal-antikorpi (FAT)

:

EUR 18 għal kull test;

(d)

għax-xiri tat-tilqima orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,60 għal kull doża;

(e)

għat-tqassim ta’ tilqim orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,35 għal kull doża;

5.   Minkejja l-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) u l-paragrafu 4, għall-partijiet tal-programmi pluriennali tal-Latvja u tal-Finlandja li se jiġu implimentati barra mit-territorji ta’ dawn l-Istati Membri, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha:

(a)

tingħata biss għall-ispejjeż tax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki;

(b)

tkun bir-rata ta’ 100 %; kif ukoll

(c)

għas-sena 2013, ma taqbiżx:

(i)

EUR 600 000 għal-Latvja;

(ii)

EUR 100 000 għall-Finlandja.

6.   L-ispejjeż massimi li jridu jiġu rimborżati għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 5 bħala medja ma għandhomx jaqbżu għax-xiri u t-tqassim tat-tilqima orali flimkien mal-lixki, EUR 0,95 għal kull doża.

KAPITOLU III

Artikolu 13

In-nefqa eliġibbli

1.   Mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni previsti fl-Artikoli 1 sa 12, in-nefqa eliġibbli koperta mill-miżuri msemmija f'dawk l-Artikoli għandha tkun limitata għan-nefqa stipulata fl-Anness.

2.   Huma biss l-ispejjeż involuti fit-twettiq tal-programmi annwali jew pluriennali msemmija fl-Artikoli minn 1 sa 12 u mħallsa qabel il-preżentazzjoni tar-rapport finali mill-Istati Membri li għandhom ikunu eliġibbli għal kofinanzjament permezz ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni.

3.   Sabiex jirċievu s-somma f'daqqa stabbilita fl-Artikoli minn 1 sa 12 fit-totalità tagħha, l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li huma ħallsu l-ispejjeż kollha involuti fit-twettiq tal-attività jew tat-test u li l-ebda spiża ma tħallset minn parti terza, għajr Awtorità Kompetenti. Jekk parti mill-ispejjeż tkun tħallset minn parti terza, l-Istati Membri għandhom jindikaw il-perċentwal jew il-proporzjon tal-ispejjeż totali li tħallsu minn dik il-parti terza. Is-somma f'daqqa mħallsa għandha titnaqqas skont dan.

4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, għall-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 11 u 12, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, għandha tħallas ħlas bil-quddiem li jammonta sa 60 % tal-ammont massimu speċifikat fi żmien it-tliet xhur mill-wasla tat-talba.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 14

1.   Il-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula u tal-prodotti meqruda għandu jingħata fi żmien 90 jum mid-data:

(a)

tal-qatla tal-annimal;

(b)

tal-qerda tal-prodotti; jew

(c)

tal-preżentazzjoni tal-formola tat-talba mimlija mis-sid.

2.   L-Artikolu 9(1), (2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (9) għandu japplika għall-ħlasijiet ta’ kumpens magħmula wara l-perjodu ta’ 90 jum imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 15

1.   In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tiġi espressa f'euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u t-taxxi l-oħra kollha.

2.   Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru tkun f'valuta li mhijiex l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f'euro billi japplika r-rata tal-kambju l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru.

Artikolu 16

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi annwali u pluriennali msemmija fl-Artikoli 1 sa 12 (“il-programmi”) għandha tingħata sakemm l-Istati Membri kkonċernati:

(a)

jimplimentaw il-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;

(b)

idaħħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi;

(c)

jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013, ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi, skont l-Artikolu 27(7)(a) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, li jkopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2013;

(d)

għall-programmi msemmija fl-Artikolu 8 biss, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi tal-investigazzjonijiet individwati waqt is-sorveljanza tagħhom tat-tjur u tal-għasafar selvaġġi permezz tas-sistema onlajn tal-Kummissjoni, kull sitt xhur, b'konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE (10);

(e)

jibagħtu lill-Kummissjoni rapport tekniku dettaljat annwali għall-programmi skont l-Artikolu 27(7)(b) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2014 dwar it-twettiq tekniku tal-programm ikkonċernat akkumpanjat minn provi li jiġġustifikaw l-ispejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati miksuba waqt il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013;

(f)

jimplimentaw il-programmi b'mod effiċjenti;

(g)

ma jressqux aktar talbiet għal kontribuzzjonijiet oħra mill-Unjoni għal dawk il-miżuri, u ma jkunux ressqu talbiet bħal dawn preċedentement.

2.   Fejn Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni wara li tkun qieset in-natura u l-gravità tal-ksur, kif ukoll it-telf finanzjarju għall-Unjoni.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 18

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013. Madankollu, għar-Repubblika tal-Kroazja, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ suġġetta għat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 19

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.

(2)   ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(3)   ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(4)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(5)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(6)   ĠU L 309, 25.11.2010, p. 18.

(7)   ĠU L 322, 6.12.2011, p. 11.

(8)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(9)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(10)   ĠU L 166, 1.7.2010, p. 22.


ANNESS

Nefqa eliġibbli msemmija fl-Artikolu 13(1)

In-nefqa eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 1 sa 12 u mhux koperta minn somma f’daqqa, għandha tkun limitata għall-ispejjeż imħallsa mill-Istati Membri għall-miżuri stabbiliti fil-punti minn 1 sa 6.

1.

Fit-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju:

(a)

ix-xiri ta’ kits għat-testijiet, reaġenti u l-konsumabbli identifikabbli kollha u użati speċjalment għat-twettiq tat-test tal-laboratorju;

(b)

il-persunal, ikun x’ikun l-istatus, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-testijiet fil-post tal-laboratorju; l-ispejjeż huma limitati għal salarji reali flimkien ma’ spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fir-remunerazzjoni), u

(c)

l-ispejjeż ġenerali li jammontaw għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija f’(a) u (b).

2.

Kumpens lis-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula:

Il-kumpens ma għandux jaqbeż il-valur tas-suq tal-annimal eżatt qabel ma dan ikun inqatel.

Għall-annimali maqtula, il-valur tal-irkupru, jekk dan iseħħ, jitnaqqas mill-kumpens.

3.

Kumpens lis-sidien għall-valur tat-tjur maqtula tagħhom u għal bajd meqrud:

Il-kumpens ma għandux jaqbeż il-valur tas-suq tat-tajra eżatt qabel ma tkun inqatlet jew tal-bajd eżatt qabel ma nqerdu.

Il-valur tal-irkupru għal bajd mhux inkubat ittrattat bis-sħana għandu jitnaqqas mill-kumpens.

4.

Ix-xiri u l-ħażna ta’ dożi ta’ tilqim u/jew tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali domestiċi u selvaġġi.

5.

L-amministrazzjoni tad-dożi ta’ tilqim għall-annimali domestiċi:

(a)

il-persunal, ikun x’ikun l-istatus, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-tilqim; l-ispejjeż huma limitati għall-onorarji mħallsa għal dan il-persunal jew għas-salarji reali tagħhom flimkien ma’ spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħra inklużi fir-rimunerazzjoni, u

(b)

it-tagħmir speċifiku u l-oġġetti konsumabbli identifikabbli u użati speċjalment għat-tilqim.

6.

Id-distribuzzjoni tat-tilqim flimkien mal-lixki għall-annimali selvaġġi:

(a)

it-trasport tat-tilqim flimkien mal-lixki;

(b)

l-ispejjeż għat-tqassim bl-ajru jew manwali tat-tilqim flimkien mal-lixki;

(c)

il-persunal, ikun x’ikun l-istatus, speċifikament allokat kompletament jew parzjalment għat-tqassim tal-lixki tal-vaċċini; l-ispejjeż huma limitati għas-salarji reali tagħhom flimkien ma’ spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħra inklużi fir-rimunerazzjoni.


Top