This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0735
2012/735/EU: Council Decision of 31 May 2012 on the signing, on behalf of the Union, and provisional application of the Trade Agreement between the European Union and its Member States, of the one part, and Colombia and Peru, of the other part
2012/735/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra
2012/735/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 31 ta’ Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra
ĠU L 354, 21.12.2012, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/735/oj
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 354/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-31 ta’ Mejju 2012
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra
(2012/735/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 91, l-Artikolu 100(2) l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fid-19 ta’ Jannar 2009, il-Kunsill awtorizza l-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim dwar il-kummerċ multipartitiku f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha mal-Pajjiżi Membri tal-Komunità Andina li kellhom l-istess objettiv li jilħqu ftehim ambizzjuż, komprensiv u bilanċjat. |
(2) |
Dawk in-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (minn issa ’l quddiem “il-Ftehim”) kien inizjalat fit-23 ta’ Marzu 2011. |
(3) |
L-Artikolu 330(3) tal-Ftehim jipprevedi l-applikazzjoni proviżorja tiegħu. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jkun iffirmat f’isem l-Unjoni u applikat fuq bażi proviżorja, pendenti l-kompletament tal-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. |
(5) |
Il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet tal-investituri tal-Istati Membri tal-Unjoni milli jibbenefikaw minn kwalunkwe trattament aktar favorevoli previst fi kwalunkwe ftehim marbut mal-investiment li għalih Stat Membru Pajjiż Andin firmatarju huma parti. |
(6) |
L-applikazzjoni proviżorja prevista f’din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha f’konformità mat-Trattati. |
(7) |
Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat, huwa f’loku li l-Kunsill jawtorizza l-Kummissjoni tapprova ċerti modifiki limitati għall-Ftehim rigward indikazzjonijiet ġeografiċi li jiġu adottati mill-Kumitat Kummerċjali, kif propost mis-Subkumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali skont l-Artikolu 209(2) tal-Ftehim. |
(8) |
Huwa f’loku li jiġu stabbiliti l-proċeduri rilevanti biex jitħarsu dawk l-indikazzjonijiet ġeografiċi li huma protetti skont il-Ftehim. |
(9) |
Il-Ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala wieħed li jagħti xi drittijiet jew li jimponi xi obbligi li jistgħu jitqajmu direttament fil-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) mogħtija s-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni soġġett.
Artikolu 3
1. Il-Ftehim, b’eċċezzjoni għall-Artikoli 2, 202(1), 291 u 292 tiegħu, għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-Unjoni kif previst fl-Artikolu 330(3) tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
2. Sabiex jiddetermina d-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim, il-Kunsill għandu jiffissa d-data sa liema n-notifika msemmija fl-Artikolu 330(3) tiegħu għandha tintbagħat lill-Kolombja u lill-Peru. Dik in-notifika għandha tinkludi referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet li m’għandhomx jiġu applikati proviżorjament.
3. Id-data minn meta l-Ftehim ser jiġi applikat proviżorjament għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
Artikolu 4
Għall-finijiet tal-Artikolu 209(2) tal-Ftehim, modifiki tal-Ftehim rigward indikazzjonijiet ġeografiċi li jiġu adottati mill-Kumitat tal-Kummerċ kif proposti mis-Subkumitat dwar il-Proprjetà Intellettwali, għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni. Fejn xi partijiet interessati ma jirnexxilhomx jilħqu qbil wara oġġezzjonijiet marbuta ma’ xi indikazzjoni ġeografika, il-Kummissjoni għandha tadotta tali pożizzjoni abbażi tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1).
Artikolu 5
1. Kull operatur li jikkummerċjalizza prodotti agrikoli, tal-ikel, inbejjed, inbejjed u spirti aromatiċi li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni korrispondenti jista’ juża isem protett skont l-Appendiċi 1 tal-Anness XIII (Listi tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi) tal-Ftehim.
2. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinfurzaw il-protezzjoni prevista fl-Artikolu 210 tal-Ftehim, inkluż fuq talba minn parti interessata.
Artikolu 6
Id-dispożizzjoni applikabbli għall-finijiet tal-adozzjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni neċessarji għall-applikazzjoni tar-regoli li jinsabu fl-Appendiċi 2A u l-Appendiċi 5 tal-Anness II li jikkonċerna d-Definizzjoni tal-Kunċett ta “Prodotti li Joriġinaw” u l-Metodi ta’ Kooperazzjoni Amminsitrattiva, u l-Appendiċi 1 tal-Anness I li jikkonċerna t-Tneħħija tad-Dazji Doganali tal-Ftehim huwa l-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).
Artikolu 7
Il-ftehim ma għandux jiġi interpretat bħala wieħed li jagħti xi drittijiet jew li jimponi xi obbligi li jistgħu jitqajmu direttament fil-qrati u t-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar li tiġi adottata.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
P. OLSEN DYHR
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.