EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0725

2012/725/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta’ Novembru 2012 li tawtorizza il-kummerċjalizzazzjoni tal-lattoferrina bovina bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Morinaga) (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8390)

ĠU L 327, 27.11.2012, p. 46–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/04/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/725/oj

27.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/46


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Novembru 2012

li tawtorizza il-kummerċjalizzazzjoni tal-lattoferrina bovina bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Morinaga)

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8390)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(2012/725/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Marzu 2011 il-kumpanija Morinaga Milk Industry Co. Ltd. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed il-lattoferrina bovina fis-suq bħala ingredjent ġdid tal-ikel. Il-lattoferrina bovina hija proteina mill-ħalib li magħha iżomm il-ħadid li tiġi miżjuda mal-ikel.

(2)

Fit-22 ta’ Ġunju 2011, il-korp kompetenti Irlandiż għall-analiżi tal-ikel ħareġ ir-rapport preliminari ta’ analiżi tiegħu. F’dan ir-rapport huma rrakkomandaw li minflok ma titwettaq valutazzjoni inizjali kienet meħtieġa evalwazzjoni addizzjonali, għaliex diġà ġiet irreferuta applikazzjoni oħra dwar il-lattoferrina bovina lill-EFSA.

(3)

Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport preliminari ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fl-20 ta’ Lulju 2011.

(4)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) ġiet ikkonsultata fit-22 ta’ Awwissu 2011.

(5)

Fit-28 ta’ Ġunju 2012 fl-“Opinjoni xjentifika dwar il-lattoferrina bovina” tagħha (2) l-EFSA waslet għall-konklużjoni li l-lattoferrina bovina hija sikura fir-rigward tal-użijiet proposti u l-livelli tal-użu.

(6)

Fit-27 ta’ April 2012 f’“Opinjoni xjentifika dwar il-lattoferrina bovina” oħra (3) l-EFSA waslet għall-konklużjoni li l-lattoferrina hija sikura skont l-użijiet proposti u l-livelli tal-użu. Għalhekk jidher xieraq li jiġu awtorizzati l-istess użijiet għaż-żewġ applikazzjonijiet.

(7)

Il-lattoferrina bovina tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lattoferrina bovina kif speċifikat fl-Anness I tista’ titqiegħed fis-suq bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użijiet iddefiniti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II, u bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u d-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

Artikolu 2

Id-deżinjazzjoni għal-lattoferrina bovina awtorizzata minn din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “lattoferrina bovina” jew “lattoferrina mill-ħalib tal-baqar”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Morinaga Milk Industry Co., Ltd, 33-1, Shiba 3-chome, Minato-ku, Tokyo 108-8384, Japan.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Maroš ŠEFČOVIČ

Viċi President


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2012; 10(7): 2811.

(3)  EFSA Journal 2012; 10(5): 2701.

(4)  ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.

(5)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21.


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-LATTOFERRINA BOVINA

Definizzjoni

Il-lattoferrina bovina (bLF) hija proteina li tokkorri b’mod naturali fil-ħalib tal-baqar. Din hija glikoproteina li magħha żżomm il-ħadid ta’ madwar 77 kDa u tikkonsisti f’katina unika ta’ polipeptidi ta’ 689 aċidi amminiċi.

Il-bLF hija iżolata mill-ħalib xkumat permezz ta’ skambju joniku u stadji sussegwenti ta’ ultrafiltrazzjoni. Fl-aħħarnett tiġi mnixxfa bl-isprejjar u jintgħarblu l-partikoli kbar.

Id-deskrizzjoni: Trab fir-roża ċar prattikament bla riħa

Proprjetajiet fiżiko-kimiċi tal-lattoferrina bovina

Umdità

inqas minn 4,5 %

Irmied

inqas minn 1,5 %

Arseniku

inqas minn 2 kg/kg

Ħadid

inqas minn 350 mg/kg

Proteini

aktar minn 93,0 %

li minnhom lattoferrina bovina

aktar minn 95,0 %

li minnhom proteini oħrajn

inqas minn 5,0 %

PH (2 % ta’ soluzzjoni, 20 °C)

5,2 sa 7,2

Is-solubbiltà (2 % ta’ soluzzjoni, 20 o)

kompluta


ANNESS II

L-UŻIJIET TAL-LATTOFERRINA BOVINA (bLF)

Kategorija tal-ikel

L-livelli massimi tal-użu tal-bLF

Formuli tal-ħalib tat-trabi u formuli tal-ħalib tat-trabi ta’ prosegwiment (lesti biex jiġu kkunsmati)

100 mg/100 ml

Ikel fuq bażi tal-ħalib maħsub għal tfal żgħar (lest biex jiġi kkunsmat)

200 mg/100 g

Ikel taċ-ċereali pproċessat (solidu)

670 mg/100 g

Ikel għal skopijiet mediċi speċjali

Skont il-bżonnijiet tal-individwu sa 3 g/kuljum

Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib

200 mg/100 g

Taħlitiet ta’ xorb f’forma ta’ trab ibbażati fuq il-ħalib (lesti għax-xorb)

330 mg/100 g

Xarbiet ibbażati fuq il-ħalib iffermentat (inklużi xarbiet tal-jogurt)

50 mg/100 g

Xorb mhux alkoħoliku

120 mg/100 g

Prodotti bbażati fuq il-jogurt

80 mg/100 g

Prodotti bbażati fuq il-ġobon

2 000  mg/100 g

Ġelat

130 mg/100 g

Kejkijiet u ikel tal-għaġina

1 000  mg/100 g

Konfettura

750 mg/100 g

Ċuwingamm

3 000  mg/100 g


Top