EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0720

2012/720/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali (notifikata bid-dokument numru C(2012) 8054) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 326, 24.11.2012, p. 25–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2017; Imħassar b' 32017D1215

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/720/oj

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 326/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Novembru 2012

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8054)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2012/720/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

(3)

Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali” għandu jinkludi deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti li jkunu ta’ komponent wieħed jew ta’ komponenti multipli, kif ukoll aġenti għat-tlaħliħ u għat-tixrib minn qabel, maħsubin għall-użu f’magni tal-ħasil tal-platti professjonali.

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-grupp ta’ prodotti: deterġenti għall-magni awtomatiċi tal-ħasil tal-platti għall-konsumatur, deterġenti maħsubin għall-użu f’magni għall-ħasil ta’ tagħmir mediku, jew magni speċjali għall-ħasil tat-tagħmir industrijali, inkluż f’magni speċjali għall-industrija tal-ikel.

L-isprejs li ma jkunux iddożati b’pompi awtomatiċi huma esklużi minn dan il-grupp ta’ prodotti.

Artikolu 2

Sabiex tingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa deterġent għall-magna awtomatika tal-ħasil tal-platti għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, u għandu jikkonforma mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom kif stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali” għandu jkun “038”.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.


ANNESS

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji jimmiraw, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li jkollhom impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi, li jinkludu ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi, u li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet ittestjata.

KRITERJI

Ġew stabbiliti kriterji għal kull wieħed minn dawn l-aspetti:

1.

Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

2.

Bijodegradabbiltà

3.

Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

4.

Rekwiżiti ta’ imballaġġ

5.

Prestazzjoni tal-ħasil (idonejtà għall-użu)

6.

Sistemi ta’ ddożar awtomatiku

7.

Informazzjoni għall-utenti — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

(1)   Valutazzjoni u verifika

(a)   Rekwiżiti

Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati għal kull kriterju.

Meta jkun meħtieġ li l-applikant jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet, jew evidenza oħra sabiex juri l-konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tiegħu, u/jew minn fornitur/i oħra eċċ, kif xieraq.

Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti.

Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għall kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

L-Appendiċi I jirreferi għall-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID) li tinkludi s-sustanzi l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tas-sustanzi. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

(b)   Livelli limitu tal-kejl

Il-konformità mal-kriterji ekoloġiċi hija meħtieġa għas-sustanzi li jiżdiedu intenzjonalment, kif ukoll għall-prodotti sekondarji u għall-impuritajiet mill-materja prima li l-konċentrazzjoni tagħhom tkun ta’ 0,010 % tal-piż tal-formulazzjoni aħħarija jew taqbeż dan l-ammont.

Għall-bijoċidi u l-aġenti koloranti, il-konformità mal-kriterji tibqa’ meħtieġa irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom.

Is-sustanzi li jilħqu l-limitu massimu kif imsemmi hawn fuq, jissemmew minn hawn ’il quddiem bħala “Sustanzi mdaħħla”.

(2)   Unità funzjonali

L-unità funzjonali għal dan il-grupp ta’ prodotti għandha tiġi espressa fi g/l ta’ soluzzjoni għall-ħasil (grammi għal kull litru ta’ soluzzjoni għall-ħasil).

Rekwiżiti marbutin mal-valutazzjoni u l-verifika tal-unità funzjonali:

 

Il-formulazzjoni sħiħa, li tindika l-isem kummerċjali, l-isem kimiku, in-numru tal-CAS, in-numru DID (*), il-kwantità li tiddaħħal bl-inklużjoni u bl-esklużjoni tal-ilma, u l-funzjoni u l-forma tal-ingredjenti kollha mdaħħla (irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom) fil-prodott, għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti. Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat b’kampjun tax-xogħol grafiku, inklużi r-rakkomandazzjonijiet rigward id-dożaġġ.

 

Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat bi skedi tad-dejta dwar is-sikurezza għal kull ingredjent li jiddaħħal skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-Partijiet A u B tal-lista DID huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE:

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_a_en.pdf

 

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/did_list/didlist_part_b_en.pdf

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 —   Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

Il-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDVkroniku) ta’ sistema ta’ komponent wieħed jew ta’ komponenti multipli ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin (fl-ogħla doża rakkomandata):

CDV fl-ogħla doża rakkomandata

Artab

Medju

Iebes

Tip ta’ prodott

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Aġenti għat-tixrib minn qabel

2 000

2 000

2 000

Deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti

3 000

5 000

10 000

Sistema ta’ komponenti multipli

3 000

4 000

7 000

Aġenti għat-tlaħliħ

3 000

3 000

3 000

Il-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDVkroniku) huwa kkalkulat għas-sustanzi mdaħħla kollha (i) fil-prodott, bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Formula

Fejn:

piż

=

il-piż tas-sustanza li tiddaħħal għal kull doża rakkomandata

DF

=

il-fattur ta’ degradazzjoni

TF

=

il-fattur tat-tossiċità kronika tas-sustanza kif iddikjarat fil-lista DID.

Il-bijoċidi u l-aġenti koloranti preżenti fil-prodott għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kalkolu tas-CDV anke jekk il-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0,010 % (100 ppm).

Minħabba d-degradazzjoni tas-sustanzi fil-proċess tal-ħasil, japplikaw regoli separati għas-sustanzi li ġejjin:

Perossidu tal-idroġenu (H2O2) — m’għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tas-CDV

Aċtu peraċetiku — għandu jiġi inkluż fil-kalkolu bħala aċtu aċetiku.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tas-CDVkroniku tal-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għall-kalkolu tal-valur tas-CDV.

Il-valuri tal-parametri DF u TF għandhom ikunu kif mogħtija fil-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID). Jekk is-sustanza ma tinstabx fil-lista DID, il-parametri għandhom ikunu kkalkulati bl-użu tal-linji gwida fil-parti B tal-lista DID u għandha tiġi annessa d-dokumentazzjoni assoċjata.

Kriterju 2 —   Bijodegradabbiltà

(a)   Bijodegradabbiltà ta’ aġenti tensjoattivi

L-aġenti kollha tensjoattivi għandhom ikunu bijodegradabbli f’kundizzjonijiet aerobiċi u anaerobiċi.

(b)   Bijodegradabbiltà tas-sustanzi organiċi

Il-kontenut tas-sustanzi organiċi kollha fil-prodott li huma aerobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli malajr) (aNBO), u/jew anaerobikament mhux bijodegradabbli (anNBO), ma għandhomx jaqbżu l-limiti li ġejjin:

aNBO

Tip ta’ prodott

(g/l soluzzjoni għall-ħasil)

Artab

Medju

Iebes

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Aġenti għat-tixrib minn qabel

0,4

0,4

0,4

Deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti/Sistema ta’ komponenti multipli

0,4

0,4

0,4

Aġenti għat-tlaħliħ

0,04

0,04

0,04


anNBO

Tip ta’ prodott

(g/l soluzzjoni għall-ħasil)

Artab

Medju

Iebes

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Aġenti għat-tixrib minn qabel

0,4

0,4

0,4

Deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti/Sistema ta’ komponenti multipli

0,6

1,0

1,5

Aġenti għat-tlaħliħ

0,04

0,04

0,04

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni għad-degradabbiltà tal-aġenti tensjoattivi, kif ukoll għall-kalkolu tal-aNBO u tal-anNBO għall-prodott. Spreadsheet għall-użu fil-kalkolu tal-valuri tal-aNBO u tal-anNBO hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għall-aġenti tensjoattivi kif ukoll għall-valuri aNBO u anNBO, għandha ssir referenza għal-lista tad-DID. Għas-sustanzi mdaħħla li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mid-dokumentazzjoni jew sorsi oħra, jew inkella għandhom jiġu pprovduti riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li huma aerobikament u anaerobikament bijodegradabbli, kif inhu deskritt fl-Appendiċi I.

Innota li t-TAED għandu jitqies bħala anaerobikament bijodegradabbli.

Fin-nuqqas ta’ dokumentazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq, sustanza li ma tkunx aġent tensjoattiv tista’ tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ degradabbiltà anaerobika jekk tiġi sodisfatta waħda minn dawn it-tliet alternattivi:

1.

Hija faċilment degradabbli u jkollha livell ta’ adsorbiment baxx (A < 25 %); jew

2.

Hija faċilment degradabbli u jkollha livell ta’ desorbiment għoli (D < 75 %); jew

3.

Hija faċilment degradabbli u mhijiex bijoakkumulattiva.

L-ittestjar għall-adsorbiment/desorbiment jista’ jsir skont il-linjigwida tal-OECD nru 106.

Kriterju 3 —   Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

(a)   Sustanzi mdaħħla esklużi speċifikati

Is-sustanzi mdaħħla li ġejjin ma għandhomx ikunu inklużi fil-prodott, la bħala parti mill-formulazzjoni u lanqas bħala parti minn kwalunkwe taħlita inkluża fil-formulazzjoni:

EDTA (tetraaċetat tal-etilendiammina)

Fwejjaħ

Komposti reattivi tal-kloru

APEO (alkilfenoletossilati) u APD (alkilfenoli u d-derivati tagħhom)

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità kompluta u ffirmata.

(b)   Sustanzi u taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux/ma għandhiex jinkludi/tinkludi sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (3), u lanqas ma għandu/ma għandha jinkludi/tinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Il-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn taħt ġeneralment jirreferu għas-sustanzi. Madankollu, jekk ma tistax tinkiseb informazzjoni dwar is-sustanzi, japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu:

Dikjarazzjoni ta’ periklu (4)

Frażi ta’ riskju (5)

H300 Fatali jekk jinbela’

R28

H301 Tossiku jekk jinbela’

R25

H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R27

H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jiġi inalat

R23/26

H331 Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista’ jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R61

H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/61/60-61

H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R60/63

H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx

R62-63

H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa

R64

H370 Jikkawża ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/25/24/23

H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul

R52-53

H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku

R29

EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku

R31

EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna

R32

EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn

R39-41

Sustanzi sensitizzanti

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

Innota li dan il-kriterju japplika wkoll għal prodotti ta’ degradazzjoni magħrufa, bħall-formaldeid mir-rilaxxaturi tal-formaldeid.

Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jew jgħaddu minn modifika kimika li tneħħi l-periklu li kien ġie identifikat qabel) huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Il-prodott aħħari ma għandux jiġi ttikkettat skont id-dikjarazzjonijiet ta’ riskju ta’ hawn fuq.

Derogi

Is-sustanzi li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:

Aġenti tensjoattivi

< 15 % fil-prodott aħħari

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Bijoċidi użati għal skopijiet ta’ preżervazzjoni (**)

(biss għal likwidi b’pH ta’ bejn 2 u 12, u b’massimu ta’ 0,10 % w/w tal-materja attiva)

H331: Tossiku jekk jiġi inalat

R23

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

Enżimi (***)

H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat

R42

H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda

R43

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50

NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA (****)

H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu juri l-konformità ma’ dan il-kriterju billi jipprovdi dikjarazzjoni dwar il-fatt li kull sustanza mdaħħla mhijiex ikklassifikata fi kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu marbutin mad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, safejn dan jista’ jiġi ddeterminat, bħala minimu, mill-informazzjoni li tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b’informazzjoni miġbura fil-qosor dwar il-karatteristiċi relevanti marbutin mad-dikjarazzjonijiet ta’ riskju msemmija fil-lista ta’ hawn fuq, b’livell ta’ dettall kif speċifikat fit-taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għall-Komplilazzjoni ta’ Folji ta’ Dejta tas-Sikurezza).

L-informazzjoni dwar proprjetajiet intrinsiċi tas-sustanzi tista’ tiġi ġġenerata b’mezz ieħor flok it-testijiet, bħal bl-użu ta’ metodi alternattivi, bħal metodi in vitro, b’mudelli ta’ attività ta’ struttura kwantitattivi, jew bl-użu ta’ ggruppar jew qari inkroċjat skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Titħeġġeġ bil-qawwi l-kondiviżjoni tad-dejta relevanti.

L-informazzjoni pprovduta għandha tirrelata mal-forom jew mal-istati fiżiċi tas-sustanza jew tat-taħlitiet kif użati fil-prodott aħħari.

Għas-sustanzi elenkati fl-Annessi IV u V tar-REACH, eżentati mill-obbligi ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 REACH, dikjarazzjoni b’dan l-għan tkun biżżejjed biex tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati hawn fuq.

(c)   Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 %.

Valutazzjoni u verifika: Il-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab hawn: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. L-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal jew kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew it-taħlitiet.

(d)   Ingredjenti limitati speċifikati — Bijoċidi

(i)

Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq biss għal dan l-iskop. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ jkollhom ukoll karatteristiċi bijoċidali.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-bijoċidi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġ għall-preservazzjoni tal-prodott.

(ii)

Huwa pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi jew ikollu effett diżinfettanti.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti.

(iii)

Il-prodott jista’ jinkludi bijoċidi sakemm ma jkunux bijoakkumulattivi. Bijoċida ma titqiesx bijoakkumulattiva jekk BCF < 100 jew logKow < 3,0. Jekk kemm il-valur BCF kif ukoll il-valur logKow huma disponibbli, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe bijoċida miżjuda, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-valuri BCF u/jew logKow tagħhom.

(e)   Aġenti koloranti

L-aġenti koloranti permessi fil-prodott ma għandhomx ikunu bijoakkumulattivi. Fil-każ ta’ aġenti koloranti li huma approvati għall-użu fl-oġġetti tal-ikel, mhux meħtieġ li titressaq dokumentazzjoni dwar il-potenzjal ta’ bijoakkumulazzjoni. Aġent koloranti jitqies bijoakkumulattiv jekk BCF < 100 jew logKow < 3,0. Jekk kemm il-valur BCF kif ukoll il-valur logKow huma disponibbli, għandu jintuża l-ogħla valur BCF imkejjel.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-folji ta’ dejta tas-sikurezza tal-aġenti koloranti, jew dokumentazzjoni li tiżgura li l-aġent koloranti huwa approvat għall-użu f’oġġetti tal-ikel.

(f)   Enżimi

L-enżimi għandhom ikunu f’forma likwida, jew f’forma granulata mingħajr trab. L-enżimi għandhom ikunu ħielsa mill-fdalijiet ta’ mikroorganiżmi mill-manifattura.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-folji ta’ dejta tas-sikurezza tal-materja fir-rigward ta’ kull enżima miżjuda, flimkien ma’ dokumentazzjoni li tiżgura li l-enżima hija ħielsa minn fdalijiet ta’ mikroorganiżmi.

(g)   Fosfru

Il-kwantità totali tal-fosfati u ta’ komposti oħra bil-fosfru ma għandhiex taqbeż il-limiti tal-valuri speċifikati fit-tabella, ikkalkulati fi grammi ta’ fosfru għal kull litru tal-ilma.

L-ogħla doża rrakkomandata għandha tintuża għall-kalkolu tal-fosfru.

Tip ta’ prodott

Fosfru (g P/l ilma)

Artab

Medju

Iebes

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Aġenti għat-tixrib minn qabel

0,08

0,08

0,08

Deterġenti

0,15

0,30

0,50

Aġenti għat-tlaħliħ

0,02

0,02

0,02

Sistema ta’ komponenti multipli

0,17

0,32

0,52

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tiżgura li l-limitu fit-tabella ta’ hawn fuq jiġi ssodisfat.

Kriterju 4 —   Rekwiżiti ta’ imballaġġ

(a)   Proporzjon piż/utilità (‘weight/utility ratio’, WUR)

Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:

Tip ta’ prodott

WUR

0-6 °dH

7-13 °dH

> 14 °dH

Trab [g/l soluzzjoni għall-ħasil]

0,8

1,4

2,0

Likwidi [g/l soluzzjoni għall-ħasil]

1,0

1,8

2,5

Il-WUR għandu jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju (inklużi kuperċijiet (“caps”)), tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) bl-użu tal-formula ta’ hawn taħt:

Formula

Fejn:

Wi

=

il-piż (gm) tal-komponent tal-imballaġġ (i) inkluża t-tabella jekk applikabbli.

Ui

=

il-piż (gm) ta’ materjal (verġni) mhux riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ ikun 0 %, Ui = Wi.

Di

=

l-għadd ta’ unitajiet funzjonali li jkun hemm fil-komponent tal-imballaġġ (i). L-unità funzjonali = id-dożaġġ fi g/l ta’ soluzzjoni għall-ħasil

ri

=

il-figura tar-riċiklaġġ, i.e. l-għadd ta’ drabi li l-komponent tal-imballaġġ (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra. r = 1, jekk l-imballaġġ ma jerġax jintuża għall-istess għan. Jekk l-imballaġġ jerġa’ jintuża, r tiġi ssettjata għal 1 sakemm l-applikant ma jkunx jista’ jiddokumenta ċifra ogħla.

Eċċezzjonijiet

Imballaġġ tal-plastik/karti/kartun li jkun fih aktar minn 80 % materjal riċiklat jew iktar minn 80 % plastik minn oriġini rinovvabbli, huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit.

L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur. Fejn il-materja prima tkun skart industrijali mill-proċess tal-produzzjoni tal-manifattur tal-materjal stess, il-materjal ma jitqiesx bħala riċiklat.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkolu tal-WUR tal-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni kompluta u ffirmata għall-kontenut ta’ materjal riċiklat jew ta’ materjal ta’ oriġini rinnovabbli inklużi fl-imballaġġ. Għall-approvazzjoni ta’ imballaġġ għal milja oħra, l-applikant u/jew il-bejjiegħ għandu jiddokumenta li l-materjal għal milja oħra se jkun/huwa disponibbli għax-xiri fis-suq.

(b)   Imballaġġ tal-plastik

Fl-imballaġġ tal-plastik jistgħu jintużaw biss dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 3(b) (u kombinazzjonijiet relatati).

Sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-partijiet differenti tal-imballaġġ għar-riċiklaġġ, il-partijiet tal-plastik fl-imballaġġ primarju għandhom ikunu mmarkati skont DIN 6120, il-Parti 2 jew l-ekwivalenti tagħhom. Il-kuperċijiet u l-pompi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.

Kriterju 5 —   Prestazzjoni tal-ħasil (idonejtà għall-użu)

Il-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-prodott għandhom ikunu sodisfaċenti. Il-prodott għandu jilħaq ir-rekwiżiti għat-test tal-utenti jew għall-ittestjar intern, skont l-Appendiċi II.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jissottometti rapport iddettaljat tat-testijiet lill-Korp Kompetenti, inkluża informazzjoni jew dokumentazzjoni. Ara l-Appendiċi II.

Kriterju 6 —   Sistemi ta’ ddożar awtomatiku

Is-sistemi ta’ komponenti multipli għandhom jiġu offruti flimkien ma’ sistema ta’ ddożar awtomatiku u kkontrollat.

Sabiex jiġi żgurat dożaġġ korrett fis-sistemi ta’ ddożar awtomatiku, iż-żjarat tal-klijenti għandhom jiġu inkorporati bħala rutina normali għall-manifatturi u għall-fornituri. Dawn iż-żjarat tal-klijenti jsiru fil-binjiet kollha tal-manifatturi u tal-fornituri tal-anqas darba fis-sena matul il-perjodu tal-liċenzja; għandhom jinkludu kalibrazzjoni tal-apparat għall-iddożar. Barra minn hekk, parti terzi tista’ tagħmel żjarat tal-klijenti.

F’każijiet eċċezzjonali, iż-żjarat tal-klijenti jistgħu ma jsirux jekk id-distanza u l-metodu ta’ twassil irendu ż-żjara mhux prattikabbli.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni miktuba ta’ responsabbiltà għaż-żjarat tal-klijenti, kif ukoll għall-frekwenza u l-kontenut tagħhom.

Kriterju 7 —   Informazzjoni għall-utent — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

(a)   Informazzjoni fuq l-imballaġġ/folja ta’ informazzjoni dwar il-prodott

Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għandhom jidhru fuq l-imballaġġ, u/jew fuq folju ta’ informazzjoni dwar il-prodott jew ekwivalenti.

Id-doża skont il-grad ta’ ħmieġ u skont l-ebusija tal-ilma. Segwi l-istruzzjonijiet tal-iddożar

Jekk tuża dan il-prodott bl-Ekotikketta tal-UE skont l-istruzzjonijiet dwar l-iddożar, se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, u għat-tnaqqis tal-produzzjoni tal-iskart.

(b)   Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Il-logo għandu jkun viżibbli u għandu jkun leġibbli. L-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE huwa protett fil-liġi ewlenija tal-UE. In-numru ta’ reġistrazzjoni/liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE għandu jidher fuq il-prodott, għandu jinqara u għandu jkun ċarament viżibbli.

It-tikketta fakultattiva b’kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej:

Impatt imnaqqas fuq ekosistemi akkwatiċi

Sustanzi perikolużi limitati

Prestazzjoni ttestjata.

Il-linjigwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jinsabu fil-“Guidelines for use of the Ecolabel logo (“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta”) fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika (a-b): l-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott u/jew folja tal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Id-dikjarazzjonijiet tal-prodott għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ rapporti xierqa tat-testijiet.


(*)  In-numru DID hu n-numru tal-ingredjent li jiddaħħal fuq il-lista DID (lista tal-“Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti”), u jintuża biex tiġi ddeterminata l-konformità mal-Kriterji 1 u 2.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(5)  Id-Direttiva 67/548/KEE b’aġġustament għar-REACH skont id-Direttiva 2006/121/KE u d-Direttiva 1999/45/KE kif emendati.

(**)  Deroga mill-kriterju 3(b) biss. Il-bijoċidi għandhom jikkonformaw mal-kriterju 3(d).

(***)  Inklużi l-istabbilizzaturi u kull sustanza awżiljari oħra fil-preparazzjonijiet

(****)  F’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %

Appendiċi I

Lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID)

Il-lista DID (il-parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tas-sustanzi mdaħħla tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE.

Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:

Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:

 

Tossiċità akuta

Tossiċità kronika

Degradazzjoni

Sustanza li tiddaħħal

LC50/EC50

SF(akut)

TF(akut)

NOEC (*)

SF(kroniku)

TF(kroniku)

DF

Aerobiku

Anaerobiku

“Isem”

1  mg/l

10 000

0,0001

 

 

0,0001

1

P

N

Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabbiltà faċli

Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabbiltà faċli:

(1)

Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta Diċembru 2010 sal-1 ta Diċembru 2015:

 

Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità faċli pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 ta’ dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom.

 

Il-prinċipju tal-perjodu ta’ 10 ijiem ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fl-Anness V.C4-A u C4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet OECD 301 A u E ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO), u għandhom ikunu 60 % għat-testijiet C4-C, D, E u F (u t-testijiet OECD 301 B, C, D u F ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO).

(2)

Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:

Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Dokumentazzjoni tal-bijodegradabbiltà anaerobika

It-test ta’ referenza għad-degradabbiltà anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabbiltà finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabbiltà finali.

Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID

Meta s-sustanzi mdaħħla ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabbiltà anaerobika:

(1)

Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabbiltà anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati b’mod strutturali. Meta l-bijodegradabbiltà anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u bijodegradabbiltà anaerobika simili tista’ titqies ukoll li teżisti għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabbiltà anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabbiltà anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabbiltà anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju oħra li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili).

(2)

Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabbiltà anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.

(3)

Wettaq test ta’ degradabbiltà b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’ 14C jew b’analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġi baxxi jista’ jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.


(*)  Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika, dawn il-kolonni jitħallew vojta. F’dak il-każ, it-TF(kroniku) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(akut).

Appendiċi II

Prestazzjoni tal-ħasil (idonejtà għall-użu)

(a)   Ittestjar intern

Il-laboratorju tal-ittestjar tal-manifattur jista’ jiġi approvat biex iwettaq ittestjar bil-ħsieb li jiddokumenta l-effiċjenza tal-prodott jekk jintlaħqu r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

Għandu jkun possibbli li l-organizzazzjonijiet tal-ekotikkettar jimmonitorjaw il-prestazzjoni tal-ittestjar

L-organizzazzjoni tal-ekotikkettar għandu jkollha aċċess għad-dejta kollha dwar il-prodott

Il-prestazzjoni tat-test tal-effettività għandha tiġi deskritta fis-sistema ta’ kontroll tal-kwalità.

L-applikant għandu jressaq dokumentazzjoni li tagħti evidenza li l-prodott ġie ttestjat f’kundizzjonjiet realistiċi:

(a)

Platti mħammġin b’tikek li huma rappreżentattivi tat-tip ta’ ħmieġ mistenni fl-oqsma fejn il-prodotti se jkunu kkummerċjalizzati.

(b)

Dożaġġ rakkomandat u bl-ebusija tal-ilma korrispondenti, bl-inqas temperatura rakkomandata tal-ħasil.

L-applikant għandu jressaq dokumentazzjoni li tagħti evidenza ta’:

Il-kapaċità tal-prodott biex ineħħi l-ħmieġ minn fuq il-platti.

Il-kapaċità tal-prodott biex inixxef il-platti.

Il-prodott ta’ ttestjar għandu jiġi ttestjat kontra prodott ta’ referenza. Il-prodott ta’ referenza jista’ jkun prodott stabbilit sew fis-suq, u l-prodott ittestjat għandu jkun effettiv tal-anqas daqs dak ta’ referenza.

(b)   Test tal-utenti

1.

Għandhom jinkisbu risposti minn tal-anqas 5 ċentri tal-ittestjar li jirrappreżentaw firxa aleatorja ta’ konsumaturi.

2.

Il-proċedura u l-iddożar għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

3.

Il-perjodu tal-ittestjar għandu jdum tal-anqas 4 ġimgħat, b’tal-anqas 400 ċikli ta’ ttestjar.

4.

Kull ċentru tal-ittestjar għandu jivvaluta l-effettività tal-prodott jew tas-sistema ta’ komponenti multipli billi jwieġbu mistoqsijiet marbutin mal-aspetti li ġejjin (jew formulazzjonijiet simili):

Il-kapaċità tal-prodott biex ineħħi l-ħmieġ minn fuq il-platti.

Il-kapaċità tal-prodott biex inixxef il-platti.

Is-sodisfazzjon ta’ dawk li jwieġbu mal-arranġamenti dwar iż-żjarat tal-klijenti.

5.

Ir-risposta għandu tiġi kklassifikata fuq skala ta’ mill-inqas 3 livelli, pereżempju, “mhux effettiv biżżejjed”, “effettiv biżżejjed” jew “effettiv ħafna”. F’dak li jirrigwarda l-livell ta’ sodisfazzjon taċ-ċentru tal-ittestjar mal-arranġamenti għaż-żjarat u r-rappurtar, il-kategoriji għandhom ikunu “mhux sodisfatt”, “sodisfatt” u “sodisfatt ħafna”.

6.

Tal-anqas 80 % għandhom jikklassifikaw il-prodott bħala effettiv biżżejjed jew effettiv ħafna fir-rigward tal-punti kollha (ara l-punt 4), u għandhom ikunu sodisfatti jew sodisfatti ħafna bl-arranġamenti taż-żjara tal-konsumaturi.

7.

Għandha tiġi speċifikata d-dejta mhux maħduma kollha tat-test.

8.

Il-proċedura tal-ittestjar għandha tiġi deskritta fid-dettall.


Top