Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0693

    2012/693/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Novembru 2012 li taħtar membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 310, 9.11.2012, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/693/oj

    9.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/49


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-7 ta’ Novembru 2012

    li taħtar membru Daniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    (2012/693/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

    (2)

    Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Nils Juhl ANDREASEN,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sinjura Rikke EDSJÖ, Senior Consultant, Danish Agriculture and Food Council, hija b’dan maħtura membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. D. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


    Top