EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0670

2012/670/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

ĠU L 300, 30.10.2012, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/670/oj

Related international agreement

30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ottubru 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

(2012/670/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tal-Mawrizju Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, li jagħti lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika tal-Mawrizju teżerċita s-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħha.

(2)

Bħala riżultat ta’ dawn in-negozjati, Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (“il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd”) ġie inizjalat fit-23 ta’ Frar 2012.

(3)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Gvern ta’ Mauritius dwar sajd fl-ibħra tal-Mauritius (1) għandu jiġi sostitwit mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd.

(4)

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 159, 10.6.1989, p. 2.

(2)  It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top