This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0669
2012/669/EU: Council Decision of 9 October 2012 on the signing, on behalf of the European Union, and provisional application of the Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Community, on the one hand, and the Republic of Kiribati, on the other
2012/669/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
2012/669/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
ĠU L 300, 30.10.2012, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/669/oj
|
30.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ottubru 2012
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
(2012/669/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Lulju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 893/2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”). Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim skada fil-15 ta’ Settembru 2012. |
|
(2) |
L-Unjoni nnegozjat Protokoll ġdid mar-Repubblika ta’ Kiribati li jipprovdi lill-bastimenti tas-sajd tal-UE b’opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fuqhom ir-Repubblika ta’ Kiribati teżerċita s-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħha (“il-Protokoll”). |
|
(3) |
Bħala riżultat ta’ dawk in-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fit-3 ta’ Ġunju 2012. |
|
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-UE, il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2012, kif previst fl-Artikolu 15 tiegħu. |
|
(5) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u applikat fuq bażi provviżorja, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (’il-Protokoll’) huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2012 sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
V. SHIARLY
PROTOKOLL
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea (1), minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra
Artikolu 1
Perjodu tal-Applikazzjoni u Opportunitajiet tas-Sajd
1. Il-Kiribati għandu jagħti opportunijiet tas-sajd annwali (2) lill-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-Ftehim) fil-limiti stabbiliti mill-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni (CMM — “convservation and management measures”) tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), u b’mod partikolari s-CMM 2008-01.
2. Għal perjodu ta’ tliet snin li jibda fis-16 ta’ Settembru 2012 l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom ikunu ta’ 15 000 tunnellata ta’ speċijiet li jpassu ħafna kif elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, fiż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) ta’ Kiribati, għal 4 (erba’) bastimenti tas-sajd bil-purse seine u 6 (sitt) bastimenti tas-sajd bil-konz.
3. Mit-tieni sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(1)(d) tal-Ftehim u l-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll, fuq talba tal-UE, l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd bil-purse seine mogħtija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan il-Protokoll jista’ jiżdied, jekk ir-riżorsi jippermettu u skont il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tad-WCPFC.
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw suġġett għall-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni Finanzjarja — Metodi ta’ Ħlas
1. L-UE għandha tħallas is-somma tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, kull sena matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għall-perjodu speċifikat taħt l-Artikolu 1(2) ta’ dan il-Protokoll għandha tinkludi:
|
(a) |
ammont annwali ta’ EUR 975 000 għall-aċċess għaż-ŻEE ta’ Kiribati ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 15 000 tunnellata fis-sena; |
|
(b) |
ammont speċifiku ta’ EUR 350 000 għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi meħudin fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd ta’ Kiribati. |
3. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika suġġett għall-Artikoli 4, 5, 6 u 8 ta’ dan il-Protokoll u għall-Artikoli 14 u 15 tal-Ftehim.
4. Iż-żewġ Partijiet se jiżguraw li jsegwu mill-qrib il-qabdiet tal-UE fiż-ŻEE ta’ Kiribati. Jekk il-kwantità totali ta’ qabdiet fis-sena mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE ta’ Kiribati taqbeż il-15 000 tunnellata, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali, kif imsemmija fil-paragrafu 2(a) ta’ dan l-Artikolu, għandha tiżdied b’EUR 250 għal kull tunnellata għall-ewwel 2 500 tunnellata addizzjonali u b’EUR 300 kull tunnellata fuq dawn l-2 500 tunnellata addizzjonali. Dawn l-ispejjeż addizzjonali għandhom jitħallsu mill-UE għall-ammont ta’ EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali u l-parti li jifdal għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti.
5. Il-pagament kif speċifikat fl-Artikolu 2, il-paragrafi 2(a) u 2(b), għandu jsir mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll għall-ewwel sena u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju għas-snin ta’ wara.
6. L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu li jagħmlu mill-kontribuzzjoni finanzjarja kif speċifikat fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(a), ta’ dan il-Protokoll.
7. Is-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja indikata fl-Aritkolu 2, il-paragrafu 2(b), ta’ dan il-Protokoll għandu jitħallas fil-kont Nru 4 tal-Gvern ta’ Kiribati mal-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa (“Fisheries Development Fund”) li nfetaħ għall-Gvern ta’ Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi. Is-sehem li jibqa’ tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitħallas fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta’ Kiribati mal-ANZ Bank of Kiribati, Ltd, Betio, Tarawa li nfetaħ għall-Gvern ta’ Kiribati mill-Ministeru tal-Finanzi.
Artikolu 3
Promozzjoni ta’ Sajd Responsabbli fiż-ŻEE ta’ Kiribati
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja kif indikata fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b), għandha tkun amministrata mill-awtoritajiet ta’ Kiribati fid-dawl tal-għanijiet identifikati bi ftehim reċiproku bejn iż-żewġ Partijiet.
2. Malli dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jipprovdu programm annwali u pluriennali dettaljat lill-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel dwar dan il-programm, li għandu jindirizza r-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b), għall-inizjattivi li għandhom jitwettqu kull sena; |
|
(b) |
l-għanijiet li jridu jintlaħqu, kemm annwali kif ukoll pluriennali, sabiex jiġi promoss sajd sostenibbli u responsabbli, matul iż-żmien, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi minn Kiribati fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u f’politiki oħra relatati jew li għandhom impatt fuq it-titjib fis-sajd responsabbli u sostenibbli; |
|
(c) |
il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw sabiex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba kull sena. |
3. Kull emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali għandha tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt. Bidliet urġenti għall-programm settorjali pluriennali meħtieġa mill-awtoritajiet ta’ Kiribati fir-rigward tal-promozzjoni ta’ sajd responsabbli jistgħu jitwettqu barra l-Kumitat Konġunt permezz ta’ komunikazzjoni mal-UE.
4. Kull sena, Kiribati għandu jalloka, fejn xieraq, ammont addizzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b), bil-għan li jkun implimentat il-programm pluriennali. Din l-allokazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Unjoni Ewropea. Kiribati għandu jinnotifika lill-UE bl-allokazzjoni l-ġdida, mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena.
5. Fil-każ li l-evalwazzjoni annwali tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali tiġġustifika dan, l-Unjoni Ewropea tkun tista’ titlob permezz tal-Kumitat Konġunt li jerġa’ jsir aġġustament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b), ta’ dan il-Protokoll bil-ħsieb li l-ammont effettiv tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm jiġi f’konformità mar-riżultati tiegħu.
6. Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ settorjali pluriennali. Jekk ikun meħtieġ, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu dan is-segwitu permezz tal-Kumitat Konġunt, wara li jiskadi l-Protokoll sakemm il-kontroparti finanzjarja speċifika relatata mal-appoġġ settorjali prevista fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b), tkun ġiet utilizzata kollha.
7. Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b), ma jistax jitħallas wara perjodu ta’ għaxar xhur wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 4
Kooperazzjoni Xjentifika għal Sajd Responsabbli
1. Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta’ Kiribati skont il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Imġiba tal-FAO u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet.
2. Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u Kiribati għandhom jiżguraw l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Kiribati.
3. Il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fuq il-livell subreġjonali dwar is-sajd responsabbli u, b’mod partikolari, fi ħdan id-WCPFC u l-IATTC u kwalunkwe organizzazzjoni oħra subreġjonali jew internazzjonali kkonċernata.
4. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, l-Artikolu 4, il-paragrafu 1, ta’ dan il-Protokoll, u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, fil-Kumitat Konġunt il-Partijiet għandhom jadottaw, fejn hu xieraq, miżuri fir-rigward tal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li huma liċenzjati u awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd minn dan il-Protokoll biex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Kiribati.
Artikolu 5
Aġġustament tal-Opportunitajiet tas-Sajd bi Ftehim Reċiproku
1. L-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim reċiproku sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet tad-WCPFC jikkonfermaw li aġġustament bħal dak se jiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta’ Kiribati. F’dan il-każ il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(a), ta’ dan il-Protokoll, għandha tiġi aġġustata proporzjonatament u pro rata temporis.
2. Jekk l-opportunitajiet tas-sajd jitnaqqsu minħabba l-għeluq ġdid ta’ parti sostanzjali taż-ŻEE ta’ Kiribati, il-kontribuzzjoni finanzjarja ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi aġġustata proporzjonalment u pro rata temporis wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
Artikolu 6
Opportunitajiet tas-Sajd Ġodda
1. Fejn jiġi espress interess mill-UE biex ikollha aċċess għal opportunitajiet tas-sajd ġodda li mhumiex indikati fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, dan l-interess għandu jiġi indirizzat lil Kiribati. Talba bħal din għall-aċċess għal opportunitajiet tas-sajd ġodda tista’ tintlaqa’ u ssir disponibbli, u tista’ tkun is-suġġett ta’ ftehim ieħor.
2. Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ jiddeterminaw l-ispeċijiet rilevanti, il-kondizzjonijiet u l-parametri l-oħra għas-sajd esploratorju fl-ilmijiet ta’ Kiribati.
3. Il-Partijiet għandhom iwettqu attivitajiet ta’ sajd esploratorju skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati u bi ftehim reċiproku. Jistgħu jingħataw awtorizzazzjonijiet għal sajd esploratorju għal perjodu massimu ta’ tliet (3) xhur.
4. Fejn il-Partijiet jikkonkludu li l-istħarriġiet esploratorji jkunu pproduċew riżultati pożittivi u jiġu identifikati speċijiet ġodda kummerċjali, waqt li jiġu kkonservati l-ekosistemi u r-riżorsi ħajjin tal-baħar, jistgħu jiġu offruti opportunitajiet tas-sajd ġodda għal dawk l-ispeċijiet lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet.
Artikolu 7
Kondizzjonijiet li Jirregolaw l-Attivitajiet tas-Sajd — Klawsola ta’ Esklussività
1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Kiribati skont dan il-Protokoll.
2. L-awtoritajiet ta’ Kiribati jistgħu jagħtu awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għall-kategoriji tas-sajd li mhumiex koperti minn dan il-Protokoll, kif ukoll għal sajd esploratorju. Madankollu, l-għoti ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet huwa suġġett għal-liġijiet u għar-regolamenti ta’ Kiribati u għal ftehim reċiproku.
Artikolu 8
Sospensjoni u Reviżjoni tal-Pagament tal-Kontribuzzjoni Finanzjarja
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafi 2(a) u 2(b), ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi riveduta jew sospiża fil-każ li ċirkostanzi mhux normali, minbarra l-fenomeni naturali, jimpedixxu l-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Kiribati wara konsultazzjoni bejn il-Partijiet f’perjodu ta’ xahrejn wara t-talba ta’ xi waħda mill-Partijiet, u bil-kondizzjoni li l-UE tkun ħallset kompletament kwalunkwe ammont dovut fil-mument tas-sospensjoni.
2. L-Unjoni Ewropea tista’ tissospendi, totalment jew parzjalment, il-pagament tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2(b), ta’ dan il-Protokoll fejn il-Kumitat Konġunt jaqbel li:
|
(a) |
ir-riżultati miksubin jinstabu li jkunu inkonsistenti mal-ipprogrammar wara l-evalwazzjoni mwettqa fi ħdan il-Kumitat Konġunt; jew |
|
(b) |
Kiribati jonqos milli jeżegwixxi din il-kontribuzzjoni speċifika. |
3. Is-sospensjoni tal-pagament għandha teħtieġ li l-UE tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub tal-inqas xahrejn qabel id-data meta s-sospensjoni għandha ssir effettiva.
4. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jerġa’ jibda hekk kif is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata wara li jittieħdu azzjonijiet biex jittaffew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq u wara l-konsultazzjoni u l-ftehim taż-żewġ Partijiet li jikkonfermaw li s-sitwazzjoni aktarx tkun tippermetti li jerġgħu jsiru attivitajiet tas-sajd normali.
Artikolu 9
Sospensjoni u Għoti Lura ta’ Awtorizzazzjoni tas-Sajd
Kiribati jirriżerva d-dritt li jissospendi l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, ta’ dan il-Protokoll fejn:
|
(a) |
bastiment speċifiku jkun wettaq ksur serju kif definit mil-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati; jew |
|
(b) |
ordni tal-qorti maħruġa fir-rigward ta’ ksur minn bastiment speċifiku ma tkunx ġiet osservata minn sid il-bastiment. Malli l-ordni tal-qorti tiġi osservata, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment għandha tingħata lura għall-perjodu li jkun baqa’ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
Artikolu 10
Sospensjoni tal-Applikazzjoni tal-Protokoll
1. Fil-każ li l-konsultazzjonijiet jiġu eżawriti mingħajr ma jintlaħaq ftehim amikevoli l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet jekk:
|
(a) |
l-Unjoni Ewropea tonqos li tagħmel il-pagamenti previsti fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2, ta’ dan il-Protokoll għal raġunijiet mhux koperti mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll; jew |
|
(b) |
tqum tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew l-applikazzjoni tiegħu; jew |
|
(c) |
waħda mill-Partijiet tikser id-dispożizzjonijiet stipulati minn dan il-Protokoll; jew |
|
(d) |
waħda mill-Partijiet taċċerta li jkun sar ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stipulat mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou. |
2. L-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ Parti waħda jekk jitqies li t-tilwima bejn il-Partijiet hija serja u jekk il-konsultazzjonijiet li jsiru bejn iż-żewġ Partijiet ma jirriżultawx fi ftehim amikevoli.
3. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll hija suġġetta għan-notifika mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha, bil-miktub u mhux inqas minn xahrejn qabel id-data li fiha ssir effettiva s-sospensjoni.
4. Fil-każ ta’ sospensjoni tal-applikazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom. Fejn tinkiseb tali soluzzjoni, dan il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.
Artikolu 11
Liġijiet u Regolamenti Nazzjonali
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE ta’ Kiribati skont dan il-Protokoll għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli f’Kiribati, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-Ftehim, f’dan il-Protokoll u fl-Anness u fl-Appendiċi tiegħu.
2. Kwalunkwe bidla jew leġiżlazzjoni ġdida li tkun relatata mas-sajd għandha tapplika għall-UE mis-60 jum wara l-jum meta tasal in-notifika għand l-UE mingħand Kiribati.
Artikolu 12
Klawsola ta’ reviżjoni
Wara sentejn tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni tas-sid ta’ bastiment għandha tiġi riveduta u kwalunkwe tibdil ikun suġġett għall-ftehim miż-żewġ Partijiet. It-tielet sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll se titqies bħala perjodu tranżitorju qabel l-introduzzjoni futura ta’ miżura ġdida ta’ konservazzjoni u ġestjoni dwar is-sajd mibdija mill-awtoritajiet ta’ Kiribati.
Artikolu 13
Tul ta’ żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness għandhom japplikaw għal perjodu ta’ tliet snin mis-16 ta’ Settembru 2012, sakemm ma jingħatax avviż ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 14 ta’ dan il-Protokoll.
Artikolu 14
Terminazzjoni
1. Dan il-Protokoll jista’ jiġi tterminat minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet f’każ ta’ ċirkostanzi mhux normali, bħad-degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, l-iskoperta ta’ tnaqqis fil-livell tal-isfruttar tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea, jew in-nuqqas ta’ konformità mal-impenji meħuda mill-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.
2. F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta tali terminazzjoni ssir effettiva. Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fis-sentenza preċedenti.
3. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll għas-sena li fiha ssir effettiva t-terminazzjoni għandu jitnaqqas proporzjonatament u pro rata temporis.
Artikolu 15
Applikazzjoni Provviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2012.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
(1) Il-Komunità Ewropea saret l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Diċembru 2009.
(2) Awtorizzazzjoni tas-sajd tfisser liċenzja tas-sajd taħt dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
ANNESS
KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA’ KIRIBATI
KAPITOLU I
ĠESTJONI TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD (LIĊENZJI)
SEZZJONI 1
Reġistrazzjoni
|
1. |
Is-sajd mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ġewwa ż-ŻEE ta’ Kiribati għandu jkun suġġett għall-ħruġ ta’ numru ta’ reġistrazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati. |
|
2. |
L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom isiru fil-forma pprovduta għal dak il-għan mill-awtoritajiet ta’ Kiribati li huma responsabbli għas-sajd, skont il-kampjun stipulat fl-Appendiċi I. |
|
3. |
Ir-reġistrazzjoni hija suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ ritratt ta’ 15 ċm b’20 ċm tal-bastiment li jkun qed iressaq l-applikazzjoni u ħlas ta’ EUR 2 300 għal kull bastiment fis-sena bħala tariffa tar-reġistrazzjoni, li għandha titħallas fil-Kont Nru 1 tal-Gvern ta’ Kiribati skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti. |
SEZZJONI 2
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd
|
1. |
Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Kiribati. |
|
2. |
Biex bastiment ikun eleġibbli, is-sid u l-kaptan għandhom ikunu ħarsu l-obbligi preċedenti kollha li joriġinaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’Kiribati skont il-Ftehim. Il-bastiment stess għandu jkollu klassifikazzjoni tajba fir-Reġistru Reġjonali tal-Bastimenti tas-Sajd tal-FFA (‘Forum Fisheries Agency’) u fir-Reġistru tal-Bastiment tas-Sajd tad-WCPFC.
Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu rappreżentati minn aġent li huwa residenti f’Kiribati. L-isem, l-indirizz u n-numri ta’ kuntatt ta’ dak l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad skont dan il-Protokoll lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati b’kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli għal Kiribati (minn hawn’ il quddiem “id-Delegazzjoni”). L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu lill-Ministeru responsabbli għas-Sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati fuq formoli mfassla skont il-kampjun fl-Appendiċi II. |
|
3. |
L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta li jkunu rċevew bħala parti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Dik id-dejta għandha tintuża esklussivament fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. |
|
4. |
Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:
|
|
5. |
It-tariffi kollha, bl-eċċezzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ tariffa għall-programm tal-osservatur, għandhom jitħallsu fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta’ Kiribati, skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti.
It-tariffi għandhom jinkludu l-imposti nazzjonali u lokali kollha ħlief għat-taxxi tal-port, imposti għal servizzi u tariffi ta’ trażbord. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu kemm elettronikament kif ukoll f’għamla ta’ karta stampata lis-sidien tal-bastimenti, b’kopja elettronika lill-Kummissjoni Ewropea u lid-Delegazzjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta l-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati jirċievi d-dokumenti kollha msemmijin fil-paragrafu 4. Hekk kif tasal il-verżjoni tal-karta stampata, din tieħu post il-kopja elettronika. |
|
6. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal bastimenti speċifiċi individwali u ma għandhomx ikunu trasferibbli. |
|
7. |
Fuq talba tal-Unjoni Ewropea, u fejn ikun hemm prova ta’ force majeure, awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment għandha tinbidel għal awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal bastiment ieħor li l-karatteristiċi tiegħu ikunu simili għal dawk tal-ewwel bastiment, għall-perjodu li jifdal tat-tul tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, mingħajr ma titħallas tariffa oħra. Il-qbid totali miż-żewġ bastimenti kkonċernati jitqies meta jitqies il-livell ta’ qbid minn bastimenti tal-Unjoni Ewropea biex ikun deċiż jekk ikollhomx isiru pagamenti addizzjonali mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 2(4), tal-Protokoll.
Is-sid tal-ewwel bastiment għandu jrodd lura l-awtorizzazzjoni tas-sajd lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati permezz tad-Delegazzjoni, biex tkun ikkanċellata. L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha ssir effettiva fil-jum li fih il-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd u tkun valida għall-perjodu li jifdal tal-ewwel awtorizzazzjoni tas-sajd. Id-Delegazzjoni għandha tkun mgħarrfa bl-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida. |
|
8. |
L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord il-bastiment il-ħin kollu u għandha tintwera b’mod prominenti fil-kabina tat-tmunier, bla ħsara għall-Kapitolu V, is-Sezzjoni 3 ta’ dan l-Anness. Għal perjodu raġonevoli ta’ żmien wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, li ma għandux jaqbeż 45 jum, u sakemm il-bastiment jirċievi l-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali, dokument mibgħut elettronikament jew dokumentazzjoni oħra mill-awtoritajiet ta’ Kiribati tkun dokument validu u għandha tikkostitwixxi prova suffiċjenti għal fini ta’ sorveljanza, monitoraġġ u infurzar tal-Ftehim. Id-dokument li jasal elettronikament xorta waħda jkollu jiġi sostitwit mill-verżjoni tal-karta stampata malli din tkun riċevuta. |
|
9. |
Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd ibbażata esklussivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha deskritti hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tas-sostituzzjoni malajr tal-awtorizzazzjoni tas-sajd fil-verżjoni tal-karta stampata b’waħda elettronika ekwivalenti bħal-lista ta’ bastimenti awtorizzati jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati, kif speċifikat fil-paragrafu 1 ta’ din is-Sezzjoni. |
SEZZJONI 3
Kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd — tariffi u pagamenti bil-quddiem
|
1. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena. Dawn jistgħu jiġġeddu fuq bażi annwali. It-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandu jkun suġġett għall-għadd ta’ opportunitajiet tas-sajd disponibbli stabbiliti bil-Protokoll. |
|
2. |
It-tariffa għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tkun ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-ŻEE ta’ Kiribati. |
|
3. |
L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu hekk kif l-ammonti standard li ġejjin ikunu ġew imħallsa mis-sidien tal-bastimenti fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta’ Kiribati skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll:
|
|
4. |
Mal-ammont indikat fil-paragrafu 3 ta’ din is-Sezzjoni għandha tiżdied kontribuzzjoni speċjali għal awtorizzazzjoni tas-sajd li għandha titħallas mis-sidien tal-bastimenti fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta’ Kiribati skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll fl-ammont ta’ EUR 300 000 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bil-purse seine. |
|
5. |
L-aħħar dikjarazzjoni tat-tariffi dovuti għas-sena tas-sajd għandha ssir mill-Kummissjoni Ewropea sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena għall-ammonti maqbudin matul is-sena kalendarja ta’ qabel u abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qbid magħmulin minn kull sid ta’ bastiment. Id-dejta għandha tkun ikkonfermata mill-istituti xjentifiċi responsabbli mill-verifika ta’ dejta ta’ qbid tal-Unjoni Ewropea (Institut de Recherche pour le Development (IRD), Instituto Español de Oceanografía (IEO) jew Instituto Portugues de Investigaçao Maritima (IPIMAR)). |
|
6. |
Id-dikjarazzjoni tat-tariffa magħmula mill-Kummissjoni Ewropea għandha tintbagħat lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati għall-verifika u l-approvazzjoni.
L-awtoritajiet ta’ Kiribati jistgħu jikkontestaw id-dikjarazzjoni tat-tariffa fi żmien 30 ġurnata mill-fattura tad-dikjarazzjoni u, f’każ ta’nuqqas ta’ qbil, jitolbu laqgħa speċjali tal-Kumitat Konġunt, kif previst skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim. Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien dawk it-30 jum, il-dikjarazzjoni tat-tariffa titqies bħala aċċettata mill-awtoritajiet ta’ Kiribati. |
|
7. |
Id-dikjarazzjoni tat-tariffa finali għandha tiġi nnotifikata, mingħajr dewmien, lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati, id-Delegazzjoni, u s-sidien tal-bastimenti.
Kull pagament addizzjonali għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kiribati sa mhux aktar tard minn ħamsa u erbgħin (45) jum min-notifika tad-dikjarazzjoni finali kkonfermanta fil-kont Nru 1 tal-Gvern ta’ Kiribati skont l-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, wara li jkun sar kwalunkwe tnaqqis rilevanti. |
|
8. |
Madankollu, jekk l-ammont tad-dikjarazzjoni finali jkun anqas mill-pagament bil-quddiem imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ din is-Sezzjoni, il-bilanċ li jirriżulta ma għandux jitħallas lura lil sid il-bastiment. |
|
9. |
Fil-każ li l-opportunitajiet tas-sajd ikollhom jitnaqqsu minħabba l-għeluq ġdid ta’ parti sostanzjali taż-ŻEE ta’ Kiribati, it-tariffa ta’ sid il-bastiment tista’ tiġi aġġustata proporzjonalment u pro rata temporis wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt. |
KAPITOLU II
ŻONI U ATTIVITÀ TAS-SAJD
SEZZJONI 1
Żoni tas-sajd
|
1. |
Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati li jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd ġewwa ż-ŻEE ta’ Kiribati ħlief f’dawk iż-żoni li huma magħżula bħala żoni protetti jew li huma pprojbiti kif indikati fil-mappa 83005-FLC u skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati. |
|
2. |
Kiribati għandu jikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea kwalunkwe modifika fiż-żoni protetti jew ipprojbiti msemmija hekk kif din tiġi adottata. |
|
3. |
Fi kwalunkwe każ, l-ebda sajd ma għandu jkun permess ġewwa 12-il mil nawtiku mil-linja bażi u fi ħdan mil (1) nawtiku raġġ ta’ kwalunkwe rkaptu biex jinġemal-ħut (FAD) ankrat, li għalih għandha tiġi notifikata l-lokalita tiegħu permezz ta’ koordinati ġeografiċi minn kwalunkwe ċittadin ieħor jew entità oħra. Fir-rigward ta’ bastimenti tas-sajd bil-purse seine b’mod partikolari, is-sajd huwa pprojbit ’il ġewwa minn 60 mil nawtiku mil-linji bażi tal-Gżejjer ta’ Tarawa, Kanton u Kiritimati u minn kwalunkwe sikka sommersa kif muri fil-mappa msemmija fil-paragrafu 1 ta’ din is-Sezzjoni. |
SEZZJONI 2
Attivitajiet tas-sajd
|
1. |
Għandu jkun permess biss is-sajd għal speċijiet definiti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll minn bastimenti tas-sajd bil-purse seine u mill-bastimenti tas-sajd bil-konz. Kull qabda inċidentali ta’ speċi ta’ ħut għajr dawk definiti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet ta’ Kiribati skont il-Kapitolu III ta’ dan l-Anness. |
|
2. |
L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jitwettqu skont ir-rekwiżiti tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tad-WCPFC. |
|
3. |
Is-sajd tal-qiegħ jew għall-qroll fiż-ŻEE ta’ Kiribati mhuwiex permess. |
|
4. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom iwettqu l-attivitajiet kollha tas-sajd b’mod li ma jfixkilx sajd tradizzjonali u li għandu bażi lokali, u għandhom jeħilsu l-fkieren, il-mammali tal-baħar, l-għasafar tal-baħar u l-ħut tas-sikek kollha b’mod li jipprovdi l-aqwa opportunità lil din il-qabda mixxellanja li tibqa’ ħajja. |
|
5. |
Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea, il-kaptan u l-operatur tiegħu għandhom iwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd kollha b’mod li ma jfixklux l-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti oħra tas-sajd, u ma għandhomx jinċidu fuq xi rkaptu tas-sajd ta’ bastimenti oħrajn tas-sajd. |
KAPITOLU III
MONITORAĠĠ
SEZZJONI 1
Arranġamenti għar-reġistrazzjoni tal-qbid
|
1. |
Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd tagħhom l-informazzjoni elenkata fl-Appendiċi III A u fl-Appendiċi III B. Is-sottomissjoni elettronika tad-dejta dwar il-qbid/id-dejta tal-ġurnal ta’ abbord għandha tapplika għall-bastimenti ta’ aktar minn 24 metru tul mill-1 ta’ Jannar 2010 u gradwalment, mill-2012, għall-bastimenti ta’ aktar minn 12-il metru tul. Il-Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tal-introduzzjoni ta’ dejta dwar il-qbid b’sistemi bbażati esklussivament fuq l-iskambju elettroniku tal-informazzjoni kollha deskritta hawn fuq. Iż-żewġ Partijiet għandhom ifittxu li jaqblu bejniethom għall-finijiet tal-promozzjoni tas-sostituzzjoni malajr tal-formati tal-karta tal-ġurnali ta’ abbord b’formati elettroniċi. |
|
2. |
Jekk ma jkunux intefgħu kalati minn bastiment għal jum partikolari, jew jekk tkun intefgħet kalata u ma jkunx inqabad ħut, il-kaptan tal-bastiment għandu jkun jeħtieġlu jirreġistra din l-informazzjoni fuq il-formola ta’ kuljum tal-ġurnal ta’ abbord. F’jiem fejn ma twettqu ebda operazzjonijiet tas-sajd, qabel nofsillejl ħin lokali ta’ dak il-jum, il-bastiment għandu jirreġistra l-fatt li ma jkunux twettqu operazzjonijiet fil-ġurnal ta’ abbord. |
|
3. |
Il-ħin u d-data tad-dħul fiż-ŻEE ta’ Kiribati u l-ħruġ minnha għandhom ikunu rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord minnufih wara d-dħul fiż-ŻEE ta’ Kiribati u l-ħruġ minnha. |
|
4. |
Għall-qbid inċidentali ta’ speċijiet minbarra dawk definiti fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirreġistraw l-ispeċijiet ta’ ħut maqbuda u d-daqs u l-kwantità ta’ kull speċi skont il-piż jew l-għadd, kif speċifikat fil-ġurnal ta’ abbord, kemm jekk il-qbid jinżamm abbord il-bastiment u kemm jekk jintefa’ lura l-baħar. |
|
5. |
Il-ġurnali ta’ abbord għandhom jimtlew kuljum b’mod li jinqraw u jkunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment mhux aktar tard mill-ħin ta’ 23:59 kuljum. |
SEZZJONI 2
Arranġamenti għar-reġistrazzjoni tal-qbid
|
1. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jkun definit kif ġej:
|
|
2. |
Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea awtorizzati biex jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati skont il-Ftehim għandhom jirrappurtaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati fil-ġurnal ta’ abbord b’ dan il-mod:
|
|
3. |
Id-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha:
|
|
4. |
Il-bastimenti li jinstabu jistadu mingħajr ma jkunu għarrfu lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati għandhom jitqiesu bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|
5. |
Il-bastimenti għandhom ukoll ikunu informati dwar in-numri tal-faks u tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtoritajiet ta’ Kiribati mal-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
|
6. |
Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandu jagħmel il-ġurnal ta’ abbord u r-rapporti dwar il-qbid disponibbli minnufih għall-ispezzjoni mill-uffiċjali tal-infurzar u individwi u entitajiet oħra identifikati biċ-ċar minn karta tal-identità approvata li tikkonferma lill-ispettur bħala awtorizzat mill-awtoritajiet ta’ Kiribati biex iwettqu proċeduri tal-imbark u ta’spezzjoni. |
SEZZJONI 3
Sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS)
|
1. |
Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea jeħtieġlu jkun konformi mas-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti tal-FFA (VMS tal-FFA) li attwalment tapplika fiż-ŻEE ta’ Kiribati meta jkun qed jopera fiż-ŻEE ta’ Kiribati. Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea għandha titwaħħallu abbord unità ċellulari ta’ trażmissjoni (MTU) approvata mill-FFA, li għandha tinżamm u tkun għalkollox operattiva kull ħin. |
|
2. |
Il-bastiment u l-operatur jaqblu li ma jfixklux il-funzjonament, ma jneħħux jew jaraw li ma titneħħiex kwalunkwe MTU mill-bastiment wara li titwaħħal, ħlief għal finijiet ta’ manutenzjoni u tiswija kif meħtieġ. L-operatur u kull bastiment għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż tax-xiri, il-manutenzjoni u t-tħaddim tal-MTU, u għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet ta’ Kiribati fl-użu tagħha (ara d-dettalji fl-Appendiċi V). |
|
3. |
Il-paragrafu 1 hawn fuq ma jipprekludix lill-Partijiet milli jqisu għażliet alternattivi ta’ VMS kompatibbli mal-VMS tad-WCPFC. |
|
4. |
Id-dejta kollha trażmessa liċ-ĊMS ta’ Kiribati tista’ tintuża biss għal finijiet ta’ kontroll fiż-ŻEE ta’ Kiribati. Id-dejta tal-VMS ma tistax tiġi mgħoddija, tinbiegħ, tiġi offruta jew trażmessa fi kwalunkwe forma lil entità terza għall-kontroll jew kwalunkwe fini ieħor barra miż-ŻEE ta’ Kiribati. |
|
5. |
Il-paragrafu 4 preċedenti ma għandux japplika fil-kuntest tal-obbligi tad-WCPFC fir-rigward tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza (MCS) fl-ibħra internazzjonali taż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC. |
SEZZJONI 4
Ħatt l-art
|
1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jħottu l-art qabdiet fil-portijiet ta’ Kiribati għandhom jagħmlu hekk fil-portijiet magħżula ta’ Kiribati. Lista ta’ dawn il-portijiet magħżula tidher fl-Appendiċi VI. |
|
2. |
Is-sidien ta’ bastimenti bħal dawn għandhom jinnotifkaw l-informazzjoni lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati u liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-Bandiera mill-anqas 48 siegħa minn qabel skont il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi IV, il-Parti 4. Jekk isir ħatt l-art f’port barra miż-ŻEE ta’ Kiribati, għandha ssir notifika bl-istess kondizzjonijiet imsemmija qabel, lill-Istat tal-port fejn ikun se jsir il-ħatt l-art u liċ-ĊMS tal-Istat Membru tal-Bandiera. |
|
3. |
Il-kaptani tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jħottu l-art f’port ta’ Kiribati għandhom iħallu li ssir u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ ħatt l-art bħal dan minn uffiċjali awtorizzati ta’ Kiribati. Malli l-ispezzjoni titlesta, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. |
SEZZJONI 5
Trażbord
|
1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jwettqu trażbord ta’ qabdiet fl-ilmijiet f’Kiribati għandhom jagħmlu hekk f’portijiet magħżula ta’ Kiribati. Lista ta’ dawn il-portijiet magħżula tidher fl-Appendiċi VI. |
|
2. |
Is-sidien ta’ vapuri bħal dawn għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati tal-inqas 48 siegħa minn qabel. |
|
3. |
It-trażbord għandu jitqies bħala t-tmiem ta’ vjaġġ. Il-bastimenti, għalhekk, għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qbid tagħhom lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati u jgħidu jekk ikunux biħsiebhom jissoktaw jistadu jew jitilqu miż-ŻEE ta’ Kiribati. |
|
4. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati ma għandhomx, fl-ebda ċirkustanza, iwettqu trażbord minn fuq il-baħar tal-qabda tagħhom. |
|
5. |
Kull trażbord ta’ qabdiet mhux kopert minn dak li jingħad hawn fuq għandu jkun ipprojbit fiż-ŻEE ta’ Kiribati. Kull persuna li tikser din id-dispożizzjoni tista’ teħel il-pieni skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati. |
|
6. |
Il-kaptani tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea involuti f’operazzjonijiet ta’ trażbord f’port ta’ Kiribati għandhom iħallu li ssir u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn minn uffiċjali awtorizzati ta’ Kiribati. Malli titlesta l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. |
KAPITOLU IV
OSSERVATURI
|
1. |
Fil-mument tat-tressiq ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd, kull bastiment tal-Unjoni Ewropea kkonċernat għandu jikkontribwixxi tariffa għat-tpoġġija tal-osservaturi kif speċifikat fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 2, il-paragrafu 4(f), fil-kont Nru 4 tal-Gvern ta’ Kiribati. |
|
2. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea awtorizzati jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati skont il-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi bil-termini stabbiliti hawn taħt:
|
|
3. |
Suġġett għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu 2 A ta’ dan il-Kapitolu, is-sidien tal-bastimenti kkonċernati għandhom jgħarrfu f’liema portijiet tal-Kiribati u f’liema dati huma jkunu biħsiebhom itellgħu abbord l-osservaturi 10 ijiem qabel id-data li fiha jkun ippjanat li jittella’ l-osservatur mal-bidu ta’ vjaġġ. |
|
4. |
Fejn osservaturi jittellgħu abbord f’port barrani, l-ispejjeż tagħhom tal-ivvjaġġar għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment b’osservatur abbord mill-Kiribati joħroġ miż-ŻEE tal-Kiribati, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat li l-osservatur imur lura fil-Kiribati malajr kemm jista’ jkun bl-ispejjeż imħallsa minn sid il-bastiment. |
|
5. |
Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u l-post miftiehma, u tul is-sitt (6) sigħat wara l-ħin miftiehem, is-sidien tal-bastimenti jinħallu awtomatikament mill-obbligu li jtellgħu l-osservatur abbord. |
|
6. |
L-osservaturi għandhom jiġu ttrattati bħala uffiċjali. Huma għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
|
7. |
Il-kaptani u s-sidien għandhom iħallu osservaturi awtorizzati jitilgħu abbord bastimenti awtorizzati li joperaw fiż-ŻEE tal-Kiribati, u għandhom jagħmlu kulma jistgħu biex jiżguraw is-sikurezza fizika u t-trattament xieraq tal-osservaturi matul il-qadi tad-dmirijiethom:
|
|
8. |
Waqt li jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:
|
|
9. |
Waqt li jkunu abbord, l-osservaturi għandhom id-dritt għal:
|
|
10. |
Rappurtar tal-osservatur:
|
|
11. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispiża għall-akkomodazzjoni tal-osservaturi bl-istess kondizzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-bastiment. |
|
12. |
Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet ta’ Kiribati meta l-bastiment ikun qed jopera fiż-ŻEE ta’ ribati. |
KAPITOLU V
KONTROLL U INFURZAR
SEZZJONI 1
Identifikazzjoni tal-bastimenti
|
1. |
Għal finijiet tas-sikurezza fis-sajd u fuq il-baħar, kull bastiment għandu jkun immarkat u identifikat skont l-ispeċifikazzjoni standard approvata tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) għall-immarkar u l-identifikazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd. |
|
2. |
L-ittra/ittri tal-port jew tad-distrett fejn il-bastiment ikun irreġistrat u n-numru/numri li bihom ikun irreġistrat għandhom ikunu miżbugħin jew murija fuq iż-żewġ naħat tal-pruwa, ’il fuq mill-ilma kemm jista’ jkun biex ikunu jidhru b’mod ċar mill-baħar u mill-ajru, b’kulur li jikkontrasta mal-isfond li fuqu jkunu miżbugħin. L-isem tal-bastiment u l-port ta’ reġistrazzjoni tiegħu għandhom jinżebgħu ukoll fuq il-pruwa u l-poppa tal-bastiment. |
|
3. |
Kiribati u l-Unjoni Ewropea jistgħu jeżiġu, jekk ikun meħtieġ, li l-kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS), in-numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), jew l-ittri u n-numri tar-reġistrazzjoni esterna, jinżebgħu fuq nett tal-kabina tat-tmunier, biex ikunu jidhru b’mod ċar mill-ajru, b’kulur li jikkontrasta mal-isfond li fuqu jkunu miżbugħin;
|
|
4. |
Kull bastiment li ma jurix ismu u l-kodiċi tar-radju jew l-ittri tas-sinjal bil-mod preskritt jista’ jiġi skortat lejn port ta’ Kiribati għal iktar investigazzjoni. |
|
5. |
L-operatur tal-bastiment għandu jiżgura l-monitoraġġ kontinwu tal-frekwenza internazzjonali għas-sejħiet u tas-sitwazzjonijiet perikolużi (2 182) kHz (HF), u/jew il-frekwenza internazzjonali ta’ sikurezza u sejħa (156,8) MHz (Kanal 16, VHF-FM) biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni mal-awtoritajiet tal-ġestjoni, is-sorveljanza u l-infurzar tas-sajd tal-awtoritajiet ta’ Kiribati. |
|
6. |
L-operatur tal-bastiment għandu jiżgura li kopja reċenti u aġġornata tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali (INTERCO) tkun abbord u aċċessibbli f’kull ħin. |
SEZZJONI 2
Komunikazzjoni mal-bastimenti tal-għassa ta’ kiribati
|
1. |
Il-komunikazzjoni bejn il-bastimenti bil-permess u l-bastimenti tal-għassa għandha ssir b’kodiċijiet ta’ sinjali internazzjonali kif ġej:
Kodiċi ta’ Sinjal Internazzjonali — Tifsir:
|
|
2. |
Kiribati għandu jagħti lill-Kummissjoni Ewropea lista tal-Bastimenti tal-Għassa kollha li se jintużaw għall-finijiet tal-kontroll tas-sajd. Din il-lista għandha tinkludi d-dettalji kollha relatati ma’ dawk il-bastimenti, jiġifieri: Isem, Bandiera, Tip, ritratt, marki ta’ identifikazzjoni esterna, IRCS u kapaċità ta’ komunikazzjoni. |
|
3. |
Bastiment tal-għassa għandu jkun immarkat u identifikabbli b’mod ċar bħala li jkun fl-użu/fis-servizz tal-Gvern. |
SEZZJONI 3
Lista ta’ bastimenti
Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet ta’ Kiribati, li huma inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u kull meta tiġi aġġornata.
SEZZJONI 4
Liġijiet u regolamenti applikabbli
Il-bastiment u l-operaturi tiegħu għandhom ikunu konformi b’mod strett ma’ dan l-Anness u l-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati. Huma għandhom iħarsu wkoll it-trattati, il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali tal-ġestjoni tas-sajd li għalihom kemm Kiribati kif ukoll l-Unjoni Ewropea huma Partijiet. In-nuqqas ta’ konformità stretta ma’ dan l-Anness u l-liġijiet u r-regolamenti ta’ Kiribati jista’ jġib miegħu multi sostanzjali u penalitajiet ċivili u kriminali oħra.
SEZZJONI 5
Proċeduri ta’ kontroll
|
1. |
Il-kaptani jew is-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea involuti f’attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Kiribati għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-imbark u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal awtorizzat ta’ Kiribati inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd fi kwalunkwe żmien fiż-ŻEE ta’ Kiribati. |
|
2. |
Biex jiġu ffaċilitati proċeduri ta’ spezzjoni aktar sikuri, l-imbark jista’ jsir b’avviż minn qabel mibgħut lill-bastiment, inklużi l-identità tal-pjattaforma ta’ spezzjoni u l-isem tal-ispettur. |
|
3. |
L-uffiċjali awtorizzati għandu jkollhom aċċess sħiħ għar-reġistrazzjonijiet tal-bastiment, inklużi l-ġurnali ta’ abbord, ir-rapporti tal-qbid, id-dokumentazzjoni u kull tagħmir elettroniku użat għar-reġistrazzjoni jew il-ħżin ta’ dejta, u l-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lil uffiċjali awtorizzati bħal dawn jieħdu notazzjoni ta’ kull permess maħruġ mill-awtoritajiet ta’ Kiribati jew ta’ dokumentazzjoni oħra meħtieġa skont il-Ftehim. |
|
4. |
Il-kaptan għandu jikkonforma minnufih ma’ kull struzzjoni raġonevoli mogħtija mill-uffiċjali awtorizzati, u għandu jiffaċilita l-imbark sikur, u jiffaċilita l-ispezzjoni tal-bastiment, l-irkaptu, it-tagħmir, ir-reġistrazzjonijiet, il-ħut u l-prodotti tal-ħut. |
|
5. |
Il-kaptan tal-bastiment jew l-ekwipaġġ ma għandhomx jattakkaw, ifixklu, jirreżistu, idewmu, jirrifjutaw l-imbark, jintimidaw uffiċjal awtorizzat jew jindaħlulu fil-qadi ta’ dmirijietu. |
|
6. |
Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali m’għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. |
|
7. |
Fejn ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, Kiribati jirriżerva d-dritt li jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li jwettaq l-offiża sakemm jitlestew il-formalitajiet u jkunu applikati l-penalitajiet stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli ta’ Kiribati. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun mgħarrfa b’dan. |
|
8. |
Ladarba tkun intemmet l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. |
|
9. |
Kiribati għandu jiżgura li l-persunal kollu involut direttament fl-ispezzjoni tal-bastimenti tas-sajd kopert minn dan il-Ftehim ikollu l-ħiliet kollha meħtieġa biex iwettaq spezzjoni tas-sajd u jkun familjari mas-sajd ikkonċernat. Matul l-ispezzjoni abbord il-bastimenti tas-sajd koperta mill-Ftehim, l-uffiċjali awtorizzati tas-sajd ta’ Kiribati għandhom jiżguraw li l-ekwipaġġ, il-bastiment u t-tagħbija tiegħu ikunu ttrattati bir-rispett sħiħ li jixraq skont dispożizzjonijiet internazzjonali previsti fil-Proċeduri tad-WCPFC dwar Tlugħ Abbord u Spezzjoni. |
SEZZJONI 6
Proċedura tal-arrest
L-arrest tal-bastimenti tas-sajd:
|
(a) |
il-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati għandu jinforma lid-Delegazzjoni, fi żmien 24 siegħa, dwar kull arrest u penalità imposta fuq bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-ŻEE ta’ Kiribati; |
|
(b) |
id-Delegazzjoni għandha fl-istess waqt tirċievi rapport qasir dwar iċ-ċirkustanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-arrest. |
KAPITOLU VI
RESPONSABBILTÀ AMBJENTALI
|
1. |
Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu l-ħtieġa li jkunu ppreservati l-kondizzjonijiet ambjentali fraġli (tal-baħar) tal-laguni u l-atollijiet ta’ Kiribati u li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx jarmu sustanzi li x’aktarx joħolqu ħsara jew taħsir fil-kwalità tar-riżorsi tal-baħar. L-Unjoni Ewropea għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Ambjent ta’ Kiribati. |
|
2. |
Fejn isir għoti ta’ fjuwil (“bunkering”) jew kull trasferiment ieħor ta’ kull prodott inkluż fil-kodiċi Internazzjonali tal-Oġġetti Marittimi Perikolużi (IMDG) tan-Nazzjonijiet Uniti matul vjaġġ tas-sajd fiż-ŻEE ta’ Kiribati, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw attività bħal din lill-awtoritajiet ta’ Kiribati. |
KAPITOLU VII
EKWIPAĠĠ
|
1. |
Kull bastiment tal-Unjoni Ewropea li jistad skont il-Ftehim għandu jaċċetta li jimpjega tal-inqas tliet baħrin minn Kiribati bħala membru tal-ekwipaġġ. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex itellgħu abbord baħrin addizzjonali minn Kiribati. |
|
2. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu EUR 600 fix-xahar għal kull l-ekwipaġġ bħala tariffa ta’ rinunzja jekk ma jkunux kapaċi jimpjegaw ekwipaġġ minn Kiribati abbord il-bastimenti liċenzjati tagħhom kif definit fil-paragrafu 1 hawn fuq. Il-pagament għandu jsir mis-sidien kull sena fil-kont Nru 4 tal-Gvern ta’ Kiribati. |
|
3. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu li ħielsa li jagħżlu huma l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom minn fost l-ismijiet f’lista mibgħuta mill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati. |
|
4. |
Sid il-bastiment jew l-aġent għandu jgħarraf lill-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati bl-ismijiet tal-baħrin ta’ Kiribati li jittellgħu abbord il-bastiment ikkonċernat, billi jsemmi l-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ. |
|
5. |
Id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandha tapplika bis-sħiħ għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari din tirrigwarda l-liberta’ ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tax-xogħol. |
|
6. |
Il-kuntratti tal-impjieg ta’ baħrin ta’ Kiribati, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn l-aġent(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom b’konsultazzjoni mal-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu li l-baħrin ikunu koperti minn sigurtà soċjali applikabbli għalihom, inkluża assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-mard u assigurazzjoni għall-aċċidenti. |
|
7. |
Is-salarji tal-baħrin minn Kiribati għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Dawn għandhom ikunu fissi, qabel ma jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, bi ftehim reċiproku bejn is-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom u l-Ministeru responsabbli għas-sajd fl-ilmijiet ta’ Kiribati. Madankollu, il-kondizzjonijiet tas-salarji mogħtija lill-baħrin ta’ Kiribati ma għandhomx ikunu anqas minn dawk il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-ekwipaġġi ta’ Kiribati, u fl-ebda ċirkustanza ma għandhom ikunu anqas mill-istandards tal-ILO. |
|
8. |
Il-baħrin kollha impjegati mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw lill-kaptan tal-bastiment indikat lejliet id-data proposta tal-imbark tagħhom. Jekk baħri jonqos li jirrapporta fid-data u l-ħin miftiehma għall-imbark, is-sidien tal-bastimenti għandhom jinħelsu awtomatikament mill-obbligu tagħhom li jieħdu l-baħri abbord. |
KAPITOLU VIII
RESPONSABBILTÀ TAL-OPERATUR
|
1. |
L-operatur għandu jiżgura li l-bastimenti tiegħu jkunu tajbin għat-tbaħħir u li jkollhom tagħmir adegwat għas-sikurezza tal-ħajja u apparat ta’ sopravvivenza għal kull passiġġier u membru tal-ekwipaġġ. |
|
2. |
Għall-protezzjoni ta’ Kiribati u ċ-ċittadini u r-residenti tiegħu, l-operatur għandu jżomm kopertura adegwata u sħiħa ta’ assigurazzjoni għall-bastiment tiegħu permezz ta’ assiguratur rikonoxxut fuq livell internazzjonali u aċċettabbli għall-awtoritajiet ta’ Kiribati għaż-ŻEE ta’ Kiribati, inklużi żoni f’laguni u atollijiet, il-Baħar Territorjali u s-sikek taħt l-ilma, kif jixhed iċ-Ċertifikat ta’ Assigurazzjoni msemmi fil-Kapitolu I, is-Sezzjoni 2, il-paragrafu 4(e), ta’ dan l-Anness. |
|
3. |
Fil-każ li bastiment tal-Unjoni Ewropea ikun involut f’aċċident jew inċident marittimu f’Kiribati u li jirriżulta fi tniġġis u ħsarat ta’ kwalunkwe tip għall-ambjent, għall-proprjetà jew għal kwalunkwe persuna, il-bastiment u l-operatur għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-awtoritajiet ta’ Kiribati. Jekk il-bastiment tal-Unjoni Ewropea jkun responsabbli għad-danni msemmija hawn fuq, il-bastiment u l-operatur ikunu responsabbli biex iħallsu l-ispejjeż tad-danni msemmija. |
Appendiċi
|
I |
Formola ta’ applikazzjoni għall-inklużjoni ta’ bastiment tas-Sajd fir-reġistru tar-Repubblika ta’ Kiribati |
|
II. |
Formola ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd |
|
III A. |
Ġurnal ta’ abbord Reġjonali tal-bastimenti tas-sajd bil-Purse Seine tal-SPC/FFA |
|
III B. |
Ġurnal ta’ abbord Reġjonali tal-bastimenti tas-sajd bil-Konz Tal-SPC/FFA |
|
IV. |
Dettalji tar-rappurtar |
|
V. |
Protokoll tal-VMS |
|
VI. |
Lista ta’ Portijiet Magħżula |
|
VII. |
Koordinati Ġeografiċi taż-Żona tas-Sajd ta’ Kiribati |
|
VIII. |
Dettalji taċ-ĊMS ta’ Kiribati |
Appendiċi III A
ĠURNAL TA’ ABBORD REĠJONALI TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-PURSE SEINE TAL-SPC/FFA
Appendiċi III B
ĠURNAL TA’ ABBORD REĠJONALI TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-SPC/FFA
Appendiċi IV
DETTALJI TAR-RAPPURTAR
RAPPORTI LID-DIRETTUR TAS-SAJD
Tel. (686) 21099 Faks: (686) 21120 Posta elettronika: flue@mfmrd.gov.ki
1. Rappurtar ta’ Dħul fiż-Żona
24 siegħa qabel id-dħul fil-limiti taż-żona tas-sajd
|
(a) |
Kodiċi tar-rapport (ZENT); |
|
(b) |
Numru tar-Reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja; |
|
(c) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(d) |
Data tad-dħul (JJ-XX-SS); |
|
(e) |
Ħin tad-dħul (GMT); |
|
(f) |
Pożizzjoni tad-dħul; |
|
(g) |
Qabda totali abbord skont il-piż u l-ispeċi.
|
eż. ZENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.10.89/0635Z/0230N;17610E/SK-510:YF-120:OT-10
2. Rappurtar tat-Tluq miż-Żona
Immedjatament mat-tluq mil-limiti taż-żona tas-sajd:
|
(a) |
Kodiċi tar-rapport (ZDEP); |
|
(b) |
Numru tar-Reġistrazzjoni: jew tal-Liċenzja; |
|
(c) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(d) |
Data tat-tluq; |
|
(e) |
Ħin tat-tluq (GMT); |
|
(f) |
Pożizzjoni tat-tluq; |
|
(g) |
Qabda abbord skont il-piż u l-ispeċi.
|
|
(h) |
Qabda totali fiż-żona skont il-piż u l-ispeċi (bħal Qabda Abbord) |
|
(i) |
Total ta’ jiem tas-sajd (l-għadd reali ta’ jiem li fihom tkun saret sajda fiż-Żona) |
eż. ZDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/21.10.89/1045Z/0125S;16730E/SJ-450:YF-190:OT-4/SJ-42:BE-70:OT-1/14
3. Rappurtar ta’ kull ġimgħa dwar il-pożizzjoni u l-qabda filwaqt li l-bastiment ikun ġewwa ż-Żona
Kull nhar ta’ Tlieta matul il-perjodu mqatta’ ġewwa l-limiti taż-żona tas-sajd wara r-rapport tad-dħul jew l-aħħar rapport ta’ kull ġimgħa;
|
(a) |
Kodiċi tar-rapport (WPCR); |
|
(b) |
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja; |
|
(c) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(d) |
Data tad-WPCR (JJ:XX:SS); |
|
(e) |
Pożizzjoni tar-rappurtar; |
|
(f) |
Qabda mill-aħħar rapport ’l hawn:
|
|
(g) |
Jiem tas-sajd mill-aħħar rapport ’l hawn. |
eż. WPCR/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/0140N;16710 W/SJ-23:YF-9:OT-2.0/7
4. Dħul fil-port, inkluż dħul għat-trażbord, għall-forniment mill-ġdid, l-iżbark tal-ekwipaġġ jew emerġenza
Tal-inqas 48 siegħa qabel ma jidħol fil-port il-bastiment:
|
(a) |
Kodiċi tar-rapport (PENT); |
|
(b) |
Numru tar-reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja; |
|
(c) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(d) |
Data tar-rappurtar (JJ-XX-SS); |
|
(e) |
Pożizzjoni tar-rappurtar; |
|
(f) |
Isem tal-Port; |
|
(g) |
Ħin stmat tal-wasla (LST) JJXX:ssmm; |
|
(h) |
Qabda abbord skont il-piż u l-ispeċi:
|
|
(i) |
Raġuni għad-dħul fil-port. |
eż.PENT/89TKS-PS001TN/JJAP2/24.12.89/0130S;17010E/BETIO/26.12:1600L/SJ-562:YF-150:OT-4/TRANSSHIPPING
5. Tluq mill-port
Minnufih wara l-ħruġ mill-port.
|
(a) |
Kodiċi tar-rapport (PDEP); |
|
(b) |
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja; |
|
(c) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(d) |
Data tar-rappurtar (GMT) (JJ-XX-SS); |
|
(e) |
Isem il-Port; |
|
(f) |
Data u l-ħin tat-Tluq (LST) JJ-MM:ssmm |
|
(g) |
Qabda abbord skont il-piż u l-ispeċi:
|
|
(h) |
Destinazzjoni li jmiss. |
eż. PDEP/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89/BETIO/29.12:1600L/SJ-0.0:YF-0.0:OT-4/FISHING GROUND
6. Dħul f’Żona Magħluqa (Ipprojbita) jew Protetta jew Ħruġ Minnha
Tal-inqas 12-il siegħa qabel ma jidħol u immedjatament wara li jitlaq miż-żona magħluqa (ipprojbita) jew protetta:
|
(a) |
Tip tar-Rapport (ENCA għad-dħul u DECA għall-ħruġ); |
|
(b) |
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja; |
|
(c) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(d) |
Data ta’ ENCA jew DECA; |
|
(e) |
Ħin tal-ENCA jew DECA (GMT) JJ-XX-SS:ssmm; |
|
(f) |
Pożizzjoni tal-ENCA jew DECA (sa minuta tal-ark); |
|
(g) |
Veloċità u rotta; |
|
(h) |
Raġuni għall-ENCA. |
eż. ENCA/89TKS-PS001TN/JJAP2/30.12.89:1645Z/0130S;17010E/7:320/ENTER PORT
7. Avviż ta’ teħid ta’ Fjuwil
Tal-inqas 24 siegħa qabel ma jerġa’ jieħu l-fjuwil minn tanker liċenzjat
|
(a) |
Tip ta’ rapport (FUEL); |
|
(b) |
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja; |
|
(c) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(d) |
Data tar-rappurtar (GMT); |
|
(e) |
Pożizzjoni tar-rappurtar (sa minuta tal-ark); |
|
(f) |
Ammont ta’ fjuwil abbord (Kilolitri); |
|
(g) |
Data stmata għat-teħid tal-fjuwil (“bunkering”); |
|
(h) |
Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil; |
|
(i) |
Isem it-tanker. |
eż. FUEL/89TKS-PS001TN/JJAP2/06.02.90/0130S;17010E/35/08.02.90/0131S;17030E/CHEMSION
8. Rapport dwar Attivitajiet tat-teħid tal-fjuwil
Immedjatament wara t-teħid tal-fjuwil minn tanker liċenzjat.
|
(a) |
Tip ta’ rapport (BUNK); |
|
(b) |
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja; |
|
(c) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(d) |
Data u Ħin tat-teħid tal-fjuwil (GMT) JJ-XX-SS:ssmm; |
|
(e) |
Pożizzjoni stmata għat-teħid tal-fjuwil; |
|
(f) |
Ammont ta’ fjuwil riċevut f’kilolitri; |
|
(g) |
Ħin tat-tlestija tat-teħid tal-fjuwil (GMT); |
|
(h) |
Pożizzjoni fi tmiem it-teħid tal-fjuwil; |
|
(i) |
Isem it-tanker. |
eż. BUNK/89TKS-S001TN/JJAP2/08.02.90:1200Z/0131S;17030E/160/08.02.90:1800Z/0131S;17035E/CRANE PHOENIX
9. Rapport dwar Attivitajiet ta’ Trażbord
Immedjatament wara t-trażbord f’port awtorizzat f’Kiribati għal bastiment liċenzjat għall-ġarr.
|
(a) |
Tip ta’ rapport (TSHP); |
|
(b) |
Numru tar-Reġistrazzjoni jew tal-Liċenzja; |
|
(c) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(d) |
Data tar-rilaxx (JJ-XX-SS); |
|
(e) |
Port tar-rilaxx; |
|
(f) |
Qabda ttrażbordata skont il-piż u l-ispeċi;
|
|
(g) |
Isem it-trasportatur bl-istiva mkessħa; |
|
(h) |
Destinazzjoni tal-qabda. |
eż. TSHP/89TKS-PS001TN/JJAP2/11.12.89/BETIO/SJ-450:YF-150:OT-0.0/JAPANSTAR/PAGO PAGO
10. Rapport tat-Tlestija
Fi żmien 48 siegħa mit-tlestija ta’ vjaġġ billi tiġi rrilaxxata l-qabda f’portijiet oħra tas-sajd (barra Kiribati) inklużi portijiet operattivi jew il-port ta’ residenza.
|
(a) |
Tip ta’ rapport (COMP); |
|
(b) |
Isem il-bastiment; |
|
(c) |
Numru tal-liċenzja; |
|
(d) |
Kodiċi tar-radju jew ittri tas-sinjal; |
|
(e) |
Data tar-rilaxx (JJ-XX-SS); |
|
(f) |
Qabda rilaxxata skont l-ispeċi;
|
|
(g) |
Isem il-port. |
eż. COMP/89TKS-PS001TN/JJAP2/26.12.89/SJ-670:YF-65:OT-0.0/BETIO
Appendiċi V
PROTOKOLL TAL-VMS
Dispożizzjonijiet applikabbli għall-monitoraġġ permezz tas-satellita tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjon Ewropea li jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati
|
1. |
Il-bastimenti tas-sajd kollha li għandhom tul kumplessiv ta’ aktar minn 15-il metru, li jistadu taħt il-Ftehim, għandhom ikunu mmonitorjati bis-satellita meta jkunu qed jistadu fiż-ŻEE ta’ Kiribati
Għall-finijiet tal-monitoraġġ permezz tas-satellita, l-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jikkomunikaw il-koordinati tal-latitudni u l-lonġitudni taż-ŻEE ta’ Kiribati. L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jgħaddu l-informazzjoni f’forma elettronika, espressa fi gradi deċimali (DD.DDD) skont is-sistema ġeodeżika WGS 84. |
|
2. |
Il-Partijiet għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-indirizzi u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fit-trażmissjoni tad-dejta b’mod elettroniku bejn iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tagħhom skont il-paragrafi 5 sa 7 ta’ dan l-Appendiċi. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej jekk jeżistu: l-ismijiet, in-numri tat-telefown, tat-teleks u tal-faks u l-indirizzi elettroniċi, li jistgħu jintużaw għall-komunikazzjoni ġenerali bejn iċ-ĊMS. |
|
3. |
Il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tkun determinata b’marġini ta’ żball inferjuri għal 500 metri u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %. |
|
4. |
Meta bastiment li jkun qed jistad fil-qafas tal-Ftehim u li jkun suġġett għall-monitoraġġ permezz tas-satellita skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jidħol fiż-ŻEE ta’ Kiribati, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti (id-data, il-ħin, l-identifikazzjoni tal-bastiment, il-lonġitudni, il-latitudni, ir-rotta u l-veloċità) jiġu kkomunikati immedjatament miċ-ĊMS liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) ta’ Kiribati f’intervalli ta’ mhux aktar minn tliet sigħat.
L-ewwel rapport POS minn bastiment misjub ġewwa ż-ŻEE ta’ Kiribati għandu jiġi identifikat bħala ENTRY (ENT). Dawn il-messaġġi se jkollhom il-format stabbilit fit-Tabella 1. Ir-rapporti POS sussegwenti minn bastiment filwaqt li jkun ġewwa ż-ŻEE ta’ Kiribati għandhom jiġu identifikati bħala POSITION (POS). Dawn il-messaġġi se jkollhom il-format stabbilit fit-Tabella 2. L-ewwel rapport POS minn bastiment li jinstab barra ż-Żona tas-Sajd ta’ Kiribati għandu jiġi identifikat bħala EXIT (EXI). Dawn il-messaġġi se jkollhom il-format stabbilit fit-Tabella 3. |
|
5. |
Il-messaġġi speċifikati fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Appendiċi għandhom jiġu trażmessi b’mod elettroniku fil-format stabbilit fih, mingħajr ebda protokoll ulterjuri. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu kkomunikati f’ħin immedjat mal-kontenuti stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3. |
|
6. |
F’każ li l-Unità ta’ Monitoraġġ Mobbli (MTU) installat abbord il-bastiment tas-sajd jiżviluppa ħsara teknika jew jieqaf jaħdem, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Appendiċi manwalment jew b’mezzi oħra liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u liċ-ĊMS ta’ Kiribati f’ħin xieraq. F’dawk iċ-ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat rapport ta’ pożizzjoni globali kull tmien sigħat. Dan ir-rapport ta’ pożizzjoni globali għandu jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni hekk kif irreġistrati mill-kaptan tal-bastiment kull tliet sigħat skont ir-rekwiżiti stipulati fil-parti 4 ta’ dan l-Appendiċi.
It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jinbidel f’perjodu ta’ mhux aktar minn xahar. Wara li tiskadi din id-data ta’ skadenza, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE ta’ Kiribati. |
|
7. |
Iċ-ĊMS tal-Istati tal-bandiera għandu jimmonitorja l-movimenti tal-bastimenti tiegħu fiż-ŻEE ta’ Kiribati. Fil-każ li l-monitoraġġ tal-bastimenti ma jsirx skont il-kondizzjonijiet stabbiliti, iċ-ĊMS ta’ Kiribati għandu jiġi informat immedjatament malli dan isir magħruf, u għandha tiġi applikata l-proċedura stipulata fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Appendiċi. |
|
8. |
Jekk iċ-ĊMS ta’ Kiribati jistabbilixxi li l-Istat tal-bandiera ma jkunx qed jibgħat l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Appendiċi, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi infurmata b’dan immedjatament. |
|
9. |
Id-dejta ta’ monitoraġġ ikkomunikata lill-Parti l-oħra b’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, hija maħsuba biss għall-finijiet ta’ kontroll u monitoraġġ mill-awtoritajiet ta’ Kiribati tal-flotta tal-Unjoni Ewropea li tkun qed tistad taħt il-Ftehim. Din id-dejta ma tistax tkun, taħt ebda ċirkostanza, ikkomunikata lil partijiet oħrajn. |
|
10. |
L-elementi tas-softwer u l-materjal tal-MTU għandhom ikunu affidabbli u ma għandhomx jippermettu d-dħul jew l-għoti ta’ pożizzjonijiet falsi jew ikunu jippermettu l-manipulazzjoni manwali.
Is-sistema għandha tkun kompletament awtomatika u operattiva f’kull ħin indipendentement mill-kondizzjonijiet ambjentali u tat-temp. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, iwaqqaf jew ifixkel l-operat tal-MTU. Il-kaptani għandhom jiżguraw li:
|
|
11. |
Kull nuqqas ta’ qbil fir-rigward tal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkun is-suġġett ta’ konsultazzjoni bejn il-Partijiet fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim. |
|
12. |
Il-Partijiet jaqblu li jirrivedu dawn id-dispożizzjonijiet, meta jkun meħtieġ. |
KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LIL KIRIBATI
RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI
Tabella 1 — Messaġġ ta’ “ENTRY” (DĦUL)
|
Element tad-Dejta |
Kodiċi tal-Qasam |
Obbligatorju/Fakultattiv |
Rimarki |
|
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Indirizz |
AD |
O |
Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa 3 tal-Parti ta’ destinazzjoni |
|
Mingħand |
FR |
O |
Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni |
RN |
F |
Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti |
|
Data tar-Reġistrazzjoni |
RD |
F |
Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni |
|
Ħin tar-Reġistrazzjoni |
RT |
F |
Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni |
|
Tip ta’ Messaġġ |
TM |
O |
Dettall tal-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “ENT” |
|
Isem il-Bastiment |
NA |
F |
Isem il-bastiment |
|
Numru Estern tar-Reġistrazzjoni |
XR |
F |
Dettall tal-bastiment; in-numru li jidher fuq il-ġenb tal- bastiment |
|
Kodiċi tar-radju |
RC |
O |
Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment |
|
Isem il-kaptan |
MA |
O |
Isem il-kaptan tal-bastiment |
|
Numru Intern ta’ Referenza |
IR |
O |
Dettall tal-bastiment. Numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi Alfa-3 ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit minn numru |
|
Latitudni |
LT |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99,999 (WGS-84) |
|
Lonġitudni |
LG |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 999,999 (WGS-84) |
|
Veloċità |
SP |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi |
|
Rotta |
CO |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360° |
|
Data |
DA |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; id-data UTC tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin UTC tal-pożizzjoni (SSMM) |
|
Tmiem tar-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
Tabella 2 — Messaġġ/rapport ta’ “POSITION” (POŻIZZJONI)
|
Element tad-Dejta |
Kodiċi tal-Qasam |
Obbligatorju/fakultattiv |
Rimarki |
|
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Indirizz |
AD |
O |
Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa 3 tal-Parti ta’ destinazzjoni |
|
Mingħand |
FR |
O |
Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni |
RN |
F |
Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti |
|
Data tar-Reġistrazzjoni |
RD |
F |
Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni |
|
Ħin tar-Reġistrazzjoni |
RT |
F |
Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni |
|
Tip ta’ Messaġġ |
TM |
O |
Dettall tal-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “POS” (1) |
|
Isem il-Bastiment |
NA |
F |
Isem il-bastiment |
|
Numru Estern tar-Reġistrazzjoni |
XR |
F |
Dettall tal-bastiment; in-numru li jidher fuq il-ġenb tal- bastiment |
|
Kodiċi tar-radju |
RC |
O |
Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment |
|
Isem il-kaptan |
MA |
O |
Isem il-kaptan tal-bastiment |
|
Numru Intern ta’ Referenza |
IR |
O |
Dettall tal-bastiment. Numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi Alfa-3 ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit minn numru |
|
Latitudni |
LT |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99,999 (WGS-84) |
|
Lonġitudni |
LG |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 999,999 (WGS-84) |
|
Attività |
AC |
F (2) |
Dettall tal-pożizzjoni; “ANC” jindika qagħda ta’ rappurtar imnaqqas |
|
Veloċità |
SP |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi |
|
Rotta |
CO |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360° |
|
Data |
DA |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; id-data UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin UTC tal-pożizzjoni (SSMM) |
|
Tmiem ir-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
Tabella 3 — Messaġġ ta’ “EXIT” (ĦRUĠ)
|
Element tad-Dejta |
Kodiċi tal-Qasam |
Obbligatorju/Fakultattiv |
Rimarki |
|
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Indirizz |
AD |
O |
Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa 3 tal-Parti ta’ destinazzjoni |
|
Mingħand |
FR |
O |
Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti |
|
Numru tar-Reġistrazzjoni |
RN |
F |
Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti |
|
Data tar-Reġistrazzjoni |
RD |
F |
Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni |
|
Ħin tar-Reġistrazzjoni |
RT |
F |
Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni |
|
Tip ta’ Messaġġ |
TM |
O |
Dettall tal-messaġġ; it-tip ta’ messaġġ, “EXI” |
|
Isem il-Bastiment |
NA |
F |
Isem il-bastiment |
|
Numru Estern tar-Reġistrazzjoni |
XR |
F |
Dettall tal-bastiment; in-numru li jidher fuq il-ġenb tal- bastiment |
|
Kodiċi tar-radju |
RC |
O |
Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment |
|
Isem il-kaptan |
MA |
O |
Isem il-kaptan tal-bastiment |
|
Numru Intern ta’ Referenza |
IR |
O |
Dettall tal-bastiment. Numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi Alfa-3 ISO tal-pajjiż tal-bandiera segwit minn numru |
|
Data |
DA |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; id-data UTC tal-pożizzjoni (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
O |
Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin UTC tal-pożizzjoni (SSMM) |
|
Tmiem ir-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
4. Dettalji tal-format
Kull messaġġ fi trażmissjoni tad-dejta għandu jkollu l-istruttura li ġejja:
|
— |
linja mmejla doppja (//) u l-karattri “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ, |
|
— |
linja mmejla doppja (//) u kodiċi tal-qasam jindikaw il-bidu ta’ informazzjoni, |
|
— |
linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi tal-qasam mill-informazzjoni, |
|
— |
il-pari ta’ dejta huma mifrudin minn spazju, |
|
— |
il-karattri “ER” u linja mmejla doppja (//) jindikaw tmiem ir-reġistrazzjoni. |
|
— |
Sett ta’ karattri: ISO 8859.1 |
(1) It-tip ta’ messaġġ għandu jkun “MAN” għal rapporti kkomunikati minn bastimenti b’tagħmir difettuż ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita.
(2) Applikabbli biss jekk il-bastiment ikun qed jittrażmetti messaġġi POS bi frekwenza mnaqqsa.
Appendiċi VI
LISTA TA’ PORTIJIET MAGĦŻULA
Il-portijiet magħżula huma:
|
— |
Tarawa |
|
— |
Kiritimati |
Appendiċi VII
KOORDINATI ĠEOGRAFIĊI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD TA’ KIRIBATI
L-awtoritajiet ta’ Kiribati għandhom jikkomunikaw il-koordinati ġeografiċi taż-ŻEE ta’ Kiribati (fil-mappa 83005-FLC) lill-UE sat-30 jum wara l-jum li fih il-Protokoll isir effettiv.
Appendiċi VIII
DETTALJI TAĊ-ĊMS TA’ KIRIBATI
Isem taċ-ĊMS: Fisheries Licensing and Enforcement Unit (Unità Responsabbli mil-Liċenzjar tas-Sajd u l-Infurzar)
Tel. VMS: 00686 21099
Posta elettronika VMS: fleu@mfmrd.gov.ki