Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0648

    2012/648/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Ottubru 2012 li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 287, 18.10.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/648/oj

    18.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 287/12


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-16 ta’ Ottubru 2012

    li taħtar membru Belġjan u membru supplenti Belġjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

    (2012/648/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

    (2)

    Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Paul FICHEROULLE sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

    (3)

    Wara l-ħatra tas-Sur Marc HENDRICKX bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

    (a)

    bħala membru:

    Is-Sur Marc HENDRICKX, Vlaams Volksvertegenwoordiger

    u

    (b)

    bħala membru supplenti:

    Is-Sur Karim VAN OVERMEIRE, Vlaams Volksvertegenwoordiger.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. D. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

    (2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


    Top