EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0646

2012/646/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Ottubru 2012 li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil

ĠU L 287, 18.10.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/646/oj

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ottubru 2012

li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil

(2012/646/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186 flimkien mal-punt (v) tal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2005/781/KE (1), il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (“il-Ftehim”).

(2)

L-Artikolu XII (2) tal-Ftehim jipprovdi kif ġej: “Dan il-Ftehim għandu jkun validu għal perjodu inizjali ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded bi ftehim bejn il-Partijiet wara evalwazzjoni li ssir fis-sena ta’ qabel l-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv ta’ tiġdid tal-Ftehim.”.

(3)

Fil-ħames laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija stabbilit ta]t l-Artikolu VI(2) tal-Ftehim,, li saret fi Brasilia fit-22 ta’ Novembru 2011, iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw l-interess tagħhom li jġeddu l-Ftehim għal ħames snin oħra.

(4)

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(5)

It-tiġdid tal-Ftehim għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika lill-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil li l-Unjoni lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għat-tiġdid tal-Ftehim skont l-Artikolu XII(2) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika li ġejja:

“B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, referenzi għal ‘il-Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim, fejn meħtieġ, għandhom jinqraw bħala referenzi għal ‘l-Unjoni Ewropea’.”.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. MALAS


(1)  ĠU L 295, 11.11.2005, p. 37.


Top