EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0643

2012/643/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2012 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

ĠU L 287, 18.10.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/643/oj

18.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 287/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Settembru 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

(2012/643/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni u l-Kanada għandhom jespandu l-kooperazzjoni doganali tagħhom biex tkopri materji tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-immaniġġar tar-riskji relatati bil-ħsieb li jżidu s-sigurtà tul il-katina loġistika kollha u fl-istess waqt jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu.

(2)

Għal dan il-għan, fis-26 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Kanada. Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-immaniġġar tar-riskji relatati (il-“Ftehim”).

(3)

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali (KKKD), meta tiġi msejħa sabiex tadotta atti li jkollhom efetti legali, għandha tiġi deċiża f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun meħtieġ, pożizzjonijiet oħrajn li għandhom jittieħdu mill-Unjoni fil-KKKD għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta’ materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top