EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0635

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tal- 15 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 282, 16.10.2012, p. 58–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/635/oj

16.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 282/58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/635/PESK

tal-15 ta’ Ottubru 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1) li implimentat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1737(2006).

(2)

Fit-23 ta' April 2007, il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK ġiet emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2007/246/PESK (2) sabiex tiġi implimentata l-UNSCR 1747 (2007). Il-Kunsill imbagħad emenda ulterjorment il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK billi adotta, fis-7 ta' Awwissu 2008, il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK (3), li implimentat l-UNSCR 1803 (2008).

(3)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (4) li implimentat il-UNSCR 1929 (2010) u ħassret il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

(4)

Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK li emendat id-Deċiżjoni 2010/413/PESK billi saħħet il-miżuri restrittivi kontra l-Iran fid-dawl tat-tħassib serju u dejjem jikber li reġa' ġie mtenni, dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran, u b'mod partikolari dwar is-sejbiet rigward l-attivitajiet Iranjani relatati mal-iżvilupp ta' teknoloġija nukleari militari, kif rifless fir-rapport tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA). Dawk il-miżuri ġew imsaħħa ulterjorment fil-15 ta' Marzu 2012 bid-Deċiżjoni 2012/152/PESK (5).

(5)

Minħabba li l-Iran naqas milli jidħol serjament f'negozjati sabiex jiġi indirizzat it-tħassib internazzjonali dwar il-programm nukleari tiegħu, il-Kunsill iqis li hija meħtieġa l-adozzjoni ta' miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Iran.

(6)

F'dan il-kuntest, huwa xieraq li tiġi riveduta l-projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lill-Iran ta' prodotti u teknoloġija b'użu doppju elenkati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (6), bil-ħsieb li jiġu inklużi oġġetti li jistgħu jkunu rilevanti lill-industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana jew li jistgħu jkunu rilevanti għall-programm nukleari, militari u tal-missili ballistiċi tal-Iran, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu evitati effetti mhux intenzjonati fuq il-popolazzjoni ċivili tal-Iran

(7)

Barra minn hekk, ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' gass naturali mill-Iran għandhom ikunu pprojbiti.

(8)

Barra minn hekk, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lejn l-Iran ta' grafit u metalli mhux maħduma jew parzjalment maħduma bħall-aluminju u l-azzar, u software għall-integrazzjoni ta' proċessi industrijali li huwa rilevanti għall-industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana jew li huwa rilevanti għall-programm nukleari, militari u tal-missili ballistiċi tal-Iran, għandhom jiġu pprojbiti.

(9)

Il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lill-Iran ta' tagħmir u teknoloġija ewlenija tal-baħar għall-bini, il-manutenzjoni u t-tiswija (refit) ta' vapuri, għandhom ikunu pprojbiti.

(10)

Barra minn hekk, l-Istati Membri m'għandhom jidħlu f'ebda impenn ġdid biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-kummerċ mal-Iran. Dan m'għandux jaffettwa impenji eżistenti u m'għandux jikkonċerna kummerċ għal finijiet ta' ikel, agrikoli, mediċi jew umanitarji oħra.

(11)

Għandu jkun ukoll ipprojbit għall-Istati Membri li jibnu jew li jipparteċipaw fil-bini ta' tankers taż-żejt ġodda għall-Iran.

(12)

Sabiex jiġi impedut it-trasferiment ta' assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni, jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' trasport ta' armi nukleari, it-transazzjonijiet bejn il-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u dawk Iranjani, għandhom ikunu pprojbiti, sakemm ma jkunux awtorizzati minn qabel mill-Istat Membru rilevanti. Dan m'għandux jipprevjeni l-kontinwazzjoni tal-kummerċ li mhuwiex ipprojbit taħt id-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(13)

Barra minn hekk, il-provvediment ta' servizzi ta' flagging u ta' klassifikazzjoni għat-tankers taż-żejt u bastimenti tal-merkanzija Iranjani għandu jkun ipprojbit.

(14)

Il-forniment ta' bastimenti maħsuba għat-trasport jew il-ħżin ta' żejt u ta' prodotti petrokimiċi lil persuni u entitajiet Iranjani jew lil persuni u entitajiet oħrajn għall-iskop tat-trasport jew tal-ħżin ta' żejt u prodotti petrokimiċi Iranjani għandhom ikunu pprojbiti.

(15)

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi tal-Bank Ċentrali Iranjan għandhom jiġu emendati.

(16)

Fl-aħħar nett, għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet addizzjonali fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, b'mod partikolari entitajiet bi sjieda Iranjana li huma involuti fis-settur taż-żejt u tal-gass, minħabba li dawn jipprovdu sors ta' dħul sostanzjali għall-Gvern Iranjan. Barra minn hekk, ċerti persuni u entitajiet għandhom jitneħħew minn dik il-lista u l-entrata għal entità waħda għandha tiġi emendata.

(17)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni.

(18)

Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 3e

1.   L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' gass naturali Iranjan għandhom ikunu pprojbiti.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

2.   Għandu jkun ipprojbit li jingħata direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja - inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni u servizzi ta' senserija relatati mal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni - relatati mal-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' gass naturali Iranjan.

3.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' kuntratti għall-konsenja ta' gass naturali ta' Stat għajr l-Iran lil Stat Membru tal-UE";

(2)

L-Artikolu 4b huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4b

1.   Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kwalunkwe obbligu relatat mal-konsenja ta' oġġetti previst f'kuntratti konklużi qabel is-26 ta' Lulju 2010 jew is-16 ta' Ottubru 2012.

2.   Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kwalunkwe obbligu li jirriżulta minn kuntratti konklużi qabel is-26 ta' Lulju 2010 jew is-16 ta' Ottubru 2012 u relatat ma' investimenti magħmulin fl-Iran qabel dawk id-dati minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri.

3.   Il-projbizzjoni fl-Artikolu 4a(1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' obbligu relatat mal-konsenja ta' oġġetti previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew is-16 ta' Ottubru 2012.

4.   Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' obbligu li jirriżulta minn kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew is-16 ta' Ottubru 2012 u relatat ma' investimenti magħmulin fl-Iran qabel dawk id-dati minn intrapriżi stabbiliti fl-Istati Membri.

5.   Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 3c(2) dment li dawk l-obbligi jirriżultaw minn kuntratti ta' servizzi jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħhom u dment li l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istat Membru rilevanti. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.

6.   Il-paragrafi 3 u 4 huma mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 3d(2) dment li dawk l-obbligi jirriżultaw minn kuntratti ta' servizzi jew kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħhom u dment li l-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-Istat Membru rilevanti. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni";

(3)

Jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 4e

1.   Il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lill-Iran ta' grafit, u ta' metalli mhux maħduma jew parzjalment maħduma, bħall-aluminju u l-azzar, li huma rilevanti għall-industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana jew li huma rilevanti għall-programm nukleari, militari u tal-missili ballistiċi tal-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kemm jekk le.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

2.   Għandu jkun ipprojbit ukoll li:

(a)

jiġu pprovduti lill-Iran assistenza teknika jew taħriġ u servizzi oħra relatati mal-punti msemmijin fil-paragrafu 1;

(b)

jiġi pprovdut lill-Iran finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe bejgħ, forniment jew trasferiment tal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-provvista ta' assistenza teknika u taħriġ relatati.

3.   Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konsapevoli jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 4f

Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4e għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' April 2013, ta' kuntratti konklużi qabel is-16 ta' Ottubru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

Artikolu 4g

1.   Il-bejgħ, il-provvista, jew it-trasferiment ta' tagħmir u teknoloġija ewlenija tal-baħar għall-bini ta' vapuri, manutenzjoni jew tiswija (refit), lill-Iran jew lil intrapriżi Iranjani jew bi sjieda Iranjana li huma involuti f'dan is-settur, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u kemm jekk le.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

2.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-forniment ta' tagħmir u teknoloġija ewlenija tal-baħar lil bastiment mhux bi sjieda Iranjana jew mhux ikkontrollat mill-Iran li jkun ġie mġiegħel jidħol f'port Iranjan jew ilmijiet territorjali Iranjani taħt force majeure.

3.   Għandu jkun ipprojbit ukoll li:

(a)

jiġu pprovduti lill-Iran assistenza teknika jew taħriġ u servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1;

(b)

jiġi pprovdut lill-Iran finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe bejgħ, forniment jew trasferiment tal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-provvista ta' assistenza teknika u taħriġ relatati.

4.   Hija pprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konsapevoli jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom bħala għan jew effett l-evażjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3.

Artikolu 4h

Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4g għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Frar 2013, ta' kuntratti konklużi qabel is-16 ta' Ottubru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.

Artikolu 4i

1.   Il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lill-Iran ta' software għall-integrazzjoni ta' proċess industrijali, li huwa rilevanti għall-industriji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iranjana jew li huwa rilevanti għall-programm nukleari, militari u tal-missili ballistiċi tal-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kemm jekk le.

L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni.

2.   Għandu jkun ipprojbit ukoll li:

(a)

jiġu pprovduti lill-Iran assistenza teknika jew taħriġ u servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1;

(b)

jiġi pprovdut lill-Iran finanzjament jew assistenza finanzjarja għal kwalunkwe bejgħ, forniment jew trasferiment tal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-provvista ta' assistenza teknika u taħriġ relatati.

3.   Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konsapevoli jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 4j

Il-projbizzjonijiet fl-Artikolu 4i għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Jannar 2013, ta' kuntratti konklużi qabel is-16 ta' Ottubru 2012 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti.";

(4)

L-Artikolu 8(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri m'għandhom jidħlu f'ebda impenn ġdid għal terminu qasir, medju jew twil biex jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-kummerċ mal-Iran, inkluż l-għoti ta' krediti tal-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni, lil ċittadini tagħhom jew lil entitajiet involuti f'kummerċ bħal dan, lanqas ma għandhom l-Istati Membri jiggarantixxu jew jirriassiguraw tali impenji.”

(5)

Jiżdied l-Artikolu li ġej:

"BINI TA' TANKERS TAŻ-ŻEJT

Artikolu 8a

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4g, il-bini jew il-parteċipazzjoni fil-bini ta' tankers taż-żejt ġodda għall-Iran jew għal persuni u entitajiet Iranjani għandhom ikunu pprojbiti.

2.   Għandu jkun ipprojbit il-provvediment ta' assistenza teknika jew finanzjament jew assistenza finanzjarja għall-bini ta' tankers taż-żejt ġodda għall-Iran jew għal persuni u entitajiet Iranjani.";

(6)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Sabiex jiġi impedut it-trasferiment lil, permezz ta', jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew it-trasferiment lil jew minn ċittadini tal-Istati Membri, entitajiet organizzati taħt il-liġijiet tagħhom (inklużi fergħat barra l-pajjiż), jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri, ta' kwalunkwe ass finanzjarju jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' trasport tal-Iran ta' armi nukleari, l-istituzzjonijiet finanzjarji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ma għandhomx jidħlu, jew ikomplu jipparteċipaw fi transazzjonijiet ma':

(a)

banek domiċiljati fl-Iran, inkluż il-Bank Ċentrali tal-Iran;

(b)

fergħat u sussidjarji, fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, ta' banek domiċiljati fl-Iran;

(c)

fergħat u sussidjarji, barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, ta' banek domiċiljati fl-Iran;

(d)

entitajiet finanzjarji li mhumiex domiċiljati fl-Iran, iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fl-Iran,

dment li tali transazzjonijiet ma jkunux awtorizzati minn qabel mill-Istat Membru rilevanti f'konformità mal-paragrafi 2 u 3.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, it-transazzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati mill-Istat Membru rilevanti:

(a)

transazzjonijiet rigward oġġetti tal-ikel, il-kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji;

(b)

transazzjonijiet rigward rimessi personali;

(c)

transazzjonijiet rigward l-eżekuzzjoni tal-eżenzjonijiet previsti f'din id-Deċiżjoni;

(d)

transazzjonijiet marbuta ma' kuntratt kummerċjali speċifiku mhux ipprojbit taħt din id-Deċiżjoni;

(e)

transazzjonijiet rigward missjoni diplomatika jew konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, safejn tali pagamenti jkunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali.

(f)

transazzjonijiet rigward pagament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet kontra l-Iran, persuni jew entitajiet Iranjani, każ b'każ u soġġetti għal notifika għaxart ijiem qabel l-awtorizzazzjoni, u transazzjonijiet ta' natura simili li ma jikkontribwixxux għall-attivitajiet ipprojbiti taħt din id-Deċiżjoni.

Ma hi meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni jew notifika għal transazzjonijiet li jaqgħu taħt il-punti (a) sa (e) li huma taħt EUR 10 000.

3   It-trasferimenti ta' fondi lejn l-Iran u mill-Iran permezz ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani għat-transazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu pproċessati kif ġej:

(a)

trasferimenti dovuti għal transazzjonijiet rigward oġġetti tal-ikel, il-kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji, taħt EUR 100 000, kif ukoll trasferimenti rigward rimessi personali, ta' inqas minn EUR 40 000, għandhom jitwettqu mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel; it-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' aktar minn EUR 10 000;

(b)

trasferimenti dovuti għal transazzjonijiet rigward oġġetti tal-ikel, il-kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji 'l fuq minn EUR 100 000, kif ukoll trasferimenti rigward rimessi personali, ta' aktar minn EUR 40 000, għandu jkollhom l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni;

(c)

kwalunkwe trasferiment ieħor ta' aktar minn EUR 10 000 għandu jkollu l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni.

4.   It-trasferimenti ta' fondi lejn u mill-Iran li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 3 għandhom jiġu pproċessati kif ġej:

(a)

trasferimenti dovuti għal transazzjonijiet rigward oġġetti tal-ikel, il-kura tas-saħħa, tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji għandhom isiru mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel; it-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' aktar minn EUR 10 000;

(b)

kwalunkwe trasferiment ieħor ta' inqas minn EUR 40 000 għandu jsir mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel; it-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' aktar minn EUR 10 000;

(c)

kwalunkwe trasferiment ieħor ta' aktar minn EUR 40 000 għandu jkollu l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtorizzazzjoni għandha titqies li tkun mogħtija fi żmien erba' ġimgħat dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ma tkunx oġġezzjonat f'dan il-perijodu ta' żmien. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni miċħuda.

5.   Fergħat u sussidjarji ta' banek domiċiljati fl-Iran fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa wkoll jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, dwar it-trasferimenti kollha ta' fondi mwettqa jew riċevuti minnhom, fi żmien ħamest ijiem ta' ħidma minn meta jwettqu jew jirċievu t-trasferiment rispettiv tal-fondi.

Soġġett għal arranġamenti ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti nnotifikati għandhom mingħajr dewmien jgħaddu din l-informazzjoni dwar in-notifiki, kif adatt, lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra, fejn il-kontropartijiet għal tali transazzjonijiet ikunu stabbiliti.”;

(7)

Jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 18a

Il-forniment minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorju taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, ta' servizzi ta' flagging u ta' klassifikazzjoni, inklużi reġistrazzjoni u numri ta' identifikazzjoni ta' kwalunkwe tip, lil tankers taż-żejt u bastimenti tal-merkanzija Iranjani għandu jkun ipprojbit mill-15 ta' Jannar 2013.

Artikolu 18b

1   Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' bastimenti maħsuba għat-trasport jew il-ħżin ta' żejt u prodotti petrokimiċi lil persuni, entitajiet jew korpi Iranjani.

2.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' bastimenti maħsuba għat-trasport jew il-ħażna ta' żejt u prodotti petrokimiċi lil kwalunkwe persuna, entità jew korp għat-trasport jew il-ħżin ta' żejt u prodotti petrokimiċi Iranjani.";

3.   Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, b'mod konsapevoli jew intenzjonali, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.”

(8)

L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1(b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(b)

persuni u entitajiet mhux koperti mill-Anness I li jkunu impenjati fi, assoċjati direttament ma', jew jipprovdu appoġġ għal, attivitajiet nukleari sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni tal-Iran jew għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż permezz ta' involviment fl-akkwist tal-oġġetti, merkanzija, tagħmir, materjal u teknoloġija pprojbiti, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet ta' proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti, jew persuni u entitajiet li għenu lil persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010) jew din id-Deċiżjoni kif ukoll membri għolja oħra u entitajiet tal-IRGC, u ta' entitajiet oħra tal-IRISL u entitajiet ta' proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew li jaġixxu f'isimhom, kif elenkati fl-Anness II.

(c)

persuni jew entitajiet oħra mhux koperti mill-Anness I li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran u entitajiet ta' proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew li huwa assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness II”;

(b)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“7.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal:

(a)

trasferiment mill-Bank Ċentrali tal-Iran, jew permezz tiegħu, ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi meta tali tasferiment ikollu l-għan li jipprovdi likwidità għall-finanzjament tal-kummerċ lill-istituzzjonijiet finanzjarji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membru;

(b)

ir-rimborż mill-Bank Ċentrali tal-Iran, jew permezz tiegħu, ta' pretensjonijiet dovuti taħt kuntratt jew ftehim li kien konkluż minn entitajiet pubbliċi jew privati Iranjani qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni,

sakemm it-trasferiment jew ir-rimborż ma jkunx ġie awtorizzat mill-Istat Membru rilevanti.”

(c)

il-paragrafi 8, 9 u 10 huma mħassra:

(d)

il-paragrafu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“11.   Il-paragrafu 7 huwa mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3, 4, 4a, 5 u 6 u għall-Artikolu 10(3) u (4).”

(e)

Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“13.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-atti jew transazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta' entitajiet elenkati fl-Anness II li għandhom drittijiet li jidderivaw minn aġġudikazzjoni oriġinali qabel is-27 ta' Ottubru 2010, minn Gvern sovran li mhux l-Iran fir-rigward ta' ftehim kondiviż għall-produzzjoni tal-gass, safejn tali atti u transazzjonijiet jirrigwardaw mal-parteċipazzjoni ta' dawk l-entitajiet f'dak il-ftehim.

14.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal atti u transazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta' entitajiet elenkati fl-Anness II safejn neċessarju għall-eżekuzzjoni, sal-31 ta' Diċembru 2014, tal-obbligi kif imsemmi fl-Artikolu 3c(2) dment li dawk l-atti u t-transazzjonijiet ikunu ġew awtorizzti minn qabel, każ b'każ, mill-Istat Membru rilevanti. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.”

Artikolu 2

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU 61, 28.2.2007, p. 49.

(2)  ĠU L 106, 24.4.2007, p. 67.

(3)  ĠU L 213, 8.8.2008, p. 58.

(4)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(5)  ĠU L 77, 16.3.2012, p. 18.

(6)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.


ANNESS

I.

L-intestatura I fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovu appoġġ lill-Gvern tal-Iran"

II.

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

A.   Persuna

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Majid NAMJOO

Twieled fil-5 ta' Jannar 1963 f'Teheran, l-Iran

Ministru tal-Enerġija. Membru tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali li jifformula l-politika nukleari tal-Iran.

16.10.2012

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Ministru tal-Enerġija

Palestine Avenue North, next to Zarathustra Avenue 81,

tel. 9-8901081.

Responsabbli għall-politika fis-settur tal-enerġija, li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul għall-Gvern Iranjan.

16.10.2012

2.

Ministeru taż-Żejt

Taleghani Avenue, ħdejn Hafez Bridge,

tel. 6214-6153751

Responsabbli għall-politika fis-settur tal-enerġija, li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul għall-Gvern Iranjan.

16.10.2012

3.

National Iranian Oil Company

(NIOC)

NIOC HQ, National Iranian Oil Company Hafez Crossing,

Taleghani Avenue Teheran - l-Iran/First Central Building,

Taleghan St., Teheran, l-Iran,

Kodiċi Postali: 1593657919

P.O. Box 1863 u 2501

Entità proprjetà ta' u mmexxija mill-Istat li tipprovdi riżorsi finanzjarji lill-Gvern tal-Iran. Il-Ministru taż-Żejt hu d-Direttur tal-Bord tal-NIOC u l-Viċi Ministru taż-Żejt hu d-Direttur Maniġerjali tal-NIOC.

16.10.2012

4.

National Iranian Oil Company

(NIOC) PTE LTD

7 Temasek Boulevard #07-02,

Suntec Tower One 038987,

Singapor;

Reġistrazzjoni ID 199004388C

Singapor

Sussidjarja tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

5.

National Iranian Oil Company

(NIOC)

International Affairs Limited

NIOC House,

4 Victoria Street,

Londra

SW1H 0NE,

Renju Unit;

Numru tal-Kumpannija fir-Renju Unit 02772297

(Renju Unit)

Sussidjarja tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

6.

Iran Fuel Conservation Organization

(IFCO)

No. East Daneshvar St.

North Shiraz St.

Molasadra St.

Vanak Sq.

Teheran

Iran

Tel.: (+98) 2188604760-6

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

7.

Karoon Oil & Gas Production Company

Karoon Industrial Zone

Ahwaz

Khouzestan

Iran

Tel.: (+98) 6114446464

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

8.

Petroleum Engineering & Develop-ment Company

(PEDEC)

No. Shahid Kalantari St.

Sepahbod Qarani Ave.

Teheran

Iran

Tel.: (+98) 2188898650-60

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

9.

North Drilling Company

(NDC)

No. 35th St.

Alvand St.

Argentine Sq.

Teheran

Iran

Tel.: (+98) 2188785083-8

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

10.

Khazar Expl & Prod Co

(KEPCO)

No. 11th St.

Khaled Eslamboli St.

Teheran

Iran

Tel.: (+98) 2188722430

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

11.

National Iranian Drilling Company

(NIDC)

Airport Sq.

Pasdaran Blvd.

Ahwaz

Khouzestan

Iran

Tel.: (+98) 6114440151

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

12.

South Zagros Oil & Gas Production Company

Parvaneh St.

Karimkhan Zand Blvd.

Shiraz

Iran

Tel.: (+98) 7112138204

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

13.

Maroun Oil & Gas Company

Ahwaz-Mahshahr Rd.

(Km 12)

Ahwaz

Iran

Tel.: (+98) 6114434073

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

14.

Masjed-soleyman Oil & Gas Company

(MOGC)

Masjed Soleyman

Khouzestan

Iran

Tel.: (+98) 68152228001

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

15.

Gachsaran Oil & Gas Company

Gachsaran

Kohkiluye-va-Boyer

Ahmad

Iran

Tel.: (+98) 7422222581

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

16.

Aghajari Oil & Gas Production Company

(AOGPC)

Naft Blvd.

Omidieh

Khouzestan

Iran

Tel.: (+98) 611914701

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

17.

Arvandan Oil & Gas Company

(AOGC)

Khamenei Ave.

Khoramshar

Iran

Tel.: (+98) 6324214021

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

18.

West Oil & Gas Production Company

No. Zan Blvd.

Naft Sq.

Kermanshah

Iran

Tel.: (+98) 8318370072

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

19.

East Oil & Gas Production Company

(EOGPC)

No. Payam 6 St.

Payam Ave.

Sheshsad Dastgah

Mashhad

Iran

Tel.: (+98) 5117633011

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

20.

Iranian Oil Terminals Company

(IOTC)

No. Beyhaghi St.

Argentine Sq.

Teheran

Iran

Tel.: (+98) 2188732221

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

21.

Pars Special Economic Energy Zone

(PSEEZ)

Pars Special Economic Energy Zone Org.

Assaluyeh

Boushehr

Iran

Tel.: (+98) 7727376330

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

22.

Iran Liquefied Natural Gas Co.

No.20, Alvand St, Argentina Sq,

Teheran, 1514938111

IRAN

Trade Capital Bank +9821 888 77 0 11

Tel: Fax: +9821 888 77 0 25

info@iranlng.ir

Sussidjarja tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

23.

Naftiran Intertrade Company

(a.k.a. Naftiran Trade Company)

(NICO)

Tel.: (+41) 213106565

OG 1

International House

The Parade

St. Helier JE3QQ

Jersey, Renju Unit

Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

16.10.2012

24.

Naftiran Intertrade Company Srl

Sàrl Ave.

De la Tour-Haldimand 6

1009 Pully

Schweiz

Sussidjarja (100 %) tan-Naftiran Intertrade Company Ltd. Petroiran Development Company (PEDCO) Ltd (magħrufa wkoll bħala PetroIran; magħrufa wkoll bħala "PEDCO")

16.10.2012

25.

Petroiran Development Company (PEDCO) Ltd

(a.k.a. PetroIran; a.k.a. "PEDCO")

National Iranian Oil Company - PEDCO,

P.O. Box 2965,

Al Bathaa Tower,

9th Floor, Apt. 905, Al Buhaira Corniche, Sharjah,

L-Emirati Għarab Magħquda;

P.O. Box 15875-6731,

Teheran,

Iran; 41,

1st Floor, International House,

The Parade,

St. Helier JE2 3QQ,

Jersey;

No. 22, 7th Lane,

Khalid Eslamboli Street,

Shahid Beheshti Avenue,

Teheran,

Iran;

No. 102, Next to Shahid Amir Soheil Tabrizian Alley,

Shahid Dastgerdi (Ex Zafar) Street,

Shariati Street,

Teheran 19199/45111,

Iran;

Kish Harbour,

Bazargan Ferdos Warehouses,

Kish Island,

Iran;

Reġistrazzjoni ID 67493 (Jersey)

Sussidjarja ta' Naftiran Intertrade Company Ltd.

16.10.2012

26.

Petropars Ltd.

(a.k.a. Petropasr Limited; a.k.a. "PPL")

Calle La Guairita, Centro Profesional Eurobuilding,

Piso 8,

Oficina 8E,

Chuao,

Caracas 1060,

Venezuela;

No. 35, Farhang Blvd.,

Saadat Abad,

Teheran,

Iran;

P.O. Box 3136,

Road Town,

Tortola,

Gżejjer Verġni

Brittaniċi;

l-uffiċċji kollha madwar id-dinja

Sussidjarja ta' Naftiran Intertrade Company Ltd.

16.10.2012

27.

Petropars International FZE

(magħrufa wkoll bħala PPI FZE)

P.O. Box 72146,

Dubai,

L-Emirati Għarab Magħquda;

l-uffiċċji kollha madwar id-dinja

Sussidjarja ta' Petropars Ltd.

16.10.2012

28.

Petropars UK Limited

47 Queen Anne Street,

Londra W1G 9JG,

Renju Unit;

Numru tal-Kumpannija fir-Renju Unit 03503060

(Renju Unit);

l-uffiċċji kollha madwar id-dinja

Sussidjarja ta' Petropars Ltd.

16.10.2012

29.

National Iranian Gas Company

(NIGC)

(1)

National Iranian Gas Company Building,

South Aban Street,

Karimkhan Boulevard,

Teheran,

Iran

(2)

P.O. Box 15875,

Teheran,

Iran

(3)

NIGC Main Bldg.

South Aban St.

Karimkhan Ave.,

Teheran 1598753113,

Iran

Entità proprjetà ta' u mmexxija mill-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. Il-Ministru taż-Żejt hu l-President tal-Bord tal-NIGC u l-Viċi Ministru taż-Żejt huwa d-Direttur Maniġerjali u l-Viċi President tal-NIGC.

16.10.2012

30.

National Iranian Oil Refining and Distribution Company

(NIORDC)

4 Varsho Street,

Teheran 1598666611,

P.O .Box 15815/3499

Teheran

Entità proprjetà ta' u mmexxija mill-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. Il-Ministru taż-Żejt huwa l-President tal-Bord tan-NIORDC.

16.10.2012

31.

National Iranian Tanker Company

(NITC)

 

Effettivament ikkontrollata mill-Gvern tal-Iran. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran permezz tal-azzjonisti tagħha li jżommu rabtiet mal-Gvern.

16.10.2012

32.

Trade Capital Bank

220035 il-Bjelorussja

info@nitc-tankers.com;

l-uffiċċji kollha madwar id-dinja. Kumpannija kkontrollata mill-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran.

Trade Capital Bank

+375 (17) 3121012

220035 Belarus

e-mail: 65A

Tel: Fax +375 (17) 3121008

16.10.2012

33.

Bank of Industry and Mine

No. Firouzeh Tower (fuq park way junction)

Valiaar St.

Teheran

Tel. 021-22029859

Tel: Fax: 021-22260272-5

Kumpannija proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran.

16.10.2012

34.

Cooperative Development Bank

(magħruf ukoll bħala Tose’e Ta’avon Bank)

Bozorgmehr St.

Vali-e Asr Ave

Teheran

Trade Capital Bank +(9821) 66419974 / 66418184

Tel: Fax: (+9821) 66419974

e-mail: info@sandoghtavon.gov.ir

Kumpannija proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran.

16.10.2012

III.

L-entrata għall-entità stabbilita fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkata hawn taħt għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

B.   Entitajiet

Isem

Informazzjoni ta' Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

Central Bank of Iran

(magħruf ukoll bħala Central Bank of the Islamic Republic of Iran)

Indirizz postali: Mirdamad Blvd., NO.144,

Tehran,

Islamic Republic of Iran

Kaxxa Postali: 15875 / 7177

Switchboard: +98 21 299 51

Indirizz bil-Cable: MARKAZBANK

Telex: 216 219-22 MZBK IR

Indirizz SWIFT: BMJIIRTH

Website: http://www.cbi.ir

Posta elettronika: G.SecDept@cbi.ir

Involviment f'attivitajiet biex jiġu evitati sanzjonijiet. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran.

23.1.2012

IV.

Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitħassru mil-lista stabbilita fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

1.

Mohammad MOKHBER

2.

Hassan BAHADORI

3.

Dr. Peyman Noori BROJERDI

4.

Dr. Mohammad JAHROMI

5.

Mahmoud Reza KHAVARI

6.

Dr M H MOHEBIAN

7.

Bahman VALIKI

8.

Pouya Control

9.

Boustead Shipping Agencies Sdn Bhd

10.

OTS Steinweg Agency.


Top