This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0634
Council Decision 2012/634/CFSP of 15 October 2012 amending Decision 2011/782/CFSP concerning restrictive measures against Syria
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/634/PESK tal- 15 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/634/PESK tal- 15 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
ĠU L 282, 16.10.2012, p. 50–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2012; Imħassar b' 32012D0739
16.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/634/PESK
tal-15 ta’ Ottubru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (1). |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali. |
(3) |
Għandu jiġi pprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' armi mis-Sirja, kif ukoll il-provvista ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata. |
(4) |
Barra minn hekk, it-titjiriet operati mis-Syrian Arab Airlines m'għandhomx jingħataw aċċess għall-ajruporti tal-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri taħt id-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili. |
(5) |
Għandu jiġi speċifikat li l-projbizzjoni kontra li fondi jew riżorsi ekonomiċi għas-Syrian Arab Airlines isiru disponibbli ma tapplikax għal atti jew transazzjonijiet imwettqa għall-iskop waħdieni tal-evakwazzjoni ta' ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom mis-Sirja. |
(6) |
Barra minn hekk, aktar persuni u entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK. B'mod partikolari, il-Ministri kollha tal-Gvern Sirjan għandhom jiġu nominati fid-dawl tar-responsabbiltà kollettiva tagħhom għar-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
(7) |
Il-miżuri restrittivi għandhom jinżammu kontra ex-ministri tal-Gvern Sirjan peress li huma jistgħu jibqgħu jitqiesu assoċjati mar-reġim u r-repressjoni vjolenti tiegħu kontra l-popolazzjoni ċivili. Għaldaqstant l-entrati għal dawk il-persuni għandhom jiġu emendati. |
(8) |
Barra minn hekk, għandhom jitneħħew żewġ persuni u entità waħda mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi. |
(9) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri f'din id-Deċiżjoni. |
(10) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a 1. Għandu jiġi pprojbit ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' sostituzzjoni għal dawn ta' qabel, mis-Sirja, jew li joriġinaw mis-Sirja. 2. Għandu jiġi pprojbit li jingħata, direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, u servizzi ta' senserija relatati ma' assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe xiri, importazzjoni jew trasport tal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1, mis-Sirja jewli joriġinaw mis-Sirja.". |
(2) |
L-Artikolu 17a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17a 1. L-Istati Membri, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b’mod konsistenti mad-dritt internazzjonali, partikolarment ma' ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-aċċess għall-ajruporti taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom tat-titjiriet kollha esklużivi għall-merkanzija operati minn trasportaturi Sirjani u t-titjiriet kollha operati mis-Syrian Arab Airlines. 2. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-aċċess għal ajruporti taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stati Membri ta' titjiriet operati mis-Syrian Arab Airlines, neċessarji għall-iskop waħdieni tal-evakwazzjoni ta' ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom mis-Sirja.". |
(3) |
Fl-Artikolu 19, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “11. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal atti jew transazzjonijiet imwettqa fir-rigward tas-Syrian Arab Airlines, għall-iskop waħdieni tal-evakwazzjoni ta' ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom mis-Sirja.". |
Artikolu 2
L-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK għandu jiġi emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.
ANNESS
I. |
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK A. Persuni
B. Entitajiet
|
II. |
L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti mill-entrati t'hawn taħt.
|
III. |
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.
|