Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0632

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/632/PESK tal- 15 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/127/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea

    ĠU L 282, 16.10.2012, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2018; Impliċitament imħassar minn 32018D1944

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/632/oj

    16.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 282/46


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/632/PESK

    tal-15 ta’ Ottubru 2012

    li temenda d-Deċiżjoni 2010/127/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Eritrea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/127/PESK (1).

    (2)

    Fil-25 ta’ Lulju 2012, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2060 (2012) u b’hekk emenda l-embargo fuq l-armi impost mill-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1907 (2009).

    (3)

    Id-Deċiżjoni 2010/127/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2010/127/PESK:

    “4.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal:

    (a)

    ilbies protettiv inklużi ġkieket antiprojettili u elmi militari, esportati temporanjament lejn l-Eritrea minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss;

    (b)

    provvisti ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, kif approvati minn qabel mill-Kumitat stabbilit skont il-UNSCR 751 (1992) u li l-mandat tiegħu ġie estiż mill-UNSCR 1844 (2008) (‘il-Kumitat tas-Sanzjonijiet’).”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 51, 2.3.2010, p. 19.


    Top