This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0518
2012/518/EU: Council Decision of 24 September 2012 appointing two Cyprus members and three Cyprus alternate members of the Committee of the Regions
2012/518/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2012 li taħtar żewġ membri Ċiprijotti u tliet membri supplenti Ċiprijotti fil-Kumitat tar-Reġjuni
2012/518/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2012 li taħtar żewġ membri Ċiprijotti u tliet membri supplenti Ċiprijotti fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 258, 26.9.2012, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015
26.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Settembru 2012
li taħtar żewġ membri Ċiprijotti u tliet membri supplenti Ċiprijotti fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2012/518/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ċiprijott,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Savvas ELIOFOTOU u tas-Sur Evyenios MICHAIL saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Andreas MOUSEOS tas-Sur Andreas HADZILOIZOU u tas-Sur Christofis ANTONIOU, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
(a) |
bħala membri:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.