This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0515
Council Decision 2012/515/CFSP of 24 September 2012 amending and extending Decision 2010/565/CFSP on the European Union mission to provide advice and assistance for security sector reform in the Democratic Republic of the Congo (EUSEC RD Congo)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/515/PESK tal- 24 ta’ Settembru 2012 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/515/PESK tal- 24 ta’ Settembru 2012 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
ĠU L 257, 25.9.2012, pp. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2013
|
25.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/515/PESK
tal-24 ta’ Settembru 2012
li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/565/PESK dwar il-missjoni ta' konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), modifikata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2011/538/PESK (2). Il-missjoni EUSEC RD Congo tiskadi fit-30 ta' Settembru 2012. |
|
(2) |
Fit-13 ta' Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà approva r-rakkomandazzjoni li l- EUSEC RD Congo tiġi estiża b'sena waħda, segwita minn fażi transizzjonali finali ta' tnax-il xahar bil-mira li jiġu ttrasferiti l-kompiti tagħha. |
|
(3) |
Il-missjoni EUSEC RD Congo għandha ghalhekk tiġi estiża sat-30 ta' Settembru 2013. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jigi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUSEC RD Congo għall-perijodu bejn l-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ ukoll li jiġu adattati ċerti dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni klassifikata tal-UE. |
|
(6) |
Il-missjoni EUSEC RD Congo ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċizjoni Nru 2010/565/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 9(1): "L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 għandu jkun ta' EUR 11 000 000."; |
|
(2) |
L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej: "Artikolu 13 Rilaxx ta' informazzjoni klassifikata 1. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, kif ikun il-każ u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "CONFIDENTIEL UE / EU CONFIDENTIAL" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta' Marzu 2011 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (*1). 2. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lin-NU, f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / UE RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti għal dan il-għan bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tan-NU. 3. Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE / EU RESTRICTED" iġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. L-arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti għandhom jitfasslu għal dan il-għan. 4. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni kwalunkwe dokument mhux klassifikat tal-UE marbut mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkun kopert mill-obbligu ta' segretezza professjonali f'konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (*2). 5. Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni. (*1) ĠU L 141. 27.5.2011. p. 17." (*2) Id-Deċizjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).";" |
|
(3) |
Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 15 huwa sostitwit bit-test li ġej: "3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO) li għandu jirrapporta lilu u li għandu jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)."; |
|
(4) |
Fl-Artikolu 17, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2013.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS