EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0487

2012/487/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUAVSEC-South Sudan/1/2012 tal- 10 ta’ Awwissu 2012 dwar il-ħatra ta’ Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni fis-Sudan t’Isfel (EUAVSEC-South Sudan)

ĠU L 229, 24.8.2012, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/487/oj

24.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 229/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUAVSEC-SOUTH SUDAN/1/2012

tal-10 ta’ Awwissu 2012

dwar il-ħatra ta’ Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni fis-Sudan t’Isfel (EUAVSEC-South Sudan)

(2012/487/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/312/PESK tat-18 ta’ Ġunju 2012 dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni fis-Sudan t’Isfel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bl-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/312/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-EUAVSEC-South Sudan, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Lasse ROSENKRANDS CHRISTENSEN bħala l-Kap ta’ Missjoni tal-EUAVSEC-South Sudan sat-18 ta’ Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Lasse ROSENKRANDS CHRISTENSEN huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni fis-Sudan t’Isfel (EUAVSEC-South Sudan) sat-18 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2012.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 158, 19.6.2012, p. 17.


Top