Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0453

    2012/453/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XX (Ambjent) ta’ mal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 206, 2.8.2012, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/453/oj

    2.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 206/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-10 ta’ Lulju 2012

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XX (Ambjent) ta’ mal-Ftehim ŻEE

    (2012/453/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-servizzi ta’ Netwerk (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (3) (“il-Ftehim ŻEE”).

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 268/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika tal-Istati Membri mill-istituzzjoniiet u l-entitajiet Komunitarji skont kundizzjonijiet armonizzati (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward ta’ servizzi ta’ tniżżil u servizzi ta’ trasformazzjoni (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabilità ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi spazjali (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 102/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabilità ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi spazjali (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (6)

    L-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

    (7)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XX (Ambjent) ta’ mal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. SHIARLY


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9.

    (3)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (4)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 8.

    (5)  ĠU L 323, 8.12.2010, p. 1.

    (6)  ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11.

    (7)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 13.


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    ta’

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) ta’ mal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’…. (1)

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-servizzi ta’ Netwerk (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 268/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika tal-Istati Membri mill-istituzzjoniiet u l-entitajiet Komunitarji skont kundizzjonijiet armonizzati (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward ta’ servizzi ta’ tniżżil u servizzi ta’ trasformazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interoperabilità ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi spazjali (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 102/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabilità ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi spazjali (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness XX ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test tal-adattamenti (a) u (b) tal-punt 1j (id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jinbidlu b’dan li ġej:

    “(a)

    Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikoli 6(a), 6(b) u 7(3) jinftiehmu li jinkludu perjodu addizzjonali ta’ tliet snin.

    (b)

    Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, id-dati msemmija fl-Artikoli 21(2), 21(3) u 24(1) jinftiehmu li jinkludu perjodu addizzjonali ta’ tliet snin.”.

    2.

    L-adattament li ġej għandu jiżdied mal-punt 1jb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE):

    “Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li jmiss:

    (a)

    Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, is-sena msemmija fl-Artikolu 11(2), it-tieni subparagrafu, tkun l-istess bħas-sena msemmija fl-Artikolu 18, kif adattat għall-Istati tal-EFTA.

    (b)

    Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, id-data msemmija fl-Artikolu 18 tinftiehem li tinkludi perjodu addizzjonali ta’ tliet snin.”.

    3.

    Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 1jb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/442/KE):

    “1jc.

    32009 R 0976: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009 tad-19 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-Servizzi ta’ Netwerk (ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9), kif emendat bi:

    32010 R 1088: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 1).

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

    Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, id-dati msemmija fl-Artikolu 4 jinftiehmu li jinkludu perjodu addizzjonali ta’ tliet snin.

    1jd.

    32010 R 0268: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 268/2010 tad-29 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċċess għal settijiet u servizzi ta’ dejta ġeografika tal-Istati Membri mill-istituzzjoniiet u l-entitajiet Komunitarji skont kundizzjonijiet armonizzati (ĠU L 83, 30.3.2010, p. 8).

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

    Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 8 jinftiehmu li jinkludu perjodu addizzjonali ta’ tliet snin.

    1je.

    32010 R 1089: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat-23 ta’ Novembru 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-settijiet tad-dejta u servizzi ġeografiċi (ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11), kif emendat bi:

    32011 R 0102: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 102/2011 tal-4 ta’ Frar 2011 (ĠU L 31, 5.2.2011, p. 13).”.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009, (UE) Nru 268/2010, (UE) Nru 1088/2010, (UE) Nru 1089/2010 u (UE) Nru 102/2011 fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil- …, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim isiru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L …

    (2)  ĠU L 274, 20.10.2009, p. 9.

    (3)  ĠU L 83, 30.3.2010, p. 8.

    (4)  ĠU L 323, 8.12.2010, p. 1.

    (5)  ĠU L 323, 8.12.2010, p. 11.

    (6)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 13.

    (*)  [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


    Top