This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0450
2012/450/EU: Commission Implementing Decision of 27 July 2012 amending Decision 2009/821/EC as regards the list of border inspection posts (notified under document C(2012) 5187) Text with EEA relevance
2012/450/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5187) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/450/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera (notifikata bid-dokument numru C(2012) 5187) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 203, 31.7.2012, pp. 68–70
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014
|
31.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/68 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Lulju 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 5187)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/450/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 li tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Wara komunikazzjoni mingħand ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit, l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera f’dawk l-Istati Membri għandhom jiġu emendati fil-lista stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(3) |
Wara spezzjonijiet sodisfaċenti mis-servizzi ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, xi postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntieri ġodda f’Jade-Weser-Port Wilhelmshaven fil-Ġermanja, fl-ajruport ta’ Riga fil-Latvja u fl-ajruport ta Edinburgu fir-Renju Unit għandhom jiżdiedu mal-annotazzjonijiet għal dawk l-Istati Membri fil-lista stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-Italja kkomunikat li l-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta’ Milano-Linate għandu jkun temporanjament sospiż u li s-sospensjoni temporanja tal-ispezzjoni fil-fruntiera f’Torino-Caselle għandha titneħħa. Għaldaqstant il-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-Latvja kkomunikat li l-ispezzjoni fil-fruntiera f’Patarnieki għandha tkun temporanjament sospiża u li l-annotazzjoni rilevanti għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
ANNESS
L-Anness I mad-Deċiżjoni 2009/821/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-parti li tikkonċerna r-Repubblika Ċeka, l-annotazzjoni għall-ajruport fi Praha-Ruzyně tinbidel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
il-parti li tikkonċerna lil Spanja hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:
|
|
(5) |
il-parti li tikkonċerna lil-Latvja hija emendata kif ġej:
|
|
(6) |
fil-parti li tikkonċerna l-Portugall, l-annotazzjoni għall-port ta’ Aveiro titħassar; |
|
(7) |
il-parti li tikkonċerna lir-Renju Unit hija emendata kif ġej:
|