Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0425

    2012/425/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

    ĠU L 198, 25.7.2012, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/425/oj

    25.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 198/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-10 ta’ Lulju 2012

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

    (2012/425/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 192(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti fir-rigward tal-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet.

    (2)

    Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (3).

    (3)

    Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża biex tkun tkopri l-qasam tal-isport.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar l-istabbiliment tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (4) li hu inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE. Il-Ftehim taż-ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat sabiex jieħu kont tar-Regolament (KE) Nru 401/2009.

    (5)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ.

    (6)

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. SHIARLY


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

    (4)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    ta’

    li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ … (1).

    (2)

    Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (2).

    (3)

    Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża biex tkun tkopri l-qasam tal-isport.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 (3) li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt il-Ftehim taż-ŻEE.

    (5)

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għaldaqstant jiġi emendat sabiex din l-estensjoni tal-kooperazzjoni tkun tista’ sseħħ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll 31 tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

    1.

    Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2

    (a)

    L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fl-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘Aġenzija’, u fin-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (*).

    (b)

    L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a), f’konformità mal-Artikolu 82(1) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim.

    (c)

    Konsegwentement għall-punt (b), l-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija mingħajr ma jkollhom id-dritt għall-vot, u għandhom ikunu assoċjati mal-ħidma tal-kumitat xjentifiku tal-Aġenzija.

    (d)

    It-terminu ‘Stat(i) Membru/i’ u termini oħra li jagħmlu referenza għall-entitajiet pubbliċi tagħhom imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament għandhom jinftiehmu b’tali mod li, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, ikunu jinkludu lill-Istati tal-EFTA u lill-entitajiet pubbliċi tagħhom.

    (e)

    Id-dejta ta’ natura ambjentali pprovduta lil jew maħruġa mill-Aġenzija tista’ tiġi ppublikata u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, sakemm fl-Istati tal-EFTA jingħata livell ta’ protezzjoni għall-informazzjoni kunfidenzjali li jkun ugwali għal dak li jingħata fl-Unjoni.

    (f)

    L-Aġenzija għandha jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati kollha tal-Partijiet Kontraenti, hija għandha tgawdi il-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva li tingħata lill-persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom.

    (g)

    L-Istati tal-EFTA għandhom japplikaw għall-Aġenzija il-Protokoll tal-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

    (h)

    B’deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini tal-Istati tal-EFTA, li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini, jistgħu jiddaħħlu jaħdmu b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.

    (i)

    Bis-saħħa tal-Artikolu 79(3), il-Parti VII (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali) tal-Ftehim għandha tapplika għal dan il-paragrafu.

    (j)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, għandu, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 401/2009, japplika wkoll għal kull dokument tal-Aġenzija li jkun jirrigwarda l-Istati tal-EFTA.

    (*)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.”."

    2.

    L-intestatura tal-Artikolu 4 (L-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “L-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara li tkun saret l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (**).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L …

    (2)  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.

    (3)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.

    (**)  [Ma hemm indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


    Top