Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0424

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK tat- 23 ta’ Lulju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    ĠU L 196, 24.7.2012, p. 81–84 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2012; Imħassar b' 32012D0739

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/424/oj

    24.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 196/81


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/424/PESK

    tat-23 ta’ Lulju 2012

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

    (2)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, għandhom jiġu inklużi aktar persuni u entitajiet fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif imniżżla fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. ASHTON


    (1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


    ANNESS

    Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Brigadier

    Sha’afiq Masa

     

    Direttur tal-fergħa 215 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. Jipparteċipa fir-repressjoni taċ-ċittadini.

    24.7.2012

    2.

    Brigadier

    Burhan Qadour

     

    Direttur tal-fergħa 291 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    3.

    Brigadier

    Salah Hamad

     

    Viċi Direttur tal-Fergħa 291 tas-Servizzi tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    4.

    Brigadier Muhammed

    (jew: Mohammed) Khallouf (magħruf ukoll bħala Abou Ezzat)

     

    Direttur tal-fergħa 235 imsejħa "Palestina" (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art, li tinsab fil-qalba tal-mezzi repressivi tal-armata. Jipparteċipa direttament fir-repressjoni tal-avversarji. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    5.

    Maġġur Ġeneral Riad al-Ahmed

     

    Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura u mill-qtil ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    6.

    Brigadier

    Abdul Salam Fajr Mahmoud

     

    Direttur tal-fergħa ta' Bab Touma (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    7.

    Brigadier

    Jawdat al-Ahmed

     

    Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    8.

    Kurunell

    Qusay Mihoub

     

    Direttur tal-fergħa ta' Deraa (mibgħut minn Damas għal Deraa fil-bidu tar-rewwixti f'din il-belt) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    9.

    Kurunell Suhail

    Al-Abdullah

     

    Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    10.

    Brigadier

    Khudr Khudr

     

    Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    11.

    Brigadier

    Ibrahim Ma’ala

     

    Direttur tal-fergħa 285 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali (issostitwixxa l-Brigadier Hussam Fendi fl-aħħar tal-2011). Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    12.

    Brigadier

    Firas Al-Hamed

     

    Direttur tal-fergħa 318 (Homs) tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    13.

    Brigadier

    Hussam Luqa

     

    Direttur tal-fergħa ta' Homs sa minn April 2012 (suċċesser tal-Brigadier Nasr al-Ali) tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    14.

    Brigadier

    Taha Taha

     

    Responsabbli mis-sit tal-fergħa ta' Lattaquié tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    15.

    Brigadier

    Nasr al-Ali

     

    Responsabbli mis-sit ta' Deraa sa minn April 2012 (ex-Direttur tal-fergħa ta' Homs) tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

    24.7.2012

    16.

    Bassel Bilal

     

    Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib; Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib.

    24.7.2012

    17.

    Ahmad Kafan

     

    Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib. Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib.

    24.7.2012

    18.

    Bassam al-Misri

     

    Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib; Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib.

    24.7.2012

    20.

    Ahmed al-Jarroucheh

    Data tat-Twelid: 1957

    Direttur tal-fergħa esterna tal-Intelligence Ġenerali (fergħa 279). Bħala tali, huwa responsabbli mill-mezzi tal-Intelligence Ġenerali fl-ambaxxati Sirjani. Jipparteċipa direttament fir-repressjoni mill-awtoritajiet Sirjani tal-avversarji u huwa b'mod partikolari inkarigat mir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana barra mill-pajjiż.

    24.7.2012

    20.

    Michel Kassouha

    (magħruf ukoll bħala Ahmed Salem; magħruf ukoll bħala Ahmed Salem Hassan)

    Data tat-Twelid: 1 ta' Frar 1948

    Membru tas-servizzi ta' sigurtà Sirjana sa mill-bidu tas-snin 1970, huwa involut fil-ġlieda kontra l-avversarji fi Franza u fil-Ġermanja. Sa minn Marzu 2006, huwa responsabbli mir-relazzjonijiet tal-Fergħa 273 tal-Intelligence Ġenerali Sirjana. Uffiċjal tat-Tmexxija storiku, huwa qrib tad-Direttur tal-Intelligence Ġenerali Ali Mamlouk, wieħed mill-uffiċjali ewlenin tas-sigurtà tar-reġim, soġġett għal miżuri restrittivi mill-UE sa mid-9 ta' Mejju 2011. Jappoġġa direttament ir-repressjoni mir-reġim tal-avversarji u huwa b'mod partikolari inkarigat mir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana barra mill-pajjiż.

    24.7.2012

    21.

    Ġeneral Ghassan Jaoudat Ismail

    Data tat-Twelid: 1960

    Post tal-oriġini: Derikich, reġjun ta' Tartous.

    Responsabbli mill-fergħa tal-missjonijiet tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li f'kooperazzjoni mal-fergħa tal-operazzjonijiet speċjali, tmexxi t-truppi élite tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li għandhom rwol importanti fir-repressjoni mir-reġim. Bħala tali Ghassan Jaoudat Ismail jagħmel parti mir-responsabbli militari li jwettqu direttament ir-repressjoni mir-reġim kontra l-oppożizzjoni.

    24.7.2012

    22.

    Ġeneral Amer al-Achi (magħruf ukoll bħala Amis al Ashi; magħruf ukoll bħala Ammar Aachi; magħruf ukoll bħala Amer Ashi)

     

    Gradwat mill-iskola tal-gwerra ta' Alep, Kap tal-fergħa tal-intelligence tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru (sa mill-2012), qrib ta' Daoud Rajah, ministru tad-difiża Sirjan. Permezz tal-funzjonijiet tiegħu fis-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, Amer al- Achi huwa involut fir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana.

    24.7.2012

    23.

    Ġeneral Mohammed Ali Nasr (jew: Mohammed Ali Naser)

    Data tat-Twelid: madwar 1964

    Qrib ta' Maher al-Assad, l-akbar wieħed mill-aħwa tal-president. Għamel il-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu fil-Gwardja Repubblikana. Fl-2010 integra l-fergħa interna (jew il-fergħa 251) tal-Intelligence Ġenerali, li hija responsabbli mill-ġlieda kontra l-oppożizzjoni politika. Bħala wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli tagħha, il-Ġeneral Mohammed Ali jipparteċipa direttament fir-repressjoni kontra l-avversarji.

    24.7.2012

    24.

    Ġeneral Issam Hallaq

     

    Kap tal-Istat-Maġġur tal-Armata tal-Ajru sa mill-2010. Jikkmanda l-operazzjonijiet tal-ajru kontra l-avversarji.

    24.7.2012

    25.

    Ezzedine Ismael

    Data tat-Twelid: f'nofs is-snin 1940 (probabbilment 1947).

    Post tat-Twelid: Bastir. Reġjun ta' Jableh.

    Ġeneral irtirat u uffiċjal tat-tmexxija storiku tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li kien il-kap tagħha fil-bidu tas-snin 2000. Inħatar kunsillier politiku u tas-sigurtà tal-President 2006. Bħala kunsillier politiku u tas-sigurtà tal-President Sirjan, Ezzedine Ismael huwa involut fil-politika repressiva mir-reġim kontra l-avversarji.

    24.7.2012

    26.

    Samir Joumaa (magħruf ukoll bħala Abou Sami)

    Data tat-Twelid: madwar 1962

    Ilu madwar 20 sena direttur tal-kabinett ta' Mohammad Nassif Kheir Bek, wieħed mill-kunsillieri tas-sigurtà ewlenin ta' Bachar al-Assad (li għandu uffiċjalment il-kariga ta' viċi tal-Viċi President Farouk al-Chareh). Il-fatt li huwa qrib ta' Bachar al-Asad u Mohammed Nassif Kheir Bek jinvolvi lil Samir Joumaa fil-politika repressiva mir-reġim kontra l-avversarji.

    24.7.2012


    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    1.

    Drex Technologies S.A.

    Data ta' Inkorporazzjoni: 4 ta' Lulju 2000

    Numru ta' Inkorporazzjoni: 394678

    Direttur: Rami Makhlouf

    Aġent Irreġistrat: Mossack Fonseca & Co (BVI) Ltd

    Drex Technologies hija kompletament proprjetà ta' Rami Makhlouf, li huwa elenkat taħt is-sanzjonijiet tal-UE minħabba l-għoti ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. Rami Makhlouf juża Drex Technologies biex jiffaċilita u jmexxi l-holdings finanzjarji internazzjonali tiegħu, li jinkludu sehem maġġuri minn SyriaTel, preċedentement elenkata mill-UE fuq raġunijiet ta' għoti ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

    24.7.2012

    2.

    Cotton Marketing Organisation

    Indirizz: Bab Al-Faraj P.O. Box 729, Alep

    Tel: +96321 2239495/6/7/8

    Cmo-aleppo@mail.sy

    www.cmo.gov.sy

    Kumpannija proprjetà tal-Istat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

     

    3.

    Syrian Arab Airlines (a.k.a. SAA, a.k.a. Syrian Air)

    Al-Mohafazeh Square, P.O. Box 417, Damasku, Sirja

    Tel: +963112240774

    Kumpannija pubblika kkontrollata mir-reġim. Tagħti appoġġ finanzjarju lir-reġim.

    24.7.2012


    Top