Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0403

2012/403/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Lulju 2012 li taħtar sitt membri Bulgari u tmien membri supplenti Bulgari tal-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 188, 18.7.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/403/oj

18.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Lulju 2012

li taħtar sitt membri Bulgari u tmien membri supplenti Bulgari tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2012/403/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Bulgaru,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Katya DOYCHEVA, is-Sinjura Dora IANKOVA, is-Sur Orhan MUMUN, is-Sinjura Penka PENKOVA, is-Sur Georgi SLAVOV u s-Sur Bozhidar YOTOV, saru vakanti s-siġġijiet ta’ sitt membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. Wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur Ivo ANDONOV, is-Sinjura Shukran IDRIZ, is-Sur Veselin LICHEV, is-Sur Rumen RASHEV, is-Sur Svetlin TANCHEV u s-Sur Nayden ZELENOGORSKI, saru vakanti s-siġġijiet ta’ sitt membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. Żewġ postijiet ta’ membri supplenti ser isiru vakanti wara l-ħatra tas-Sur Ahmed AHMEDOV u s-Sur Krassimir KOSTOV bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jibqa’ għaddej sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

is-Sur Ahmed AHMEDOV, Sindku, Muniċipalità ta’ Tsar Kaloyan

is-Sinjura Tanya HRISTOVA, Sindku, Muniċipalità ta’ Gabrovo

is-Sur Krassimir KOSTOV, Sindku, Muniċipalità ta’ Shumen

is-Sur Madzhid MANDADZHA, Sindku, Muniċipalità ta’ Stambolovo

is-Sur Zhivko TODOROV, Sindku, Muniċipalità ta’ Stara Zagora

is-Sur Luydmil VESSELINOV, Sindku, Muniċipalità ta’ Popovo.

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Nida AHMEDOV, Sindku, Muniċipalità ta’ Kaolinovo

is-Sur Ivan ALEKSIEV, Sindku, Muniċipalità ta’ Pomorie

is-Sur Atanas KAMBITOV, Sindku, Muniċipalità ta’ Blagoevgrad

is-Sinjura Kornelia MARINOVA, Kunsillier Muniċipali, Muniċipalità ta’ Lovech

is-Sinjura Sebihan MEHMED, Sindku, Muniċipalità ta’ Krumovgrad

is-Sinjura Anastassya MLADENOVA, Kunsillier Muniċipali, Muniċipalità ta’ Peshtera

is-Sur Fahri MOLAYSSENOV, Sindku, Muniċipalità ta’ Madan

is-Sur Georgi SLAVOV, Sindku, Muniċipalità ta’ Yambol.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.


Top