This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0401
2012/401/EU: Council Decision of 10 July 2012 on the position to be taken by the European Union in the EEA Joint Committee concerning an amendment to Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms
2012/401/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
2012/401/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Lulju 2012 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
ĠU L 188, 18.7.2012, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Lulju 2012
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
(2012/401/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 189, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Protokoll 31 tiegħu. |
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet. |
(4) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tkopri r-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (3). |
(5) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
V. SHIARLY
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2012 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
ta’
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’… (1). |
(2) |
Sistema komprensiva ta’ monitoraġġ tad-dinja hija ta’ importanza ewlenija għall-ġestjoni sostenibbli tal-Ewropa tat-Tramuntana u tal-Arktiku. |
(3) |
In-Norveġja kkontribwixxiet għall-iżvilupp tal-programm Ewropew ta’ Monitoraġġ tad-Dinja (GMES), kemm fis-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) kif ukoll bħala membru tal-Aġenzija Spazjali Ewropea. |
(4) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tkopri r-Regolament (UE) Nru 911/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-programm Ewropew ta’ monitoraġġ tad-dinja (GMES) u l-operazzjonijiet inizjali tiegħu (2011-2013) (2). |
(5) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti din il-kooperazzjoni estiża anke wara l-1 ta’ Jannar 2012, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-paragrafu 6 huwa sostitwit minn dan li ġej: “6. L-evalwazzjoni u d-direzzjoni maġġura tal-attivitajiet fil-programmi qafas tal-attivitajiet tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku msemmija fil-paragrafi 5, 8a, 8c, 9 u 10 għandhom ikunu regolati bil-proċedura msemmija fl-Artikolu 79(3) tal-Ftehim.”. |
(2) |
Il-paragrafu li ġej huwa mdaħħal wara l-paragrafu 8b:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*).
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L …
(2) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 1.
(*) [M’hemm indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]