EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0391

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/391/PESK tas- 16 ta’ Lulju 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

ĠU L 187, 17.7.2012, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/391/oj

17.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/391/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/279/PESK (1) li estendiet l-EUPOL AFGHANISTAN sal-31 ta' Mejju 2013.

(2)

L-ammont attwali ta’ referenza finanzjarja jkopri l-perijodu sal-31 ta' Lulju 2012.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/279/PESK għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi l-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sal-31 ta' Mejju 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Arranġamenti finanzjarji

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN sal-31 ta' Lulju 2011 għandu jkun ta' EUR 54 600 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Lulju 2012 għandu jkun ta’ EUR 60 500 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sat-31 ta' Mejju 2013 għandu jkun EUR 56 870 000.

2.   In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata konformement mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b'mod sħiħ lill-Kummissjoni, u jkun issorveljat minnha, dwar l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.

4.   Għandu jkun permess għaċ-ċittadini ta' Stati terzi li jressqu offerti għal kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista’ jikkonkludi arranġamenti tekniċi mal-pajjiżi mexxejja tal-Kmand Reġjonali/PRT u mal-atturi internazzjonali skjerati fl-Afganistan fir-rigward tal-forniment ta’ tagħmir, servizzi u postijiet lill-Missjoni, partikolarment fejn ikun meħtieġ minħabba kondizzjonijiet ta’ sigurtà.

5.   L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-ħtiġijiet operattivi tal-EUPOL AFGANISTAN, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-iskwadri tagħha, u għandhom jieħdu kont tal-iskjerament tal-persunal fil-Kmandi Reġjonali u l-PRTs.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.


Top