This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0372
Council Decision 2012/372/CFSP of 10 July 2012 amending and extending Decision 2010/330/CSFP on the European Union Integrated Rule of Law Mission for Iraq, EUJUST LEX-IRAQ
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/372/PESK tal- 10 ta’ Lulju 2012 li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ
Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/372/PESK tal- 10 ta’ Lulju 2012 li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ
ĠU L 179, 11.7.2012, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
|
11.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/372/PESK
tal-10 ta’ Lulju 2012
li temenda u testendi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-7 ta' Marzu 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/190/PESK dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX (1). |
|
(2) |
Fl-14 ta' Ġunju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/330/PESK (2), li estendiet il-missjoni sat-30 ta' Ġunju 2012. |
|
(3) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Reviżjoni Strateġika, il-missjoni għandha tiġi estiża b’perijodu ieħor ta' 18-il xhar iktar. |
|
(4) |
Il-missjoni EUJUST LEX-IRAQ ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/330/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2(4) huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. L-attivitajiet ta' taħriġ għandhom isiru fl-Iraq u fir-reġjun kif ukoll fl-Unjoni. Il-missjoni EUJUST LEX-IRAQ għandu jkollha uffiċċji fi Brussell, f'Bagdad, inkluża antenna f'Basra, u f'Erbil (Reġjun tal-Kurdistan).”. |
|
(2) |
L-Artikolu 2(5) huwa mħassar. |
|
(3) |
L-Artikolu 6(5) huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Il-persunal kollu għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (*1). |
|
(4) |
L-Artikolu 10 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej: “2a. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni bejn l-1 ta' Lulju 2012 u t-30 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta' EUR 27 150 000.”. |
|
(6) |
Fl-Artikolu 16, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2013.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2012.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS